This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0015(01)
Decision (EU) 2019/1006 of the European Central Bank of 7 June 2019 amending Decision ECB/2011/20 establishing detailed rules and procedures for implementing the eligibility criteria for central securities depositories to access TARGET2-Securities services (ECB/2019/15)
Deċiżjoni (UE) 2019/1006 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (BĊE/2019/15)
Deċiżjoni (UE) 2019/1006 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2019 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (BĊE/2019/15)
ĠU L 163, 20.6.2019, p. 103–107
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.6.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 163/103 |
DEĊIŻJONI (UE) 2019/1006 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-7 ta' Ġunju 2019
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (BĊE/2019/15)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 3.1 u 12.1 u l-Artikoli 17, 18 u 22 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2)(d) u l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 (2) tistabbilixxi proċedura tal-applikazzjoni biex depożitorju ċentrali tat-titoli jaċċessa servizzi tat-TARGET2-Securities, li jinkludi rekwiżit li depożitorju ċentrali tat-titoli għandu jiġi ivvalutat pożittivament mill-awtorità kompetenti fil-konfront tar-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli. Ir-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli ġew sostitwiti mill-Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju tal-Kumitat għall-Pagamenti u l-Infrastrutturi tas-Swieq u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (PFMI) (3) jew sett ta' rekwiżiti li jimplimentaw dawk il-prinċipji, li, per eżempju, fiż-Żona Ekonomika Ewropea, huma implimentati mir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(2) |
Fil-25 ta' Jannar 2019, il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta d-Deċiżjoni (UE) 2019/166 (BĊE/2019/3) (5) li waqqaf il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq (MIB) fil-format kurrenti tiegħu. Preċedentement, l-MIB kien iltaqa' f'formati dedikati differenti u l-Bord T2S kien opera bħala wieħed minn dawn il-formati dedikati. |
(3) |
Saru ċertu tibdiliet fir-regoli u proċeduri għall-implimentazzjoni tal-kriterji tal-eliġibbiltà biex depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities, b'mod partikolari fir-rigward tal-kriterju numru 2 għall-aċċess ta' CSD. |
(4) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/20 hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-punt (4) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
(*1) Linja Gwida BĊE/2012/13 tat-18 ta' Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19)." (*2) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1)." (*3) CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”" |
2. |
fl-Artikolu 1, il-punt (11) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
(*4) Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14);”;" |
3. |
fl-Artikolu 1, il-punt (12) huwa ssostitwit b'dan li ġej:
|
4. |
fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 3, il-kliem “rapport ta' valutazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “rapport ta' awtovalutazzjoni”; |
5. |
fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 3, il-kliem “ir-rapport ta' valutazzjoni” huma sostitwiti bil-kliem “ir-rapport ta' awtovalutazzjoni” |
6. |
L-Artikolu 5 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 5 Konformità kontinwa mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD 1. CSD b'aċċess għas-servizzi T2S għandu jikkonforma, wara l-migrazzjoni għat-T2S, mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD fuq bażi kontinwa u għandu:
2. L-MIB jista' jwettaq il-valutazzjoni tiegħu stess u jimmonitorja l-konformità mal-ħames kriterji tal-aċċess għal CSD jew jitlob l-informazzjoni mingħand CSD. Fejn l-MIB jiddeċiedi illi CSD ma jikkonformax ma' wieħed mill-ħames kriterji ta' access għal CSD, huwa għandu jniedi l-proċedura stabbilita fil-kuntratti mas-CSDs skont l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2012/13.”; |
7. |
fl-Artikoli 3 u 4, u fl-Anness, ir-referenzi għall-“Bord tal-Programm T2S” huma mibdula b “MIB)”; |
8. |
fl-Artikolu 4, ir-referenzi għall-“Grupp Konsultattiv T2S” huma mibdula b ‘‘AMI SeCo‘; |
9. |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni tranżitorja
Fir-rigward ta' konformità kontinwa mal-kriterju numru 2 għall-aċċess ta' CSD, ir-riżultat tal-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Rakkomandazzjonijiet tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali/tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli dwar is-Sistemi ta' Saldu tat-Titoli għandu jibqa' validu sakemm id-depożitorju ċentrali tat-titoli rilevanti jiġi eżaminat mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-konfront tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, il-PFMI, jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta' Ġunju 2019.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19.
(2) Deċiżjoni BĊE/2011/20 tas-16 ta' Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta' eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 117).
(3) CPMI-IOSCO Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012).
(4) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).
(5) Deċiżjoni (UE) 2019/166 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2019 dwar il-Bord tal-Infrastruttura tas-Suq u li tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2012/6 dwar it-twaqqif tal-Bord għall-Programm TARGET2-Securities (BĊE/2019/3) (ĠU L 32, 4.2.2019, p. 14).
ANNESS
L-Anness tad-Deċizjoni BĊE/2011/20 huwa emendat kif ġej:
1. |
It-Taqsima II hija mibdula b'li ġej: “ Dettalji dwar l-implimentazzjoni fir-rigward tal-kriterju ta' aċċess għal CSD numru 2 Fil-kuntest tal-valutazzjoni tiegħu fil-konfront ta' dan il-kriterju, CSD għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni li ġejja:
Meta jkunu ġew identifikati nuqqasijiet mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tal-konformità tas-CSD mar-Regolament (UE) Nru 909/2014, mal-PFMI jew ma' qafas legali li jimplimenta l-PFMI, is-CSD rispettiv għandu jinforma lill-MIB dwar id-dettalji relevanti u jagħti spjegazzjonijiet u evidenza fir-rigward ta' dawk in-nuqqasijiet. Is-CSD għandu jipprovdi lill-MIB ukoll bil-konklużjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti relevanti, kif ikunu jinsabu fil-valutazzjoni. Kull nuqqas identifikat mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fir-rigward tal-konformità tas-CSD mar- Regolament (UE) Nru 909/2014, il-PFMI jew qafas legali li jimplimenta l-PFMI m'għandux jipperikola, fl-evalwazzjoni tal-Kunsill Governattiv, il-forniment sigur u effiċjenti tas-servizzi T2S. L-informazzjoni hawn fuq għandha tiġi pproċessata skont il-proċeduri tal-applikazzjoni rilevanti għall-aċċess għas-servizzi T2S u konformità kontinwa mal-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD. CSD iwettaq dan il-krierju ta' aċċess għal CSD fejn:
Jekk is-CSD huwa awtorizzat taħt jew evalwat fil-konfront ta' qafas legali li mhux il-PFMI jew ir-Regolament (UE) Nru 909/2014, is-CSD għandu jipprovdi prova sodisfaċenti lill-MIB u lill-Kunsill Governattiv li ġie evalwat fil-konfront ta' qafas legali ta' livell u natura komparabbli ma' dik tal-PFMI jew tar-Regolament (UE) Nru 909/2014. Fejn il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, is-CSD għandu jagħti sommarju ġenerali jew il-konklużjoni tal-valutazzjoni biex juri l-livell ta' konformità tiegħu. (*1) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1)." (*2) CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”;" |
2. |
is-Sezzjoni VI li ġejja hija miżjuda: “VI. Dispożizzjonijiet ġenerali Fejn CSD b'aċċess għal servizzi T2S ma jibqax jikkonforma ma' wieħed mill-ħames kriterji għall-aċċess ta' CSD, l-MIB għandu jniedi l-proċedura stipulata fil-kuntratti mas-CSDs.”. |
(*1) Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).
(*2) CPMI-IOSCO, Prinċipji għal Infrastrutturi tas-Suq Finanzjarju (April 2012);”;”