This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017H1140
Commission Recommendation (EU) 2017/1140 of 23 June 2017 on personal data that may be exchanged through the Early Warning and Response System (EWRS) established pursuant to Decision No 1082/2013/EU of the European Parliament and of the Council for the purposes of the coordination of contact tracing measures in relation to serious cross-border threats to health (notified under document C(2017) 4197) (Text with EEA relevance. )
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1140 tat-23 ta' Ġunju 2017 dwar id-dejta personali li tista' tiġi skambjata permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni (EWRS) stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu kkoordinati l-miżuri ta' rintraċċar tal-kuntatti b'rabta mat-theddid serju transfruntier għas-saħħa (notifikata bid-dokument C(2017) 4197) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1140 tat-23 ta' Ġunju 2017 dwar id-dejta personali li tista' tiġi skambjata permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni (EWRS) stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu kkoordinati l-miżuri ta' rintraċċar tal-kuntatti b'rabta mat-theddid serju transfruntier għas-saħħa (notifikata bid-dokument C(2017) 4197) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/4197
ĠU L 164, 27.6.2017, p. 65–67
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.6.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/65 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1140
tat-23 ta' Ġunju 2017
dwar id-dejta personali li tista' tiġi skambjata permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija u ta' Reazzjoni (EWRS) stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġu kkoordinati l-miżuri ta' rintraċċar tal-kuntatti b'rabta mat-theddid serju transfruntier għas-saħħa
(notifikata bid-dokument C(2017) 4197)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) stabbiliet sistema ta' twissija bikrija u ta' reazzjoni (“EWRS”) bħala netwerk ta' komunikazzjoni permanenti bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri għall-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċerti kategoriji ta' mard komunikabbli. Il-proċeduri li jirregolaw il-funzjonament tal-EWRS ġew stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE (2). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2119/98/KE tħassret u ġiet issostitwita bid-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Id-Deċiżjoni l-ġdida reġgħet daħħlet fis-seħħ l-EWRS. Hija estendiet ukoll l-ambitu tan-netwerk ta' komunikazzjoni permanenti biex ikopri tipi oħra ta' theddid bijoloġiku, u kategoriji oħra ta' theddid transkonfinali serju għas-saħħa, inkluż theddid ta' oriġini kimika, ambjentali jew ta' oriġini mhux magħrufa. Barra minn hekk, hija stabbiliet ir-regoli dwar is-sorveljanza epidemoloġika, il-monitoraġġ, it-twissija bikrija tat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa, u l-ġlieda kontra tiegħu. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2000/57/KE tħassret u ġiet issostitwita bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/253 (4). |
(4) |
Skont l-Artikolu 9(3)(i) tad-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, in-notifika ta' theddid serju transkonfinali għas-saħħa permezz tal-EWRS jeħtieġ li tinkludi d-dejta meħtieġa li tippermetti l-identifikazzjoni tal-persuni infettati u tal-individwi li jistgħu jkunu fil-periklu (“id-dejta għar-rintraċċar tal-kuntatti”). Bi qbil mal-Artikolu 16(9)(b) ta' dik id-Deċiżjoni u mal-għan li tiġi żgurata l-effikaċja u l-applikazzjoni uniformi ta' dawn in-notifiki, jixraq li tiġi rakkomandata lista indikattiva tad-dejta personali li tista' tintbagħat mill-awtoritajiet kompetenti tal-EWRS. |
(5) |
L-iskambju ta' dejta personali permezz tal-EWRS jeħtieġ li jsir skont ir-rekwiżiti tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Filwaqt li, bħala regola ġenerali, id-Direttiva 95/46/KE u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 jipprekludu l-ipproċessar ta' dejta personali, anki dik id-dejta marbuta mas-saħħa ta' individwu, b'danakollu dan l-ipproċessar huwa awtorizzat safejn ikun meħtieġ biex iħares l-interessi ta' importanza kritika tas-suġġett tad-dejta, bi qbil mal-Artikolu 8(2)(c) tad-Direttiva 95/46/KE u mal-Artikolu 10(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif ukoll għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali, soġġett li jitwettqu s-salvagwardji x-xierqa stipulati fil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru, rispettivament skont l-Artikoli 8(4) u 10(4) ta' dawk l-atti. |
(6) |
Id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-iskopijiet imsemmijin hawn fuq biss, skont kif jiġi ddeterminat każ b'każ, għandha tiġi skambjata permezz tal-EWRS, u din ir-Rakkomandazzjoni ma tikkostitwixxix awtorizzazzjoni biex tiġi skambjata kull tip ta' dejta personali kkonċernata. |
(7) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fl-24 ta' Awwissu 2015 (C 2015-0629). |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
1. |
Fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni tinsab lista indikattiva tad-dejta personali li tista' tiġi skambjata għall-għan tal-miżuri ta' koordinazzjoni u rintraċċar tal-kuntatti. |
2. |
Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' netwerk għas-sorveljanza epidemoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità (ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar is-sistema ta' twissija bikrija u ta' reazzjoni għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard li jittieħed taħt id-Deċiżjoni 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32).
