Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R0652

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/652 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/1783

    ĠU L 81, 21.3.2023, p. 23–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/652/oj

    21.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 81/23


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/652

    tal-20 ta’ Marzu 2023

    li jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li huwa biss ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni li jista’ jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni. Abbażi tad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3(2)(c) tar-Regolament (UE) 2015/2283, ikel tradizzjonali minn pajjiż terz jitqies bħala ikel ġdid.

    (2)

    Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

    (3)

    Fit-8 ta’ Ottubru 2021, il-kumpanija Zenko Superfoods Pte. Ltd (“l-applikant”) issottometta notifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni li jqiegħed fis-suq tal-Unjoni qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab li l-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) jintużaw bħala ikliet ħfief mill-popolazzjoni ġenerali.

    (4)

    Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 (3), il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali lill-applikant fir-rigward tar-rekwiżiti għall-validità tan-notifika. L-informazzjoni mitluba ġiet sottomessa fid-9 ta’ Frar 2022.

    (5)

    In-notifika tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2015/2283. Id-data ppreżentata mill-applikant turi li l-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) ikkonsmati bħala ikliet ħfief għandhom esperjenza ta’ użu sikur bħala ikel fl-Indja.

    (6)

    Fit-22 ta’ Marzu 2022, skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283, il-Kummissjoni bagħtet in-notifika valida lill-Istati Membri u lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

    (7)

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda oġġezzjoni debitament motivata dwar is-sikurezza għat-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) mill-Istati Membri jew mill-Awtorità fil-perjodu ta’ 4 xhur stabbilit fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

    (8)

    Fil-5 ta’ Settembru 2022, l-Awtorità ppubblikat it-“Technical Report on the notification of roasted and popped kernels from the seeds of Euryale ferox Salisb. (makhana) as a traditional food from a third country pursuant to Article 14 of Regulation (UE) 2015/2283” (4). L-Awtorità kkonkludiet li d-data disponibbli dwar il-kompożizzjoni u l-istorja tal-użu ta’ qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) ma jqajmux tħassib dwar is-sikurezza.

    (9)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq fl-Unjoni ta’ qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) bħala tali ikla ħafifa u taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat skont dan.

    (10)

    Jenħtieġ li l-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) jenħtieġ li jiġu inklużi bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) huma awtorizzati li jiġu introdotti fis-suq fl-Unjoni.

    Il-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) għandhom jiġu inklużi bħala ikel tradizzjonali minn pajjiż terz fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

    2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2468 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi rekwiżiti amministrattivi u xjentifiċi li jikkonċernaw ikel tradizzjonali minn pajjiżi terzi skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 55).

    (4)   EFSA Journal 2022;19(9):EN-7538. https://doi.org/10.2903/sp.efsa.2022.EN-7538


    ANNESS

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat):

    Ikel ġdid awtorizzat

    Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid

    Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn

    Rekwiżiti oħrajn

    Qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) (Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

    Kategorija tal-ikel speċifikat

    Livelli massimi

    Id-denominazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikkettar tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ikel għandha tkun ‘żrieragħ inkaljati tal-Euryale ferox jew ‘żrieragħ inkaljati tal-makhana (Euryale ferox)’”

     

    Ġewż ipproċessat

     

    (2)

    L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet):

    Ikel ġdid awtorizzat

    Speċifikazzjonijiet

    Qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-Euryale ferox Salisb. (makhana) (Ikel tradizzjonali minn pajjiż terz)

    Deskrizzjoni/Definizzjoni:

    L-ikel tradizzjonali jikkonsisti mill-qlub inkaljati u mfaqqgħin miż-żrieragħ tal-pjanti friski tal-Euryale ferox Salisb. (familja: Nymphaeaceae, li spiss tissejjaħ ukoll warda tal-ilma mxewka) biex jiġi kkunsmat bħala ikla ħafifa. L-ikel tradizzjonali jiġi prodott permezz ta’ sensiela ta’ passi li jinvolvu l-ġbir, il-ħasil u t-tnixxif taż-żrieragħ, l-ewwel inkaljar fiż-żejt, tlewwit f’temperaturi ambjentali, it-tieni inkaljar sussegwenti fiż-żejt biex jinfaqgħu l-qlub, segwit minn daqqiet fuq iż-żrieragħ sħan biex jinħelsu l-qlub mfaqqgħin. L-ikel tradizzjonali huwa magħruf ukoll bħala makhana jew żerriegħa tal-Euryale ferox/makhana.

    Komponenti nutrittivi tipiċi

    Xaħam: 13,0 g/100 g

    Karboidrati: 75,0 g/100 g

    Fibra: 2,5 g/100 g

    Proteina: 7 g/100 g

    Ndewwa (% w/w): < 5,0

    Rmied: < 0,5 g/100 g

    Kriterji mikrobijoloġiċi:

    Għadd totali tal-kolonji: < 103 CFU/g

    Għadd totali ta’ ħmira u moffa: < 100 CFU/g

    Total tal-Enterobacteriaceae: < 10 CFU/g

    Salmonella spp.: Assenti f’25 g

    Listeria monocytogenes: Assenti f’25 g

    Metalli tqal:

    Selenju: ≤ 0,8 mg/kg

    Ram: ≤ 30,0 mg/kg

    Ċomb: ≤ 0,1 mg/kg

    Arseniku: ≤ 0,1 mg/kg

    Kadmju: ≤ 0,1 mg/kg

    Landa: ≤ 3,5 mg/kg

    Merkurju: ≤ 0,025 mg/kg

    Mikotossini:

    Aflatossina B1: ≤ 2,0 μg/kg

    Somma tal-aflatossini B1, B2, G1, G2: ≤ 4,0 μg/kg

    Okratossina A: ≤ 1,0 μg/kg

    Ċitrinina: ≤ 20,0 μg/kg

    Ċjanotossini:

    Mikroċistini: ≤ 0,0015 mg/kg

    Pestiċidi:

    Pestiċidi: ≤ 0,01 mg/kg

    Kontaminanti tal-proċess:

    Akrilammid: ≤ 40,0 μg/kg

    Somma tal-PAHs: ≤ 10,0 μg/kg

    Somma tal-PCBs simili għad-diossini: ≤ 0,35 pg/g

    3-MCPD: ≤ 20,0 μg/kg

    Esteri gliċidiliċi tal-aċidi xaħmin (espressi bħala gliċidol): ≤ 500,0 μg/kg

    Somma ta’ 3-MCPD u l-esteri tal-aċidi xaħmin 3-MCPD: ≤ 750,0 μg/kg

    CFU/g Unitajiet li Jiffurmaw il-Kolonji; PAHs: Idrokarburi Aromatiċi Poliċikliċi; PCBs: Poliklorobifenili; 3-MCPD: 3-Monokloropropandiol.”


    Top