Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R1584

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta' Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2018/6828

    ĠU L 264, 23.10.2018, p. 1–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1584/oj

    23.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 264/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1584

    tat-22 ta' Ottubru 2018

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 25 l(3)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) jippermetti li fl-istadji tat-tismin l-għalf naturali tal-gambli u tal-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.) jiġi supplimentat kif imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness XIIIa ta' dak ir-Regolament. Għal dawk il-gambli fl-istadji tal-ħajja aktar bikrin fil-mixtliet u fil-mafqsiet, is-supplimentazzjoni tal-għalf, b'mod partikolari l-ħtieġa ta' kolesterol, hija essenzjali għall-iżvilupp tagħhom. Għalhekk huwa meħtieġ li s-supplimentazzjoni tal-għalf bil-kolesterol tiġi estiża għal dawk il-gambli fl-istadji aktar bikrin tal-ħajja tagħhom ukoll.

    (2)

    Skont l-Artikolu 27(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 il-minerali (oligo-elementi inklużi), il-vitamini, l-aminoaċidi u l-mikronutrijenti, jistgħu jintużaw fl-ipproċessar tal-ikel organiku biss sakemm l-użu tagħhom ikun legalment meħtieġ fl-oġġetti tal-ikel li fihom huma inkorporati. Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża C-137/13 (3), l-użu ta' dawn is-sustanzi fl-ipproċessar tal-ikel organiku huwa legalment meħtieġ biss meta dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni jew dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali kompatibbli miegħu tirrikjedi direttament li tiġi miżjuda sustanza f'oġġett tal-ikel sabiex dan l-oġġett tal-ikel jitqiegħed fis-suq.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) se jippermetti l-użu tal-minerali (oligo-elementi inklużi), tal-vitamini, tal-aminoaċidi jew tal-mikronutrijenti fil-formula tat-trabi u fil-formula ta' prosegwiment u fl-ikel organiku pproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi meta l-użu tagħhom ikun awtorizzat mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Sabiex jiġi evitat li jkun hemm diskrepanza bejn l-interpretazzjoni attwali tal-użu ta' dawn is-sustanzi fl-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni organika li jmiss, huwa xieraq li l-użu tagħhom jiġi permess fil-produzzjoni tal-ikel tat-trabi organiku għat-trabi u għat-tfal żgħar.

    (4)

    L-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jippermetti, f'ċerti kundizzjonijiet u meta ma jkunx hemm disponibbli għattuq imkabbar b'mod organiku, li jintuża għattuq imkabbar b'mod mhux organiku għall-produzzjoni tal-bajd ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa biex jiddaħħal f'unità ta' bhejjem organiċi sal-31 ta' Diċembru 2018.

    (5)

    Il-produzzjoni tal-għattuq imkabbar b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd mhijiex disponibbli fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti fis-suq tal-Unjoni biex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-bdiewa tat-tiġieġ li jbidu. Sabiex ikun hemm aktar ħin għall-produzzjoni ta' għattuq imkabbar b'mod organiku għall-produzzjoni tal-bajd u sabiex jiġu stabbiliti regoli dettaljati għall-produzzjoni ta' għattuq imkabbar b'mod organiku, il-perjodu ta' applikazzjoni tar-regoli ta' produzzjoni eċċezzjonali għall-għattuq imkabbar b'mod mhux organiku għall-produzzjoni tal-bajd ta' mhux aktar minn 18-il ġimgħa jenħtieġ li jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020.

    (6)

    L-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jippermetti l-użu ta' massimu ta' 5 % tal-għalf tal-proteini mhux organiku għall-ispeċijiet tal-ħnieżer u tat-tjur għal kull perjodu ta' 12-il xahar għas-sena kalendarja 2018.