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE (ĠU L 293, 5.11.2013, p. 1).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/253 tat-13 ta' Frar 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għan-notifika ta' twissijiet bħala parti tas-sistema ta' twissija bikrija u ta' reazzjoni stabbilita b'rabta mat-theddid transkonfinali serju għas-saħħa u għall-iskambju ta' informazzjoni, ta' konsultazzjoni u ta' koordinazzjoni ta' reazzjonijiet għal theddid bħal dan skont id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 37, 14.2.2017, p. 23).
(5) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ANNESS
Lista indikattiva tad-dejta personali li tista' tiġi skambjata għall-iskop tal-miżuri ta' koordinazzjoni tar-rintraċċar tal-kuntatti
1. INFORMAZZJONI PERSONALI
— |
L-isem u l-kunjom, |
— |
In-nazzjonalità, id-data tat-twelid, is-sess, |
— |
Il-pajjiż ta' residenza, |
— |
Tip ta' dokument tal-identità, numru u l-awtorità li ħarġitu; |
— |
L-indirizz attwali tad-dar jew tar-residenza (l-isem tat-triq u n-numru tal-bieb, il-belt, il-pajjiż, il-kodiċi postali), |
— |
Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju), |
— |
Indirizz elettroniku (privat, negozju). |
2. SPEĊIFIKAZZJONIJIET DWAR IL-VJAĠĠ
— |
Id-dejta dwar il-mezz tat-trasport (eż in-numru tat-titjira, id-data tat-titjira, isem il-vapur, in-numru tal-pjanċa), |
— |
In-numru/i tas-sit(s), |
— |
In-numru/i tal-kabina/i. |
3. INFORMAZZJONI DWAR IL-KUNTATTI
— |
L-ismijiet tal-persuni li jkun żar l-individwu/il-postijiet tal-alloġġ tagħhom, |
— |
Id-dati u l-indirizzi tal-postijiet ta' alloġġ (isem it-triq u n-numru tal-bieb, il-belt, il-pajjiż, il-kodiċi postali), |
— |
Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju), |
— |
Indirizz elettroniku (privat, negozju). |
4. INFORMAZZJONI DWAR IL-PERSUNI AKKUMPANJANTI
— |
L-isem u l-kunjom, |
— |
Nazzjonalità, |
— |
Il-pajjiż ta' residenza, |
— |
It-tip tad-dokument tal-identità, in-numru tiegħu u l-awtorità li ħarġitu, |
— |
L-indirizz attwali tad-dar (l-isem tat-triq u n-numru tal-bieb, il-belt, il-pajjiż, il-kodiċi postali), |
— |
Numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju), |
— |
L-indirizz elettroniku (privat, tan-negozju). |
5. DETTALJI TA' KUNTATT TA' EMERĠENZA
— |
Isem il-persuna li trid tiġi kkuntattjata, |
— |
L-indirizz (isem it-triq u n-numru tal-bieb, il-belt, il-pajjiż, il-kodiċi postali), |
— |
In-numri tat-telefown (mowbajl, residenzjali, tan-negozju), |
— |
L-indirizz elettroniku (privat, tan-negozju). |