This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1816
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/1816 of 17 July 2020 supplementing Regulation (EU) 2016/1011 of the European Parliament and of the Council as regards the explanation in the benchmark statement of how environmental, social and governance factors are reflected in each benchmark provided and published (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1816 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/4744
ĠU L 406, 3.12.2020, p. 1–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 406/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1816
tas-17 ta’ Lulju 2020
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispjegazzjoni fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi f’kull parametru referenzjarju pprovdut u ppubblikat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(2b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Pariġi adottat fil-kuntest tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, approvat mill-Unjoni fil-5 ta’ Ottubru 2016 (2) (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), għandu l-għan li jsaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost affarijiet oħra permezz ta’ flussi ta’ investiment li jkunu konsistenti mal-mixja lejn emissjonijiet ta’ gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima. |
(2) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (3). Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jirrappreżenta strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prosperuża, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun separat mill-użu tar-riżorsi. L-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew tirrikjedi li l-investituri jiġu offruti sinjali ċari fuq perjodu ta’ żmien twil biex jiġu evitati l-assi mhux rekuperabbli u biex jinġabru finanzi sostenibbli. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) 2016/1011 jesiġi li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jispjegaw fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG - environmental, social and governance) huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovduti u ppubblikati. |
(4) |
Jekk ikun hemm modi differenti ta’ kif jiġi spjegat kif il-fatturi ESG huma riflessi, dan iwassal għal nuqqas ta’ komparabbiltà bejn il-parametri referenzjarji u għal nuqqas ta’ ċarezza rigward il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettivi tal-fatturi ESG. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi speċifikat il-kontenut ta’ dik l-ispjegazzjoni u li jiġi stipulat mudell li għandu jintuża. |
(5) |
Sabiex l-informazzjoni tiġi adattata aħjar għall-investituri, ir-rekwiżit li jiġi spjegat kif il-fatturi ESG huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovduti u ppubblikati jeħtieġ li jikkunsidra l-assi sottostanti li fuqhom ikunu bbażati l-parametri referenzjarji. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għall-parametri referenzjarji li ma għandhomx assi sottostanti li għandhom impatt fuq it-tibdil fil-klima bħall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u l-parametri referenzjarji tal-kambju. |
(6) |
Jenħtieġ li l-ispjegazzjoni dwar kif inhuma riflessi l-fatturi ESG tkun tindika l-punteġġ korrispondenti tal-fatturi ESG rilevanti vis-à-vis il-parametru referenzjarju, f’valur medju ponderat aggregat. Jenħtieġ li tali punteġġ ma jiġix iddivulgat għal kull kostitwent tal-parametri referenzjarji. Fejn rilevanti u xieraq, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni ESG addizzjonali. |
(7) |
Minħabba l-karatteristiċi u l-objettivi tagħhom, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti speċifiċi għad-divulgazzjoni tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, u għall-parametri referenzjarji tal-ekwitajiet u tal-bonds ta’ importanza sinifikanti. |
(8) |
Sabiex l-utenti tal-parametri referenzjarji jingħataw informazzjoni preċiża u aġġornata, jenħtieġ li l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jaġġornaw l-informazzjoni pprovduta biex tirrifletti kull bidla li ssir fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, u jenħtieġ li jindikaw ir-raġuni u d-dati meta tkun ġiet aġġornata l-informazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“ekwità” tfisser ishma kkwotati; |
(b) |
“introjtu fiss” tfisser titoli ta’ dejn ikkwotati, għajr dawk maħruġa minn emittent sovran; |
(c) |
“dejn sovran” tfisser titoli ta’ dejn maħruġa minn emittent sovran. |
Artikolu 2
Spjegazzjoni ta’ kif il-fatturi ESG huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji
1. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, billi jużaw il-mudell stipulat fl-Anness I, kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) elenkati fl-Anness II huma riflessi f’kull parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji li jkunu pprovdew u ppubblikaw.
Ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-parametri referenzjarji tar-rata tal-imgħax u tal-kambju.
2. L-ispjegazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-punteġġ tal-fatturi ESG vis-à-vis il-parametru referenzjarju u l-familja ta’ parametri referenzjarji korrispondenti, f’valur medju ponderat aggregat.
3. Għall-parametri referenzjarji individwali, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jistgħu, minflok ma jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-mudell stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, jissostitwixxu dik l-informazzjoni b’iperlink inkluż fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju, għal sit web li jkun fih dik l-informazzjoni kollha.
4. Fil-każijiet fejn il-parametri referenzjarji jamalgamaw assi sottostanti differenti, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jispjegaw kif il-fatturi ESG huma riflessi għal kull wieħed mill-assi sottostanti.
5. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jinkludu fl-ispjegazzjoni pprovduta referenza għas-sorsi tad-data u tal-istandards użati għall-fatturi ESG iddivulgati.
6. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji li jiddivulgaw fatturi ESG addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 (4) għandhom jinkludu l-punteġġ ta’ dawk il-fatturi ESG addizzjonali.
Artikolu 3
Aġġornament tal-ispjegazzjoni pprovduta
L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jaġġornaw l-ispjegazzjoni pprovduta kull meta jsiru bidliet sinifikanti relatati mal-fatturi ESG u fi kwalunkwe każ fuq bażi annwali. Għandhom jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-aġġornament.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Lulju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 1).
(3) COM(2019) 640 final.
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1817 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut minimu tal-ispjegazzjoni dwar kif il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza huma riflessi fil-metodoloġija tal-parametri referenzjarji (ara paġna 12 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali)..
ANNESS I
MUDELL GĦALL-ISPJEGAZZJONI TA’ KIF IL-FATTURI AMBJENTALI, SOĊJALI U TA’ GOVERNANZA (ESG) HUMA RIFLESSI FID-DIKJARAZZJONI TA’ PARAMETRU REFERENZJARJU
SPJEGAZZJONI TA’ KIF IL-FATTURI ESG HUMA RIFLESSI F’KULL PARAMETRU REFERENZJARJU |
|||
TAQSIMA 1 – KUNSIDERAZZJONI TAL-FATTURI ESG |
|||
Entrata 1. Isem l-amministratur tal-parametru referenzjarju. |
|
||
Entrata 2. Tip ta’ parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji. Agħżel l-assi sottostanti rilevanti mil-lista pprovduta fl-Anness II. |
|
||
Entrata 3. Isem il-parametru referenzjarju jew familja ta’ parametri referenzjarji. |
|
||
Entrata 4. Fil-portafoll tal-amministratur tal-parametru referenzjarju hemm xi Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE, Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, parametri referenzjarji li jfittxu li jiksbu l-objettivi ESG jew parametri referenzjarji li jqisu l-fatturi ESG? |
☐ Iva ☐ Le |
||
Entrata 5. Il-parametru referenzjarju jew il-familja ta’ parametri referenzjarji jfittxu li jiksbu l-objettivi ESG? |
☐ Iva ☐ Le |
||
Entrata 6. Meta t-tweġiba għall-Entrata 5 tkun pożittiva, ipprovdi d-dettalji (il-punteġġ) hawn taħt b’rabta mal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II għal kull familja ta’ parametri referenzjarji fil-livell aggregat. Il-fatturi ESG għandhom jiġu ddivulgati f’valur medju ponderat aggregat fil-livell tal-familja ta’ parametri referenzjarji. |
|||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
Entrata 7. Meta t-tweġiba għall-Entrata 5 tkun pożittiva, ipprovdi d-dettalji (il-punteġġ) hawn taħt għal kull parametru referenzjarju, b’rabta mal-fatturi ESG elenkati fl-Anness II, skont l-assi sottostanti rilevanti kkonċernat. Inkella, din l-informazzjoni kollha tista’ tiġi pprovduta fl-għamla ta’ iperlink għal sit web tal-amministratur tal-parametru referenzjarju li jiġi inkluż fid-dikjarazzjoni ta’ parametru referenzjarju. L-informazzjoni dwar is-sit web għandha tkun faċilment disponibbli u aċċessibbli. L-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ppubblikata fuq is-sit web tagħhom tibqa’ disponibbli għal ħames snin. Il-punteġġ tal-fatturi ESG ma għandux jiġi ddivulgat għal kull kostitwent tal-parametru referenzjarju, iżda għandu jiġi ddivulgat f’valur medju ponderat aggregat tal-parametru referenzjarju. |
|||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
|
Dettalji dwar kull fattur: |
||
Iperlink għall-informazzjoni dwar il-fatturi ESG għal kull parametru referenzjarju: |
|
||
Entrata 8. Id-data u l-istandards użati |
|||
|
|
||
|
|
||
TAQSIMA 2 – REKWIŻITI ADDIZZJONALI TA’ DIVULGAZZJONI GĦALL-PARAMETRI REFERENZJARJI TAT-TRANŻIZZJONI KLIMATIKA TAL-UE U L-PARAMETRI REFERENZJARJI TAL-UE ALLINJATI MAL-FTEHIM TA’ PARIĠI |
|||
Entrata 9. Meta parametru referenzjarju jkun denominat bħala “Parametru Referenzjarju tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE” jew “Parametru Referenzjarju tal-UE allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi”, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom jiddivulgaw ukoll l-informazzjoni segwenti: |
|||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
TAQSIMA 3 – DIVULGAZZJONI TAL-ALLINJAMENT MAL-OBJETTIVI TAL-FTEHIM TA’ PARIĠI |
|||
Entrata 10. Mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għall-parametri referenzjarji tal-ekwitajiet u tal-bonds ta’ importanza sinifikanti, għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom ukoll jiddivulgaw l-informazzjoni segwenti. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-amministraturi tal-parametri referenzjarji għandhom, għal kull parametru referenzjarju jew, fejn applikabbli, għal kull familja ta’ parametri referenzjarji, jiddivulgaw l-informazzjoni segwenti: |