    (7)

    Il-provvista tal-proteini organiċi mhijiex disponibbli fis-suq tal-Unjoni fi kwantità u bi kwalità suffiċjenti biex tissodisfa l-ħtiġijiet nutrizzjonali tal-ħnieżer u tat-tjur imrobbija fl-irziezet organiċi. Il-produzzjoni tal-għelejjel organiċi tal-proteini għadha lura meta mqabbla mad-domanda. Għalhekk huwa xieraq li l-perjodu li fih huwa permess li jintuża proporzjon limitat ta' għalf tal-proteini mhux organiku għall-ispeċijiet tal-ħnieżer u tat-tjur jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2020.

    (8)

    L-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 jipprevedi l-komunikazzjoni ta' informazzjoni dwar każijiet ta' irregolaritajiet jew ksur li jaffettwaw l-istatus organiku ta' prodott. L-esperjenza turi li l-għodod attwali għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni fil-każ li Stat Membru jsib xi irregolaritajiet jew ksur fir-rigward ta' prodott li ġej minn dak l-Istat Membru, jridu jitjiebu. Sabiex jissaħħu l-effiċjenza u l-effettività, it-tali komunikazzjonijiet jenħtieġ li jsiru permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

    (9)

    Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, bosta Stati Membri ppreżentaw dossiers dwar ċertu sustanzi lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, bil-ħsieb li jiġu awtorizzati u inklużi fl-Annessi I, II u VIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008. Dawk id-dossiers ġew eżaminati mill-Grupp ta' Esperti għall-Parir Tekniku dwar il-Produzzjoni Organika (EGTOP) u mill-Kummissjoni.

    (10)

    Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-fertilizzanti (5) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “ġibs industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor” fuq il-bażi tal-kannamiela u l-“ksilit” jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

    (11)

    Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu rigward il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (6) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “Allium sativum (estratt tat-tewm)”, “COS-OGA”, “Salix spp. Cortex (magħruf ukoll bħala estratt tal-qoxra tas-siġra taż-żafżafa)” u l-“karbonat tal-idroġenu tas-sodju” jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

    (12)

    Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-prodotti u s-sustanzi li jintużaw jew jiżdiedu fil-prodotti organiċi matul ċerti stadji tal-proċess ta' produzzjoni u bħala tip ta' trattament skont l-Anness I A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (7) fis-settur tal-inbid (8) l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li s-sustanzi “proteini tal-patata”, “estratti tal-proteina tal-ħmira” u “Kitosan derivat mill-Aspergillus niger” għall-kjarifika (il-punt 10 tal-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009), “ħmira inattivata, awtoliżati tal-ħmira u qxur tal-ħmira” għaż-żieda (il-punt 15 ta' dak l-Anness), “mannoproteini tal-ħmira”, u “Kitosan derivat mill-Aspergillus niger” għall-użu (il-punti 6, 35 u 44 ta' dak l-Anness) jikkonformaw mal-objettivi u l-prinċipji tal-produzzjoni tal-produzzjoni organika. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Anness VIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008.

    (13)

    Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fir-rigward ta' prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni (9), l-EGTOP ikkonkluda, inter alia, li l-idrossidu tas-sodju jenħtieġ li jkun disponibbli wkoll għat-trobbija tan-naħal organika.

    (14)

    Ghalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 889/2008 jiġi emendat skont dan.

    (15)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “1.   Għall-iskopijiet tat-tindif u d-diżinfezzjoni tal-kaxxi, tal-ġebħiet u tax-xehdiet, jista' jintuża l-idrossidu tas-sodju.

    Għall-iskop tal-protezzjoni tal-kaxxi, tal-ġebħiet u tax-xehdiet, b'mod partikolari minn organiżmi ta' ħsara, rodentiċidi biss (għall-użu biss fin-nases), u prodotti xierqa elenkati fl-Anness II, huma permessi.”

