EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019D0862

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/862 tal-14 ta' Mejju 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju (WCPFC)

ST/8322/2019/INIT

ĠU L 140, 28.5.2019, p. 44–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 10/12/2023; Imħassar b' 32023D2810

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/862/oj

28.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/44


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/862

tal-14 ta' Mejju 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), u li tħassar id-Deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju (WCPFC)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE (1), l-Unjoni kkonkludiet il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (2) (il-“Konvenzjoni tad-WCPF”), li stabbilixxiet il-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC).

(2)

Id-WCPFC hija responsabbli mill-immaniġġjar u l-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd taż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF. Id-WCPFC tadotta miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar sabiex tiżgura s-sostenibbiltà għal tul ta' żmien ta' stokkijiet ta' ħut migratorju fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF u sabiex tippromwovi l-aħjar użu tagħhom. Dawn il-miżuri jistgħu jsiru vinkolanti fuq l-Unjoni.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u li jkunu ġestiti b'mod li huwa konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjieg, u li jikkontribwixxu għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel. Jipprevedi wkoll li l-Unjoni għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jkollha l-għan li tiżgura li l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jirkupra l-popolazzjoni ta' speċijiet mistada u jżommhom 'il fuq mil-livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Dan jipprevedi wkoll li l-Unjoni għandha tieħu miżuri ta' ġestjoni u ta' konservazzjoni bbażati fuq l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, sabiex tappoġġja l-iżvilupp ta' għarfien u pariri xjentifiċi, telimina gradwalment l-iskartar u tippromwovi l-metodi ta' sajd li jikkontribwixxu għal sajd aktar selettiv u l-evitar u t-tnaqqis, kemm jista' jkun, ta' qabdiet mhux mixtieqa, għal sajd b'impatt baxx fuq l-ekosistema tal-baħar u r-riżorsi tas-sajd. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi b'mod speċifiku li dawk l-objettivi u l-prinċipji għandhom jiġu applikati mill-Unjoni fit-twettiq tar-relazzjonijiet esterni tagħha fir-rigward tas-sajd.

(4)

Kif iddikjarat fil-Komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna”, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar din il-Komunikazzjoni konġunta, il-promozzjoni ta' miżuri sabiex tiġi appoġġjata u mtejba l-effettività tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) u, fejn ikun rilevanti, tittejjeb il-governanza tagħhom, hija ċentrali għall-azzjoni tal-Unjoni f'dawn il-fora.

(5)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Strateġija Ewropea għall-Plastiks f'Ekonomija Ċirkolari”, tirreferi għal miżuri speċifiċi sabiex jitnaqqas il-plastik u t-tniġġis tal-baħar, kif ukoll it-telf jew l-abbandun ta' rkaptu tas-sajd fil-baħar.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-laqgħat tad-WCPFC għall-perijodu 2019-2023, minħabba li l-miżuri ta' konservazzjoni u ta' infurzar tad-WCPFC ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u jistgħu jinfluwenzaw b'mod deċiżiv il-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, jiġifieri, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 (4) u Nru 1224/2009 (5), u r-Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(7)

Attwalment, il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-laqgħat tad-WCPFC hija stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju (WCPFC). Huwa xieraq li dik id-Deċiżjoni titħassar u li tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida li tkun tkopri l-perijodu 2019-2023.

(8)

Fid-dawl tan-natura li qed tevolvi tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF u l-ħtieġa konsegwenti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-iżviluppi l-ġodda, inkluż informazzjoni xjentifika ġdida u informazzjoni rilevanti oħra ppreżentata qabel jew matul il-laqgħat tad-WCPFC, jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri, f'konformità mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni minqux fl-Artikolu 13(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, għall-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni minn sena għal sena għall-perijodu 2019-2023,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-laqgħat tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) hija stabbilita fl-Anness I.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni minn sena għal sena tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fil-laqgħat annwali tad-WCPFC għandha titwettaq f'konformità mal-Anness II.

Artikolu 3

Il-pożizzjoni tal-Unjoni stabbilita fl-Anness I għandha tiġi vvalutata u, fejn xieraq, riveduta mill-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni, l-aktar tard, għal-laqgħa annwali tad-WCPFC fl-2024.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, għall-Konservazzjoni u l-Immaniġġjar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju fil-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC) hija b'dan imħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Mejju 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

P. DAEA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/75/KE tas-26 ta' April 2004 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Immaniġġar ta' Stokkijiet ta' Ħut Migratorju fl-Oċean Paċifiku Ċentrali u tal-Punent (ĠU L 32, 4.2.2005, p. 1).

(2)  ĠU L 32, 4.2.2005, p. 3.

