Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22009A0724(01)

    Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael

    ĠU L 192, 24.7.2009, p. 64–67 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document Date of entry into force unknown (pending notification) or not yet in force.

    Related Council decision

    22009A0724(01)

    Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael

    Official Journal L 192 , 24/07/2009 P. 0064 - 0067


    TRADUZZJONI

    Ftehim

    dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael

    IL-GVERN TAL-ISTAT TAL-IŻRAEL

    irrappreżentat mill-Ministeru tad-Difiża tal-Iżrael, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ "l-IMOD"

    u

    L-UNJONI EWROPEA

    minn hawn ‘il quddiem imsejħa "l-UE",

    irrappreżentata mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,

    Minn hawn ‘il quddiem imsejħin "il-Partijiet",

    BILLI l-Partijiet bi ħsiebhom jikkooperaw fuq materji ta’ interess komuni relatati partikolarment ma’ kwistjonijiet ta’ difiża u sigurtà;

    BILLI l-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni sħaħ u effettivi bejn il-Partijiet jistgħu jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u materjal klassifikati tal-Iżrael u tal-UE, kif ukoll l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u materjal relatat bejn l-Iżrael u l-UE;

    BILLI l-Partijiet jixtiequ jipproteġu u jissalvagwardjaw l-informazzjoni klassifikata u l-materjal skambjat bejniethom;

    BILLI l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata u l-materjal relatat aċċessat u skambjat teħtieġ miżuri ta’ sigurtà adatti;

    FTIEHMU KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Sabiex jitwettqu l-objettivi ta’ kooperazzjoni sħiħa u effettiva bejn il-Partijiet dwar materji ta’ interess komuni relatati partikolarment ma’ kwistjonijiet ta’ difiża u sigurtà, dan il-Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni u materjal klassifikati (minn hawn ‘il quddiem il-"Ftehim") għandu japplika għall-informazzjoni u l-materjal klassifikati f’kull forma u f’kull qasam ipprovduti jew skambjati bejn il-Partijiet.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

    (a) "informazzjoni klassifikata" għandha tfisser kull informazzjoni ((jiġifieri, tagħrif li jista’ jiġi komunikat f’kull forma, inkluż bil-miktub, bil-fomm jew viżwalment) jew materjal iddeterminat minn xi waħda mill-Partijiet, skont il-liġijiet u r-regolamenti interni tagħha, li jkun fl-interessi ta’ sigurtà rispettivi tagħha u li jkun jeħtieġ protezzjoni kontra żvelar mhux awtorizzat u li jkollu klassifikazzjoni ta’ sigurtà ta’ xi waħda mill-Partijiet għal dan il-Ftehim (minn hawn ‘il quddiem: "informazzjoni klassifikata").

    (b) "materjal" għandu jfisser kull dokument, prodott jew sustanza li fuqha jew ġo fiha tista’ tiġi reġistrata jew inkorporata informazzjoni, tkun xi tkun in-natura fiżika tagħha, iżda mhux limitata għal: kitba (ittra, nota, minuta, rapport, memorandum, sinjal/messaġġ), hardware, diski tal-kompjuter, CD ROM, USB flash sticks, tagħmir, makkinarju, apparat, strumenti, mudelli, ritratti/slajds/disinji, reġistrazzjonijiet, tejps, kasetts, films, riproduzzjonijiet, mapep, karti, pjanti, libretti għan-noti, żigarella tal-istensil, tal-karbonju, tat-tajprajter jew tal-printer.

    Artikolu 3

    Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, "l-UE" għandha tfisser il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem: "il-Kunsill"), is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem "il-Kummissjoni Ewropea").

    Artikolu 4

    Kull Parti għandha:

    (a) tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni klassifikata pprovduta minn jew skambjata mal-Parti l-oħra taħt dan il-Ftehim skont il-liġijiet u r-regolamenti interni tagħha;

    (b) tiżgura li l-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim iżżomm il-marka tal-klassifikazzjoni ta’ sigurtà mogħtija lilha mill-Parti provvidenti. Il-Parti riċeventi għandha tipproteġi u tissalvagwardja l-informazzjoni klassifikata skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regolamenti ta’ sigurtà tagħha stess għal informazzjoni jew materjal li jkollu klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti kif speċifikat fl-Artikolu 6. Meta jagħmlu dan, il-Partijiet għandhom jagħtu l-istess grad ta’ protezzjoni ta’ sigurtà lil tali informazzjoni klassifikata kollha bħalma tingħata lill-informazzjoni klassifikata tagħhom stess bi klassifikazzjoni ekwivalenti;