    (2)

    fl-Artikolu 25l(3), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(b)

    il-porzjon tal-għalf għall-gambli u għall-gambli tal-ilma ħelu (Macrobrachium spp.) imsemmi fit-Taqsima 7 tal-Anness XIIIa jista' jinkludi massimu ta' 25 % ta' ħut mitħun u 10 % ta' żejt tal-ħuta derivat mis-sajd sostenibbli. Sabiex ikunu żgurati l-ħtiġijiet tad-dieta kwantitattivi ta' dawk il-gambli, il-kolesterol organiku jista' jintuża biex jissupplimenta d-dieta tagħhom. Fejn ma jkunx disponibbli l-kolesterol organiku, jista' jintuża l-kolesterol mhux organiku derivat mis-suf, mill-frott tal-baħar bil-qoxra jew minn sorsi oħrajn. L-opzjoni biex id-dieta tagħhom tiġi supplimentata bil-kolesterol tapplika fl-istadju tat-tismin kif ukoll fl-istadji aktar bikrin tal-ħajja fil-mixtliet u fil-mafqsiet.”;

    (3)

    fl-Artikolu 27(1), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “(f)

    minerali (oligo-elementi inklużi), vitamini, aminoaċidi u mikronutrijenti, sakemm:

    (i)

    l-użu tagħhom fl-ikel għall-konsum normali jkun “rekwiżit legali dirett” fis-sens li jkun meħtieġ direttament mid-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, bil-konsegwenza li l-ikel ma jkun jista' b'ebda mod jitqiegħed fis-suq bħala ikel għall-konsum normali jekk ma jiżdidux dawk il-minerali, il-vitamini, l-aminoaċidi jew il-mikronutrijent; jew

    (ii)

    fir-rigward tal-ikel imqiegħed fis-suq bħala li għandu karatteristiċi jew effetti partikolari fir-rigward tas-saħħa jew in-nutrizzjoni jew fir-rigward tal-ħtiġijiet ta' gruppi speċifiċi ta' konsumaturi:

    f'prodotti imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), l-użu tagħhom ikun awtorizzat minn dak ir-Regolament u l-atti adottati abbażi tal-Artikolu 11(1) ta' dak ir-Regolament għall-prodotti kkonċernati,

    f'prodotti rregolati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (*2), l-użu tagħhom ikun awtorizzat minn dik id-Direttiva, jew

    f'prodotti rregolati mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (*3), l-użu tagħhom ikun awtorizzat minn dik id-Direttiva.

    (*1)  Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35)."

    (*2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16)."

    (*3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat- 22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).”;"

    (4)

    fl-Artikolu 42(b), id-data l-“31 ta' Diċembru 2018” hija sostitwita bid-data l-“31 ta' Diċembru 2020”;

    (5)

    fl-Artikolu 43, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Il-perċentwal massimu ta' għalf mhux organiku tal-proteini awtorizzat għal kull perjodu ta' 12-il xahar għal dawk l-ispeċijiet għandu jkun ta' 5 % għas-snin kalendarji 2018, 2019 u 2020.”;

    (6)

    fl-Artikolu 92a, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

    “1a   Meta Stat Membru jsib irregolaritajiet jew ksur rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' prodott li ġej minn dak l-Istat Membru u li jkollu indikazzjonijiet kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 u t-Titolu III ta' dan ir-Regolament jew fl-Anness XI ta' dan ir-Regolament, u jekk it-tali irregolaritajiet jew ksur ikollhom implikazzjonijiet għal Stat Membru wieħed jew aktar, għandu jinnotifika lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati, lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien permezz tas-sistema msemmija fl-Artikolu 94(1) ta' dan ir-Regolament.”;

    (7)

    L-Anness I huwa sostitwit mit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament;

    (8)

    L-Anness II huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

    (9)

    L-Anness VIIIa huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ottubru 2018.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

    (3)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Novembru 2015, C-137/13, ECLI:EU:C:2014:2335.

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

    (5)  Final Report on Fertilisers (II) https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en

    (6)  Final report on plant protection (III) https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en

    (7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).

