Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1670

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1670 tad-29 ta’ Settembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

ST/12383/2022/INIT

ĠU L 252, 30.9.2022, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1670/oj

30.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 252/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1670

tad-29 ta’ Settembru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (1) jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2022/109, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 (2), jistabbilixxi qabda totali permissibbli (TAC) proviżorja għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) 34.1.1 għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Settembru 2022, sakemm jiġi ppubblikat il-parir xjentifiku pprovdut mill-ICES għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. Wara l-pubblikazzjoni ta’ dak il-parir fis-17 ta’ Ġunju 2022, li jippermetti li s-sajd ikompli, jenħtieġ li tiġi stabbilita t-TAC definittiva għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023. Jenħtieġ li t-TAC jiġi stabbilit fil-livell ta’ 15 777 tunnellata indikat f’dak il-parir.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2022/109 jistabbilixxi kondizzjoni speċjali dwar il-kwoti għas-sawrell (Trachurus spp.) fis-subżona 9 tal-ICES. Ir-Regolament (UE) 2022/109 ma jistabbilixxix il-perċentwal soġġett għal dik il-kondizzjoni speċjali, sakemm isir disponibbli parir xjentifiku aġġornat mill-ICES rigward il-flessibbiltajiet bejn iż-żoni bejn is-subżona 9 u d-diviżjoni 8c tal-ICES. Fit-18 ta’ Awwissu 2022, l-ICES ippubblika Servizz Tekniku dwar il-flessibbiltajiet bejn iż-żoni bejn is-subżona 9 u d-diviżjoni 8c tal-ICES. Huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi l-perċentwal soġġett għal dik il-kondizzjoni speċjali f’konformità ma’ dak is-Servizz Tekniku tal-ICES.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/109 jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-limitu tal-qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Lulju 2022. Il-kondizzjoni speċjali rigward il-kwoti għas-sawrell (Trachurus spp.) fis-subżona 9 tal-ICES jenħtieġ li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2022. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza ġuridika u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi żdiedu l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova u ġiet introdotta flessibbiltà bejn iż-żoni għall-opportunitajiet tas-sajd għas-sawrell. Minħabba l-urġenza biex jiġu evitati interruzzjonijiet fl-attivitajiet tas-sajd„ dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda tar-Regolament (UE) 2022/109

Ir-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sawrell fis-subżona 9 tal-ICES għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-CECAF 34.1.1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Settembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1091 tat-30 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/109 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 176, 1.7.2022, p. 5).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness IA tar-Regolament (UE) 2022/109 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tieni tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Inċova

Engraulis encrasicolus

Żona:

Id-9 u l-10; L-ilmijiet tal-Unjoni ta’ CECAF 34.1.1

 

(ANE/9/3411)

Spanja

 

7 546

(1)

TAC prekawzjonarja

Portugall

 

8 231

(1)

Unjoni

 

15 777

(1)

 

 

 

 

TAC

 

15 777

(1)

(1)

Din il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2023.”;

(2)

l-erbgħa u għoxrin tabella hija sostitwita b’dan li ġej:

“Speċi:

Sawrell

Trachurus spp.

Żona:

9

 

(JAX/09.)

Spanja

 

35 516

(1)

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament

Portugall

 

101 761

(1)

Unjoni

 

137 277

 

 

 

 

 

TAC

 

143 505

 

(1)

Kondizzjoni speċjali: sa 3 % minn din il-kwota tista’ tinqabad fiż-żona 8c (JAX/*08C.).”.


Top