    (c) ma tużax tali informazzjoni klassifikata għal finijiet jew taħt kondizzjonijiet ta’ sigurtà li mhumiex dawk stabbiliti mill-oriġinatur jew dawk li għalihom tiġi pprovduta jew skambjata l-informazzjoni; dan għandu jinkludi l-post fejn jinstab tagħmir klassifikat;

    (d) ma tiżvela tali informazzjoni klassifikata lil ebda parti terza, jew lil xi istituzzjoni jew xi entità tal-UE mhux imsemmija fl-Artikolu 3 mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvidenti;

    (e) ma tippermettix l-aċċess għal informazzjoni klassifikata lil individwi sakemm dawn ma jkollhomx il-ħtieġa li jkunu jafu (jiġifieri dawk li fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom ikunu jeħtieġu aċċess) u, fejn meħtieġ, ikunu ngħataw l-awtorizzazzjoni ta’ sigurtà adatta u ġew awtorizzati mill-Parti rilevanti.

    Artikolu 5

    1. Informazzjoni klassifikata tista’ tiġi żvelata jew rilaxxata minn Parti waħda (il-Parti provvidenti), lill-Parti l-oħra (il-Parti riċeventi).

    2. Sabiex tiġi rilaxxata lil riċevituri li mhumiex il-Partijiet, għandha tittieħed deċiżjoni mill-Parti riċeventi dwar l-iżvelar jew ir-rilaxx tal-informazzjoni klassifikata, soġġett għall-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvidenti.

    3. Kull Parti għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata lill-Parti l-oħra fuq bażi ta’ każ b’każ. Fl-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, ir-rilaxx ġeneriku għandu jkun possibbli biss fejn jiġu stabbiliti u miftiehma proċeduri bejn il-Partijiet dwar ċerti kategoriji ta’ informazzjoni rilevanti għall-ħtiġiet operattivi tagħhom.

    4. Informazzjoni klassifikata li tkun ġiet riċevuta mill-Parti provvidenti tista’ tiġi pprovduta lil kuntrattur jew lil kuntrattur prospettiv mill-Parti provvidenti bil-kunsens bil-miktub minn qabel tal-Parti provvidenti. Qabel ir-rilaxx jew l-iżvelar lil kuntrattur jew lil kuntrattur prospettiv ta’ kwalunkwe informazzjoni klassifikata li tkun irċeviet mill-Parti provvidenti, il-Parti riċeventi, skont ir-regoli u r-regolamenti interni tagħha, għandha tiżgura li kull tali kuntrattur jew kuntrattur prospettiv, u l-faċilità tal-kuntrattur, ikollhom il-kapaċità li jipproteġu l-informazzjoni klassifikata u li jkollhom awtorizzazzjoni ta’ sigurtà adatta.

    5. Skont ir-regoli u r-regolamenti interni tagħha, kull Parti għandha tiżgura s-sigurtà tal-faċilitajiet u l-istabbilimenti fejn tinżamm informazzjoni klassifikata rilaxxata lilha mill-Parti l-oħra, u għandha tiżgura għal kull tali faċilità jew stabbiliment li jittieħdu l-miżuri meħtieġa kollha għall-kontroll u l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata.

    Artikolu 6

    1. Informazzjoni klassifikata għandha tkun immarkata kif ġej:

    (a) Għall-Istat tal-Iżrael, informazzjoni klassifikata għandha tkun immarkata

    +++++ TIFF +++++

    (Top Secret),

    +++++ TIFF +++++

    (Secret) jew

    +++++ TIFF +++++

    (Confidential);

    (b) Għall-UE, informazzjoni klassifikata għandha tkun immarkata TRES SECRET UE/EU TOP SECRET, SECRET UE, CONFIDENTIEL UE jew RESTREINT UE.

    2. Il-klassifikazzjonijiet ta’ sigurtà korrispondenti huma:

    Klassifikazzjoni Iżraeljana | Klassifikazzjoni tal-UE |

    +++++ TIFF +++++

    (Top Secret) | TRES SECRET UE/EU TOP SECRET |

    +++++ TIFF +++++

    (Secret) | SECRET UE |

    +++++ TIFF +++++

    (Confidential) | CONFIDENTIEL UE |

    (L-ebda ekwivalenti Iżraeljana) | RESTREINT UE |

    Il-Parti Iżraeljana timpenja ruħha li tagħti lill-informazzjoni klassifikata RESTREINT UE l-istess protezzjoni bħall-informazzjoni klassifikata

    +++++ TIFF +++++

    (Confidential) tagħha.