    (8)  Final report on Wine https://ec.europa.eu/agriculture/organic/eu-policy/expert-advice/documents/final-reports_en

    (9)  Final report on cleaning and disinfecting https://ec.europa.eu/agriculture/organic/sites/orgfarming/files/docs/body/final_report_egtop_on_cleaning_disinfection_en.pdf


    ANNESS I

    ANNESS I

    Il-fertilizzanti, il-kondizzjonaturi tal-ħamrija u n-nutrijenti msemmija fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 6d(2)

    Nota:

    A

    :

    awtorizzati taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u ttrasportati mill-Artikolu 16(3)(c) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007

    B

    :

    awtorizzati taħt ir-Regolament (KE) Nru 834/2007

    Awtorizzazzjoni

    Isem

    Prodotti komposti jew prodotti li fihom biss materjali elenkati hawn taħt:

    Deskrizzjoni, rekwiżiti tal-kompożizzjoni, kundizzjonijiet għall-użu

    A

    Demel mill-irziezet

    Prodott li jinkludi taħlita ta' ħmieġ tal-annimali u materjal magħmul mill-ħaxix (il-friex tal-annimali).

    Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali

    A

    Demel niexef prodott fl-azjenda u demel diżidrat tat-tjur

    Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali

    A

    Ħmieġ kompost tal-annimali, inkluż demel tat-tjur u inkluż demel kompost tar-razzett

    Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali

    A

    Ħmieġ tal-annimali likwidu

    Użu wara fermentazzjoni kkontrollata u/jew dilwizzjoni xierqa

    Hija pprojbita l-oriġini mill-agrikultura industrijali

    B

    Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta' skart domestiku

    Prodott miksub minn skart domestiku isseparat mill-bidu, li jkun għadda mill-proċess biex isir kompost jew mill-fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni tal-bijogass

    Skart domestiku veġetali u tal-annimali biss

    Meta jkun prodott biss f'sistema ta' ġbir magħluqa u b'monitoraġġ, aċċettata mill-Istat Membru.

    Konċentrazzjonijiet massimi f'mg/kg ta' materja niexfa:

    kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromu (total): 70; kromu (VI): mhux individwabbli

    A

    Il-pît

    L-użu huwa limitat għall-ortikultura (ortikultura kummerċjali, fjorikultura, arborikultura, mixtla)

    A

    Skart tal-kultura tal-faqqiegħ

    Il-kompożizzjoni inizjali tas-substrat għandha tkun limitata għall-prodotti ta' dan l-Anness

    A

    Eskrementi tad-dud (vermikompost) u tal-insetti

     

    A

    Il-gwanu

     

    A

    Taħlita bil-kompost jew iffermentata ta' materja veġetali

    Prodott miksub minn taħlitiet ta' materja veġetali, li għadda mill-proċess biex isir kompost jew minn fermentazzjoni anaerobika għall-produzzjoni ta' gass bijoloġiku

    B

    Id-diġestat tal-bijogass li jkun fih prodotti sekondarji tal-annimali kodiġeriti b'materjal ta' oriġini mill-pjanti jew mill-annimali kif elenkati f'dan l-Anness

    Il-prodotti sekondarji tal-annimali (inklużi l-prodotti sekondarji tal-annimali selvaġġi) tal-kategorija 3 u l-kontenut tas-sistema diġestiva tal-kategorija 2 (il-kategoriji 2 u 3 kif definiti fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) ma jridux joriġinaw minn biedja industrijalizzata.

    Il-Proċessi jridu jkunu skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2).