|||
|
☐ Iva ☐ Le |
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
Data meta l-informazzjoni ġiet aġġornata l-aħħar u r-raġuni għall-aġġornament: |
|
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1818 tas-17 ta’ Lulju 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards minimi għall-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u għall-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta’ Pariġi (Ara paġna 17 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS II
FATTURI AMBJENTALI, SOĊJALI U TA’ GOVERNANZA (ESG) LI GĦANDHOM JITQIESU SKONT L-ASSI SOTTOSTANTI TAL-PARAMETRU REFERENZJARJU
Taqsima 1
EKWITÀ
FATTURI ESG |
DIVULGAZZJONIJIET |
Fatturi ESG ikkombinati |
Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
|
Ambjentali |
Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-enerġija rinnovabbli kif imkejjel skont l-infiq kapitali (CapEx) f’dawk l-attivitajiet (bħala sehem tal-CapEx totali mill-kumpaniji tal-enerġija inklużi fil-portafoll) (fuq bażi fakultattiva). L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva). Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll. L-intensità tal-gassijiet b’effett ta’ serra (GHG) tal-parametru referenzjarju. Il-perċentwal tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra rrapportati vis-à-vis dawk stmati. L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt id-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006. L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-attivitajiet inklużi fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali, kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (5) tar-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
Soċjali |
Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk. L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali. L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol minn 1 sa 8. Il-medja ponderata tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Il-proporzjon medju ponderat bejn il-membri nisa u rġiel tal-bordijiet. Il-proporzjon medju ponderat ta’ inċidenti, feriti, fatalitajiet. L-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. |
Governanza |
Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). Il-perċentwal medju ponderat tal-membri tal-bordijiet li huma indipendenti. Il-proporzjon medju ponderat tal-membri tal-bordijiet nisa. |
Taqsima 2
INTROJTU FISS
FATTURI ESG |
DIVULGAZZJONIJIET |
Fatturi ESG ikkombinati |
Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
|
Ambjentali |
Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-enerġija rinnovabbli kif imkejjel skont l-infiq kapitali (CapEx) f’dawk l-attivitajiet (bħala sehem tal-CapEx totali mill-kumpaniji tal-enerġija inklużi fil-portafoll) (fuq bażi fakultattiva). L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva). Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll. L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju. Il-perċentwal tal-emissjonijiet rrapportati vis-à-vis dawk stmati. L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji li l-attivitajiet tagħhom jaqgħu taħt id-Diviżjonijiet minn 05 sa 09, 19 u 20 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006. Il-perċentwal ta’ bonds ħodor fil-portafoll tal-parametru referenzjarju. |
Soċjali |
Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk. L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali. L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għall-kumpaniji mingħajr politiki ta’ diliġenza dovuta dwar kwistjonijiet indirizzati mill-Konvenzjonijiet minn 1 sa 8 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Il-medja ponderata tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Il-proporzjon medju ponderat bejn il-membri nisa u rġiel tal-bordijiet. Il-proporzjon medju ponderat ta’ inċidenti, feriti, fatalitajiet. L-għadd ta’ kundanni u l-ammont ta’ multi għall-ksur tal-liġijiet kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. |
Governanza |
Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
Taqsima 3
DEJN SOVRAN
FATTURI ESG |
DIVULGAZZJONIJIET |
Fatturi ESG ikkombinati |
Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
Il-klassifikazzjoni ESG kumplessiva tal-10 komponenti prinċipali tal-parametru referenzjarju skont il-ponderazzjoni fil-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). Il-perċentwal ta’ kumpaniji tal-ġestjoni tal-fondi sottostanti li ntrabtu bi standards internazzjonali. |
|
Ambjentali |
Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). L-esponiment tal-portafoll tal-parametru referenzjarju għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (abbażi tal-esponiment tal-emittent) (fuq bażi fakultattiva). L-ewwel għaxar u l-aħħar għaxar komponenti skont l-esponiment għal riskji fiżiċi relatati mal-klima (fuq bażi fakultattiva). L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju. Il-perċentwal tal-emissjonijiet rrapportati vis-à-vis dawk stmati. Il-perċentwal ta’ bonds ħodor fil-portafoll tal-parametru referenzjarju. |
Soċjali |
Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). L-għadd ta’ komponenti tal-parametru referenzjarju soġġetti għall-ksur soċjali (l-għadd assolut u l-għadd relattiv diviżi bil-komponenti tal-parametru referenzjarju), kif imsemmi fi trattati u konvenzjonijiet internazzjonali, fil-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti u, fejn applikabbli, fid-dritt nazzjonali. Il-prestazzjoni medja tal-emittenti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). Il-punteġġ medju tal-inugwaljanza fl-introjtu, li jkejjel id-distribuzzjoni tal-introjtu u l-inugwaljanza ekonomika fost il-parteċipanti f’ekonomija partikolari (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). Il-punteġġ medju tal-libertà ta’ espressjoni li jkejjel sa fejn l-organizzazzjonijiet politiċi u ċivili tas-soċjetà jistgħu joperaw liberament (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). |
Governanza |
Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). Il-punteġġ medju tal-korruzzjoni li jkejjel il-livell perċepit ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). Il-punteġġ medju tal-istabbiltà politika, li jkejjel il-probabbiltà li r-reġim attwali se jitneħħa mill-poter bl-użu tal-forza (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). Il-punteġġ medju tal-istat tad-dritt, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ korruzzjoni, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u l-istat tal-ġustizzja ċivili u kriminali (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). |
Taqsima 4
KOMODITÀ
FATTURI ESG |
DIVULGAZZJONIJIET |
Ambjentali |
Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji fiżiċi relatati mal-klima, li jkejjel l-effetti ta’ avvenimenti estremi tat-temp fuq l-operat u l-produzzjoni tal-kumpaniji jew fuq l-istadji differenti tal-katina ta’ provvista (baxx, moderat jew għoli) (fuq bażi fakultattiva). Il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati r-riskji fiżiċi relatati mal-klima (fuq bażi fakultattiva). Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji b’rabta mat-tranżizzjoni klimatika, li jkejjel l-impatti finanzjarji li jirriżultaw mill-effetti tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju (baxx, moderat jew għoli). |
Soċjali |
Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji soċjali (baxx, moderat jew għoli). |
Governanza |
Il-grad ta’ esponiment tal-komoditajiet sottostanti għar-riskji ta’ governanza (baxx, moderat jew għoli). Il-punteġġ medju tal-istat tad-dritt, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ korruzzjoni, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tal-ġustizzja ċivili u kriminali (inkluż indikatur kwantitattiv u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat). |
Taqsima 5
OĦRAJN
FATTURI ESG |
DIVULGAZZJONIJIET |
Fatturi ESG ikkombinati |
Il-klassifikazzjoni ESG medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). |
Ambjentali |
Il-klassifikazzjoni ambjentali medja ponderata tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għall-opportunitajiet relatati mal-klima, li jkejjel l-opportunitajiet ta’ investiment relatati ma’ soluzzjonijiet ta’ investiment ġodda u innovanti marbutin mat-tibdil fil-klima (fuq bażi fakultattiva). L-intensità GHG tal-parametru referenzjarju. Il-grad tal-esponiment tal-portafoll għas-setturi elenkati fit-Taqsimiet minn A sa H u t-Taqsima L tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 bħala perċentwal tal-piż totali fil-portafoll. |
Soċjali |
Il-klassifikazzjoni soċjali medja ponderata għall-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). It-trattati u l-konvenzjonijiet internazzjonali, il-prinċipji tan-Nazzjonijiet Uniti jew, fejn applikabbli, id-dritt nazzjonali użati sabiex jiġi ddeterminat x’jikkostitwixxi “arma kontroversjali”. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tal-armi kontroversjali. Il-perċentwal medju ponderat tal-komponenti tal-parametru referenzjarju fis-settur tat-tabakk. |
Governanza |
Il-klassifikazzjoni medja ponderata tal-governanza tal-parametru referenzjarju (fuq bażi fakultattiva). Il-perċentwal ta’ fondi sottostanti b’politiki ta’ ġestjoni tajba (stewardship) fis-seħħ, inklużi miżuri għall-ippjanar u l-ġestjoni tar-riżorsi. |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 691/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 192 22.7.2011, p. 1).