(3)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jirrevoka r-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jirrevoka r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

(6)  Regolament (UE) 2017/2403 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar il-ġestjoni sostenibbli ta' flotot tas-sajd esterni, u li jirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (ĠU L 347, 28.12.2017, p. 81).


ANNESS I

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kummissjoni tas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC)

1.   PRINĊIPJI

Fil-qafas tad-WCPFC, l-Unjoni għandha:

(a)

taġixxi f'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Unjoni fi ħdan il-qafas tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b'mod partikolari permezz tal-approċċ prekawzjonarju u l-miri relatati mar-rendiment sostenibbli massimu kif stipulat fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, biex tkun promossa l-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd, biex jiġu evitati jew jitnaqqsu kemm jista' jkun il-qabdiet mhux mixtieqa, u gradwalment jinqered il-qbid skartat, u biex jiġi minimizzat l-impatt ta' attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar, kif ukoll, permezz tal-promozzjoni ta' sajd vijabbli u kompetittiv tal-Unjoni, biex ikun provdut livell tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu minn attivitajiet relatati mas-sajd u jitqiesu l-interessi tal-konsumaturi;

(b)

taħdem sabiex ikun hemm involviment xieraq tal-partijiet interessati fil-fażi ta' tħejjija tal-miżuri tad-WCPFC u tiżgura li l-miżuri adottati fid-WCPFC ikunu f'konformità mal-Konvenzjoni tad-WCPF;

(c)

tiżgura li l-miżuri adottati fi ħdan id-WCPFC ikunu konsistenti mal-liġi internazzjonali, u partikolarment mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-NU tal-1982 dwar il-Liġi tal-Baħar, mal-Ftehim tan-NU tal-1995 marbut mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta' Stokkijiet ta' Ħut Transżonali u Stokkijiet ta' Ħut li Jpassi Ħafna, il-Ftehim tal-1993 li jippromwovi l-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali ta' Konservazzjoni u Ġestjoni mill-Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa; u mal-Ftehim tal-2009 dwar il-Miżuri tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u tal-Agrikoltura tal-Istat tal-Port;

(d)

tippromwovi pożizzjonijiet konsistenti mal-aħjar prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-ġestjoni tas-sajd reġjonali (RFMOs) fl-istess żona;

(e)

tfittex konsistenza u sinerġija mal-politika li qed issegwi l-Unjoni bħala parti mir-relazzjonijiet bilaterali tas-sajd ma' pajjiżi terzi, u tiżgura l-koerenza mal-politiki l-oħrajn tagħha, b'mod partikolari fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni, l-impjiegi, l-ambjent, il-kummerċ, l-iżvilupp, ir-riċerka u l-innovazzjoni u oħrajn;

(f)

tiżgura li l-impenji internazzjonali tal-Unjoni jiġu rispettati;

(g)

tkun konformi mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2012 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dimensjoni esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (1);

(h)

timmira li toħloq kundizzjonijiet ekwi għall-flotta tal-Unjoni fi ħdan iż-żona tal-Konvenzjoni abbażi tal-istess prinċipji u standards bħal dawk applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni, u li tippromwovi l-implimentazzjoni uniformi ta' dawk ir-riżoluzzjonijiet u l-istandards;

(i)

tkun konformi mal-konklużjonijiet tal-Kunsill (2) dwar il-Komunikazzjoni konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea dwar Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna (3) u tippromwovi miżuri biex jappoġġjaw u jtejbu l-effettività tad-WCPFC u, fejn rilevanti, itejbu l-governanza u l-prestazzjoni tagħha (b'mod partikolari fir-rigward tax-xjenza, il-konformità, it-trasparenza u t-teħid ta' deċiżjonijiet) bħala kontribut għall-ġestjoni sostenibbli tal-oċeani fid-dimensjonijiet kollha tagħha;

(j)

tippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-RFMOs u l-konvenzjonijiet tal-baħar reġjonali (RSCs) u l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet globali, hekk kif ikun applikabbli, fi ħdan il-mandati tagħhom, fejn xieraq;

(k)

tiżviluppa, fejn ikun xieraq, approċċi komuni ma' RMOs oħrajn, partikolarment dawk involuti fil-ġestjoni tas-sajd fl-istess żona;

(l)

tippromwovi l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' RFMOs tat-tonn oħrajn fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' interess komuni, b'mod partikolari permezz tal-attivazzjoni mill-ġdid tal-hekk imsejjaħ proċess ta' Kobe għall-RFMOs tat-tonn u l-estensjoni tiegħu għall-RFMOs kollha.