    Ma għandux jiġi applikat għall-partijiet li jittieklu tal-għalla

    B

    Prodotti jew prodotti sekondarji ta' oriġini mill-annimali bħal ta' hawn taħt:

     

    Smid tad-demm

     

    Smid tal-qawqab

     

    Smid tal-qrun

     

    Għadam mitħun jew għadam mitħun mingħajr ġelatina

     

    Ħut mitħun

     

    Dqiq mil-laħam

     

    Smid tar-rix, tax-xagħar u taċ-‘chiquette’

     

    Suf

     

    Pil (1)

     

    Xagħar

     

    Prodotti tal-ħalib

     

    Proteini idrolizzati (2)

    (1)

    Konċentrazzjoni massima f'mg/kg ta' materja niexfa ta' kromu (VI): mhux individwabbli

    (2)

    Ma għandux jiġi applikat għall-partijiet li jittieklu tal-għalla

    A

    Prodotti u prodotti sekondarji ta' oriġini mill-pjanti għall-fertilizzanti

    Eżempji: smid miċ-ċapep taż-żerriegħa taż-żejt, il-qxur tal-kawkaw, l-antraċite tal-malt

    B

    Proteini idrolizzati ta' oriġni mill-pjanti

     

    A

    L-alka u l-prodotti mill-alka

    Sa fejn miksuba b'mod dirett minn:

    (i)

    proċessi fiżiċi li jinkludu d-diżidratazzjoni, l-iffriżar u t-tħin

    (ii)

    estrazzjoni bl-ilma jew b'aċidu tal-ilma u/jew soluzzjoni alkalina

    (iii)

    fermentazzjoni

    A

    Is-serratura u ċ-ċana

    Injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit

    A

    Qxur taz-zkuk magħmula kompost

    Injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit

    A

    L-irmied mill-injam

    Minn injam mhux ittrattat bil-kimika wara t-tqaċċit

    A

    Il-fosfat naturali artab

    Prodott kif speċifikat fil-punt 7 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-fertilizzanti

    Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta' P205

    A

    Il-fosfat tal-aluminju u l-kalċju

    Prodott kif speċifikat fil-punt 6 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    Kontenut tal-kadmju inqas minn jew ugwali għal 90 mg/kg ta' P205

    Użu limitat għall-ħamrija bażika (pH > 7,5)

    A

    Il-gagazza bażika

    Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness IA.2. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    A

    Il-melħ greġġ tal-potassju jew kainit

    Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness IA.3. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    A

    Is-sulfat tal-potassju, li possibbilment jinkludi l-melħ tal-manjesju

    Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju permezz ta' proċess ta' estrazzjoni fiżika, li possibbilment jinkludi wkoll il-melħ tal-manjesju

    A

    Il-ħama u l-estratt tal-ħama

    Eskluża l-ħama ammonjaka

    A

    Il-karbonat tal-kalċju

    (il-ġibs, it-tafal, il-ġebel tal-ġir mitħun, il-litotamniju (maerl), il-ġibs tal-fosfat)

    Ta' oriġini naturali biss

    A

    Il-karbonat tal-manjesju u tal-kalċju

    Ta' oriġini naturali biss

    eż. il-ġibs tal-manjesju, il-manjesju mitħun, il-ġebla tal-ġir

    A

    Is-sulfat tal-manjesju (kiserite)

    Ta' oriġini naturali biss

    A

    Is-soluzzjoni tal-klorur tal-kalċju

    Trattament għall-weraq tas-siġar tat-tuffieħ, wara identifikazzjoni ta' nuqqas ta' kalċju

    A

    Is-sulfat tal-kalċju (gypsum)

    Prodotti kif speċifikati fil-punt 1 tal-Anness ID. tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    Ta' oriġini naturali biss

    A, B

    Ġibs industrijali mill-produzzjoni taz-zokkor

    Prodott sekondarju tal-produzzjoni taz-zokkor mill-pitravi taz-zokkor u mill-kannamiela

    A

    Ġibs industrijali mill-produzzjoni ta' melħ raffinat

    Prodott sekondarju ta' produzzjoni ta' melħ raffinat mill-ilma mielaħ li jinsab fil-muntanji

    A

    Il-kubrit elementari

    Prodotti kif speċifikati fl-Anness ID.3 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    A