    Artikolu 7

    Kull waħda mill-Partijiet għandha tiżgura li jkollha attwati sistema ta’ sigurtà u miżuri ta’ sigurtà, ibbażati fuq il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi ta’ sigurtà stabbiliti fil-liġijiet u r-regolamenti interni rispettivi tagħha u riflessi fl-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 12, sabiex jiġi żgurat li jkun applikat livell ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu 8

    1. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li fit-twettiq tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom ikunu jeħtieġu aċċess, jew li d-dmirijiet jew il-funzjonijiet tagħhom jistgħu jagħtuhom aċċess għall-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim ikunu ngħataw l-awtorizzazzjoni ta’ sigurtà adatta qabel ma dawn jingħataw aċċess għal tali informazzjoni klassifikata.

    2. Il-proċeduri għall-approvazzjoni tas-sigurtà għandhom jitfasslu biex jiddeterminaw, skont ir-regoli u r-regolamenti interni, jekk il-fatturi rilevanti kollha rigward individwu humiex tali li hu jew hi jista’ jkollu/ikollha aċċess għal informazzjoni klassifikata.

    Artikolu 9

    Il-Partijiet għandhom jipprovdu assistenza reċiproka fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim u materji ta’ interess komuni ta’ sigurtà. Għandhom jitwettqu konsultazzjonijiet u żjarat reċiproċi ta’ sigurtà mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 12 biex, fl-oqsma tar-responsabbilità rispettivi tal-Partijiet, tiġi żgurata l-effikaċja tal-arranġamenti ta’ sigurtà li għandhom jiġu stabbiliti skont dak l-Artikolu. Id-dettalji prattiċi għal tali żjarat u kull żjara oħra għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jitniżżlu fl-arranġamenti li għandhom jitfasslu skont l-Artikolu 12.

    Artikolu 10

    1. Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:

    (a) Fir-rigward tal-UE, il-korrispondenza għandha tintbagħat lill-Kunsill fl-indirizz li ġej:

    Council of the European Union

    Chief Registry Officer

    Rue de la Loi/Wetstraat, 175

    B 1048 Brussels

    BELGIUM;

    Il-korrispondenza kollha għandha tintbagħat mill-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni Ewropea, soġġett għall-paragrafu 2.

    (b) Fir-rigward tal-Iżrael, il-korrispondenza għandha tintbagħat lid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Istabbiliment tad-Difiża D.S.D.E (MALMAB), fl-indirizz li ġej:

    Ministry of Defense

    Kaplan St.

    Hakirya Tel.-Aviv

    ISRAEL

    2. Eċċezzjonalment, il-korrispondenza minn Parti waħda li tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi ta’ dik il-Parti tista’, għal raġunijiet operattivi, tiġi indirizzata u tkun aċċessibbli biss għal uffiċjali, organi jew servizzi kompetenti speċifiċi tal-Parti l-oħra magħżula speċifikament bħala riċevituri, b’kont meħud tal-kompetenzi tagħhom u skont il-prinċipju tal-ħtieġa ta’ għarfien.

    Sa fejn jikkonċerna l-UE, din il-korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tal-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill, jew l-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tad-Direttorat għas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea meta tali informazzjoni tkun indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea.

    Sa fejn jikkonċerna l-Parti Iżraeljana, tali korrispondenza għandha tiġi trasmessa permezz tad-Direttorat tas-Sigurtà tal-Istabbiliment tad-Difiża D.S.D.E (MALMAB). Fejn l-UE tkun tixtieq tibgħat informazzjoni klassifikata lill-ministeri jew organizzazzjonijiet Iżraeljani li mhumiex l-IMOD, id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Istabbiliment tad-Difiża D.S.D.E (MALMAB) għandu jinnotifika lill-Uffiċjal Kap tar-Reġistru tal-Kunsill dwar l-awtorità ta’ sigurtà Iżraeljana li tkun responsabbli għal dawn il-ministeri jew organizzazzjonijiet li japplikaw standards ekwivalenti għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata.

    Artikolu 11

    L-IMOD, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill u l-Membru tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli għal materji ta’ sigurtà għandhom jissorveljaw l-implmentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 12

    1. Sabiex dan il-Ftehim jiġi implimentat, għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ sigurtà bejn it-tliet awtoritajiet indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 sabiex jiġu stabbiliti l-istandards għall-protezzjoni u s-salvagwardja reċiproka ta’ informazzjoni klassifikata taħt dan il-Ftehim.

