Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0541

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/541 tal-20 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati ta' applikazzjoni tagħhom (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/8681

    ĠU L 90, 6.4.2018, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/541/oj

    6.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 90/59


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/541

    tal-20 ta' Diċembru 2017

    li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 f'dak li għandu x'jaqsam mad-dati ta' applikazzjoni tagħhom

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 28(4), l-Artikolu 29(4) u (5) u l-Artikolu 30(6) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva (UE) 2016/97 tarmonizza d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni u tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati biex tispeċifika aktar il-kriterji u d-dettalji prattiċi fir-rigward ta' regoli dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni tal-prodotti tal-investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni, u fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sorveljanza u tal-governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u għad-distributuri tal-assigurazzjoni. Fil-21 ta' Settembru 2017, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2017/2358 (2) u r-Regolament Delegat (UE) 2017/2359 (3) fuq il-bażi ta' dawk is-setgħat.

    (2)

    Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-professjonisti jkunu jistgħu jadattaw ruħhom aħjar għar-rekwiżiti stabbiliti fiż-żewġ Regolamenti Delegati msemmija fl-ewwel premessa, id-data ta' applikazzjoni ta' dawk ir-Regolamenti Delegati jenħtieġ li tiġi allinjata mad-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva (UE) 2016/97, kif stabbilit fl-Artikolu 42(1) ta' dik id-Direttiva,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358

    Fl-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Huwa għandu japplika mid-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.”.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359

    Fl-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “Huwa għandu japplika mid-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2016/97.”.

    Artikolu 3

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Diċembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2358 tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-sorveljanza u tal-governanza tal-prodotti għall-impriżi tal-assigurazzjoni u d-distributuri tal-assigurazzjoni (ĠU L 341, 20.12.2017, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2359 tal-21 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' rekwiżiti ta' informazzjoni u regoli dwar il-kondotta tal-operazzjonijiet applikabbli għad-distribuzzjoni ta' prodotti ta' investiment ibbażati fuq l-assigurazzjoni (ĠU L 341, 20.12.2017, p. 8).


    Top