    Oligo-elementi

    Mikronutrijenti inorganiċi elenkati fil-parti E tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    A

    Il-klorur tas-sodju

    Melħ estratt mill-minjieri biss

    A

    Trab tal-ġebel u tafal

     

    B

    Leonardit (Saff organiku mhux ipproċessat bi kwantità kbira ta' aċidi umiċi)

    Jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta' attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja biss

    B

    Il-ksilit

    Jekk jinkiseb bħala prodott sekondarju ta' attivitajiet ta' estrazzjoni minerarja biss (eż. prodott sekondarju tal-estrazzjoni minerarja tal-faħam kannella)

    B

    Kitin (Polisakkarid miksuba mill-qoxra tal-krustaċji)

    Jekk tinkiseb biss minn sajd sostenibbli, kif definit fl-Artikolu 3(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (4) jew akkwakultura organika

    B

    Saff organikament rikk li ġej minn korpi tal-ilma ħelu fformati bl-esklużjoni tal-ossiġenu

    (eż. is-sapropel)

    Safef organiċi li huma prodotti sekondarji tal-ġestjoni tal-korpi tal-ilma ħelu jew estratti minn żoni li qabel kienu tal-ilma ħelu biss

    Fejn applikabbli, l-estrazzjoni għandha ssir b'mod li tikkawża impatt minimu fuq is-sistema akkwatika

    Safef li ġejjin minn sorsi ħielsa minn kontaminazzjonijiet ta' pestiċidi, sustanzi organiċi persistenti li jniġġsu u sustanzi simili tal-petrol biss

    Konċentrazzjonijiet massimi f'mg/kg ta' materja niexfa:

    kadmju: 0,7; ram: 70; nikil: 25; ċomb: 45; żingu: 200; merkurju: 0,4; kromu (total): 70; kromu (VI): mhux individwabbli


    (1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).

    (3)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).


    ANNESS II

    ANNESS II

    Pestiċidi — prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti msemmija fl-Artikolu 5(1)

    Is-sustanzi kollha elenkati f'dan l-Anness għandhom jikkonformaw tal-anqas mal-kundizzjonijiet għall-użu kif speċifikat fl-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (1). Kundizzjonijiet aktar restrittivi għall-użu fil-produzzjoni organika huma speċifikati fit-tieni kolonna ta' kull tabella.

    1.   Sustanzi ta' oriġini mill-pjanti jew mill-annimali

    Isem

    Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu

    Allium sativum (Estratt tat-tewm)

     

    Ażadiraktina estratta minn Azadirachta indica (Is-siġra tan-neem)

     

    Sustanzi bażiċi (inkluż:. Leċitini, sukrożju, fruttożju, ħall, xorrox, kloridat tal-kitosan (2), u Equisetum arvense eċċ)

    Dawk is-sustanzi bażiċi biss kif definit fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (3) li huma ikel kif definit fl-Aritkolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 u li għandhom oriġini mill-pjanti jew mill-annimali

    Sustanzi li ma għandhomx jintużaw bħala erbiċidi, iżda biss għall-kontroll ta' pesti u mard.

    Xama' tan-naħal

    Bħala aġent għaż-żbir/protezzjoni għall-feriti biss

    COS-OGA

     

    Proteini idrolizzati minbarra l-ġelatina

     

    Laminarin

    Il-kelp għandu jitkabbar organikament skont l-Artikolu 6d jew jinħasad b'mod sostenibbli skont l-Artikolu 6c.

    Feromoni

    F'nases u f'distributuri biss.

    Żjut tal-pjanti

    Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida.

    Piretrini estratti minn Chrysanthemum cinerariaefolium

     

    Piretrojdi (id-deltametrina jew il-lambdaċjalotrina biss)

    F'nases b'sustanzi speċifiċi li jattiraw, biss; kontra Bactrocera oleae u Ceratitis capitata Wied, biss.