    2. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Istabbiliment tad-Difiża D.S.D.E (MALMAB), taħt id-direzzjoni u f’isem il-Ministeru tad-Difiża tal-Iżrael, għandu jkun responsabbli għall-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata pprovduta lill-Iżrael taħt dan il-Ftehim.

    3. L-Uffiċċju tas-Sigurtà tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, taħt it-tmexxija u f’isem is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem il-Kunsill u taħt l-awtorità tiegħu, għandu jkun inkarigat mill-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata pprovduta lill-Unjoni Ewropea taħt dan il-Ftehim.

    4. Id-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, li jaġixxi taħt l-awtorità tal-Membru tal-Kummissjoni responsabbli għal materji ta’ sigurtà, għandu jkun inkarigat mill-arranġamenti ta’ sigurtà għall-protezzjoni u s-salvagwardja tal-informazzjoni klassifikata pprovduta jew skambjata taħt dan il-Ftehim fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea u fil-bini tagħha.

    5. Għall-UE, l-arranġamenti ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kumitat tas-Sigurtà tal-Kunsill.

    Artikolu 13

    Il-Parti provvidenti għandha tkun informata f’każ ta’ telf jew kompromess ippruvat jew issuspettat tal-informazzjoni klassifikata tagħha mill-Parti riċeventi. Il-Parti riċeventi għandha tagħti bidu għal investigazzjoni biex tiddetermina ċ-ċirkostanzi. Ir-riżultati tal-investigazzjoni u informazzjoni rigward miżuri li jkunu ttieħdu biex dan ma jerġax iseħħ għandhom jintbagħtu lill-Parti provvidenti. L-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 12 jistgħu jistabbilixxu proċeduri għal dak il-għan.

    Artikolu 14

    Kull Parti għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż tagħha stess li jsiru għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 15

    Qabel ma l-informazzjoni klassifikata tiġi pprovduta jew skambjata bejn il-Partijiet taħt dan il-Ftehim, l-awtoritajiet ta’ sigurtà responsabbli msemmijin fl-Artikolu 12 għandhom jaqblu li l-Partijiet ikunu f’pożizzjoni li jipproteġu u jissalvagwardjaw l-informazzjoni klassifikata b’mod konsistenti ma’ dan il-Ftehim u mal-arranġamenti li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 12.

    Artikolu 16

    Dan il-Ftehim m’għandux iżomm lill-Partijiet milli jikkonkludu strumenti ta’ ftehim oħrajn relatati mal-provvediment jew l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bil-kondizzjoni li dawn ma jkunx f’kunflitt mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

    Artikolu 17

    Kwalunkwe differenza bejn l-Iżrael u l-Unjoni Ewropea li tirriżulta mill-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi indirizzata biss permezz ta’ negozjar bejn il-Partijiet. Matul in-negozjar iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu jwettqu l-obbligi kollha tagħhom taħt dan il-Ftehim.

    Artikolu 18

    1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ ladarba il-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin dwar l-ikkompletar tal-proċeduri interni meħtieġa għal dan l-għan.

    2. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra bi kwalunkwe tibdil fil-liġijiet u r-regolamenti tagħha li jistgħu jaffettwaw il-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata msemmija f’dan il-Ftehim.

    3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi rivedut sabiex jiġu kkunsidrati emendi possibbli fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet.

    4. Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim għandha ssir bil-miktub biss u bi qbil komuni bejn il-Partijiet. Hija għandha tidħol fis-seħħ meta ssir notifika reċiproka kif previst fil-paragrafu 1.

    Artikolu 19

    Dan il-Ftehim jista’ jiġi terminat minn Parti waħda b’notifika bil-miktub tat-terminazzjoni mogħtija lill-Parti l-oħra. Tali terminazzjoni għandha tieħu effett sitt xhur wara li l-Parti l-oħra tkun irċeviet in-notifika, iżda m’għandhiex taffettwa l-obbligi diġà meħuda taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim. B’mod partikolari, l-informazzjoni klassifikata kollha pprovduta jew skambjata skont dan il-Ftehim għandha tkompli tkun protetta skont id-dispożizzjonijiet imniżżlin hawnhekk.

    B’xiehda ta’ dan is-sottoskritti, debitament awtorizzati rispettivament, iffirmaw dan il-Ftehim.

    Magħmul fTel Aviv, f’dan il- ħdax-il jum ta’ Ġunju 2009 f’żewġ kopji kull waħda bl-Ingliż.

    Għall-Iżrael

    Il-Ministru tad-Difiża

    Għall-Unjoni Ewropea

    Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli

    --------------------------------------------------

    Top