Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2051

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2051 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

ST/12911/2022/INIT

ĠU L 275, 25.10.2022, p. 72–73 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2051/oj

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2051

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-1 ta’ Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(2)

Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763, jenħtieġ li l-miżuri restrittivi jiġġeddu sal-31 ta’ Ottubru 2023 u jenħtieġ li tliet persuni jitneħħew mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 hija emendata kif ġej:

(1)

it-tieni paragrafu tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Ottubru 2023.”;

(2)

l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta’ Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (ĠU L 257, 2.10.2015, p. 37).


ANNESS

Fl-Anness għad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikoli 1 u 2), jitħassru l-entrati li ġejjin:

daħla 1 (Godefroid BIZIMANA);

daħla 2 (Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA);

daħla 4 (Léonard NGENDAKUMANA).


Top