    Kwassja estratta minn Quassia amara

    Bħala insettiċida biss, repellent.

    Repellenti permezz ta' riħa ta' oriġini mill-annimali jew mill-pjanti/xaħam tan-nagħaġ

    Fuq partijiet tal-għelejjel mhux tajbin għall-ikel u fejn materjal tal-għelejjel ma jiġix inġerit min-nagħaġ jew mill-mogħoż, biss

    Salix spp. Cortex (magħruf ukoll bħala estratt tal-qoxra tas-siġra taż-żafżafa)

     

    2.   Mikroorganiżmi jew sustanzi prodotti minn mikroorganiżmi

    Isem

    Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet għall-użu

    Mikroorganiżmi

    Li ma joriġinawx minn OĠM.

    Spinosad

     

    3.   Sustanzi oħra għajr dawk imsemmija fit-Taqsimiet 1 u 2

    Isem

    Deskrizzjoni, rekwiżiti kompożizzjonali, kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet għall-użu

    Silikat tal-aluminju (Kaolin)

     

    Idrossidu tal-kalċju

    Meta jintuża bħala fungiċida, fis-siġar tal-frott biss, inkluż mixtliet, għall-kontroll ta' Nectria galligena

    Diossidu tal-karbonju

     

    Komposti tar-ram fil-forma ta': idrossidu tar-ram, ossiklorur tar-ram, ossidu tar-ram, taħlita Bordeaux, u sulfat tar-ram tribażiku

    Sa 6 kg ta' ram, għal kull ettaru, fis-sena.

    Għall-għelejjel perenni, b'deroga mill-ewwel paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-limitu ta' 6 kg ta' ram jista' jinqabeż f'sena partikolari sakemm il-kwantità medja effettivament użata tul perjodu ta' 5 snin li jkun jikkonsisti minn dik is-sena u l-erba' snin preċedenti ma tkunx taqbeż is-6 kg.

    Fosfat tad-diammonju

    Bħala sustanzi speċifiċi li jattiraw fin-nases biss

    Etilen

    Jistgħu jiġu awtorizzati biss l-użi fuq ġewwa bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti. L-awtorizzazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-utenti professjonali.

    Aċidu xaħmi

    Kull użu awtorizzat, ħlief bħala erbiċida.

    Il-fosfat ferriku (l-ortofosfat tal-ħadid (III))

    Preparazzjonijiet li għandhom jindilku fil-wiċċ bejn il-pjanti kkultivati

    Kieselgur (trab tad-diatomi)

     

    Kubrit tal-ġir (polisulfur tal-kalċju)

     

    Żejt tal-paraffina

     

    Il-potassju u l-karbonat tal-idroġenu tas-sodju (magħruf ukoll bħala potassju/bikarbonat tas-sodju)

     

    Ramel kwarzuż

     

    Kubrit

     


    (1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

    (2)  Miksuba mis-sajd sostenibbli jew mill-akkwakultura organika

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).


    ANNESS III

    ANNESS VIIIa

    Prodotti u sustanzi awtorizzati għall-użu jew addizzjoni fil-prodotti organiċi tas-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 29c

    Tip ta' trattament skont l-Anness I A tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

    Isem il-prodotti jew is-sustanzi

    Kundizzjonijiet speċifiċi, restrizzjonijiet fil-limiti u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 1234/2007 u r-Regolament (KE) Nru 606/2009

    Punt 1: Użu ta' arjazzjoni jew ossiġenazzjoni

    Arja

    Ossiġenu gassuż

     

    Punt 3: Ċentrifuġu u filtrazzjoni

    Perlit

    Ċelluloża

    Ħamrija bid-dijatomi

    Jintuża biss bħala aġent inert tal-filtrazzjoni

    Punt 4: L-użu sabiex tinħoloq atmosfera inerta u biex jiġi mmaniġġjat il-prodott protett mill-arja

