Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D2078

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/2078 tal-21 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

    ST/15262/2018/INIT

    ĠU L 331, 28.12.2018, p. 224–224 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/2078/oj

    28.12.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 331/224


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/2078

    tal-21 ta' Diċembru 2018

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

    (2)

    Fid-19 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk, meta wieħed iqis li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta' Diċembru 2015.

    (3)

    Fil-5 ta' Lulju 2018, il-Kunsill ġedded id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta' Jannar 2019 sabiex ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk (2).

    (4)

    Wara li saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' Minsk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista' jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

    (5)

    Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Lulju 2019.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Diċembru 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BOGNER-STRAUSS


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/964 tal-5 ta' Lulju 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 172, 9.7.2018, p. 3).


    Top