2.   ORJENTAZZJONIJIET

L-Unjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel ħilitha sabiex tappoġġa l-adozzjoni mid-WCPFC tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

miżuri għall-konservazzjoni u għall-ġestjoni għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, inkluż il-Qabdiet Totali Permissibbli (TACs) u kwoti, miżuri fir-rigward tal-isforz tas-sajd jew il-kapaċità tas-sajd għal riżorsi bijoloġiċi tal-baħar ħajjin regolati mid-WCPFC, li jġibu jew iżommu l-kisba tar-rata ta' sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli, sa mhux aktar tard mill-2020. Fejn neċessarju, dawk il-miżuri ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni għandhom jinkludu miżuri speċifiċi għall-istokkijiet li jbatu minn sajd eċċessiv sabiex il-pressjoni tas-sajd tinżamm konformi mal-opportunitajiet ta' sajd disponibbli;

(b)

miżuri għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd mhux irrapportati u mhux irregolati (IUU) fiż-Żona tal Konvenzjoni, inkluż l-elenku ta' bastimenti tal- IUU;

(c)

miżuri li jsaħħu l-ġbir ta' data xjentifika dwar is-sajd u li jippromwovu kooperazzjoni aħjar bejn l-industrija u x-xjentisti;

(d)

miżuri ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF biex tkun żgurata l-effiċjenza tal-kontroll u l-konformità ma' miżuri adottati fi ħdan id-WCPFC;

(e)

miżuri sabiex jiġi mminimizzat l-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-bijodiversità marittima u l-ekosistemi tal-baħar u l-ħabitats tagħhom, inklużi miżuri sabiex jitnaqqas it-tniġġis tal-baħar u jiġi pprevenut ir-rilaxx tal-plastik fil-baħar u anki jitnaqqas l-impatt fuq il-bijodiversità u l-ekosistemi tal-baħar tal-plastik li huwa preżenti fl-ibħra, miżuri protettivi għal ekosistemi tal-baħar sensittivi fiż-Żona tal-Konvenzjoni tad-WCPF f'konformità mal-Konvenzjoni tad-WCPF, u miżuri sabiex jiġu evitati u mnaqqsin kemm jista' jkun possibbli l-qabdiet mhux mixtieqa, inklużi b'mod partikolari qabdiet ta' speċijiet tal-baħar protetti, u sabiex gradwalment jiġu eliminati l-qabdiet skartati;

(f)

miżuri sabiex jiġi ġestit l-użu ta' rkaptu biex jinġemal-ħut (FADs) b'mod partikolari sabiex jittejjeb il-ġbir tad-data, sabiex jiġi kwantifikat, traċċat u mmonitorjat b'mod preċiż l-użu tal-FADs, sabiex jitnaqqas l-impatt fuq stokkijiet tat-tonn vulnerabbli, sabiex jitnaqqsu l-effetti potenzjali tagħhom fuq speċijiet fil-mira u mhux fil-mira, kif ukoll fuq l-ekosistema;

(g)

miżuri sabiex jitnaqqas l-impatt ta' Rkaptu Abbandunat, Mitluf jew Inkella Skartat (ALDFG) fl-oċean u sabiex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni u l-irkupru tat-tali rkaptu u jitnaqqas il-kontribut għall-materjal skartat fil-baħar;

(h)

miżuri li l-għan tagħhom huwa l-projbizzjoni tas-sajd imwettaq biss bl-iskop tal-ġbir ta' xewk tal-klieb il-baħar u, li jirrikjedu li l-klieb il-baħar kollha jinħattu fuq l-art b'kull xewka mwaħħla magħhom b'mod naturali;

(i)

rakkomandazzjonijiet, fejn xieraq u sal-punt permess fid-dokumenti kostitwenti rilevanti, li jħeġġu l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO);

(j)

miżuri tekniċi addizzjonali bbażati fuq pariri mill-korpi sussidjarji u l-gruppi ta' ħidma tad-WCPFC.


(1)  7087/12 REV 1 ADD 1 COR 1.

(2)  7348/1/17 REV 1 tal-24.3.2017.

(3)  JOIN(2016) 49 final tal-10.11.2016.


ANNESS II

L-ispeċifikazzjoni minn sena għal sena tal-pożizzjoni tal-Unjoni li għandha tittieħed fil-laqgħat tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali

Qabel kull laqgħa annwali tad-WCPFC, meta dak il-korp jintalab jadotta deċiżjonijiet li jkollhom effetti legali fuq l-Unjoni, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-aħħar informazzjoni statistika, bijoloġika u ta' natura oħra trażmessa mill-Kummissjoni Ewropea f'konformità mal-prinċipji u l-orjentazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni Ewropea għandha tibgħat lill-Kunsill minn żmien suffiċjentement qabel kull laqgħa tad-WCPFC, dokument bil-miktub li jistabbilixxi d-dettalji tal-ispeċifikazzjoni proposta tal-pożizzjoni tal-Unjoni għal diskussjoni u approvazzjoni tad-dettalji tal-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni.

Jekk, waqt laqgħa tad-WCFPC ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil, inkluż dak il-ħin, sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu.


Top