    Nitroġenu

    Diossidu tal-karbonju

    Argon

     

    Punti 5, 15 u 21: Użu

    Ħmira (1)

     

    Punt 6: Użu

    Fosfat diammonju

    Kloridat tat-tijamina

    Ħmira inattivata, awtoliżati tal-ħmira u qxur tal-ħmira

     

    Punt 7: Użu

    Diossidu tal-kubrit

    Bislufit tal-potassju jew metabisulfit tal-potassju

    (a)

    Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-100 milligramma kull litru għall-inbejjed ħomor kif imsemmija fil-Punt 1(a) tal-Parti A tal-Anness I.B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

    (b)

    Il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit m'għandux jaqbeż il-150 milligramma kull litru għall-inbejjed rożè kif imsemmija fil-Punt 1(b) tal-Parti A tal-Anness I.B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 u b'livell ta' zokkor residwali ta' inqas minn 2 grammi kull litru

    (c)

    Għall-inbejjed kollha l-oħra, il-kontenut massimu tad-diossidu tal-kubrit applikat skont l-Anness I.B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 fl-1 ta' Awwissu 2010, għandu jitnaqqas bi 30 milligramma kull litru.

    Punt 9: Użu

    Faħam tal-kannol għal użu enoloġiku

     

    Punt 10: Kjarifika

    Ġelatina tajba għall-ikel (2)

    Proteini veġetali mill-qamħ jew mill-piżelli (2)

    Isinglass (2)

    Albumina tal-abjad tal-bajd (2)

    Tannini (2)

    Proteini tal-patata (2)

    L-estratti tal-proteina tal-ħmira (2)

    Kaseina

    Kitosan derivat mill-Aspergillus niger

    Kaseinat tal-potassju

    Diossidu tas-silikona

    Bentonite

    Enżimi pektolitiċi

     

    Punt 12: Użu għall-finijiet ta' aċidifikazzjoni

    Aċidu lattiku

    Aċidu L(+) tartariku

     

    Punt 13: Użu għall-finijiet ta' deaċidifikazzjoni

    Aċidu L(+) tartariku

    Karbonat tal-kalċju

    Tartrat newtrali tal-potassju

    Bikarbonat tal-potassju

     

    Punt 14: Żieda

    Reżina tal-arznu Aleppo

     

    Punt 17: Użu

    Batterja lattika

     

    Punt 19: Żieda

    Aċidu L-assorbiku

     

    Punt 22: Użu tal-gassifikazzjoni

    Nitroġenu

     

    Punt 23: Żieda

    Diossidu tal-karbonju

     

    Punt 24: Żieda għall-finijiet ta' stabbilizzazzjoni tal-inbid

    Aċidu ċitriku

     

    Punt 25: Żieda

    Tannini (2)

     

    Punt 27: Żieda

    Aċidu metatartariku

     

    Punt 28: Użu

    Gomma tal-akaċja (2) (= gomma Għarbija)

     

    Punt 30: Użu

    Bitartrat tal-potassju

     

    Punt 31: Użu

    Ċitrat kuprikum

     

    Punt 31: Użu

    Sulfat tar-ram

     

    Punt 35: Użu

    Mannoproteini tal-ħmira

     

    Punt 38: Użu

    Laqx tal-ballut

     

    Punt 39: Użu

    Alġinat tal-potassju

     

    Punt 44: Użu

    Kitosan derivat mill-Aspergillus niger

     

    Punt 51: Użu

    Ħmira inattivata

     

    Tip ta' trattament skont l-Anness III, il-punt A.2(b) tar-Regolament (KE) Nru 606/2009

    Sulfat tal-kalċju

    Għall-‘vino generoso’ jew il-‘vino generoso de licor’ biss


    (1)  Għall-varjanti ta' ħmira individwali: jekk disponibbli, imnissla minn materja prima organika.

    (2)  Idderivat minn materja prima organika jekk disponibbli.


    Top