Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1917

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1917 tas-27 ta' Ottubru 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2016) 6835) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/6835

ĠU L 296, 1.11.2016, p. 17–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/1917/oj

1.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1917

tas-27 ta' Ottubru 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2016) 6835)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni mill-Belġju, Franza, l-Italja u n-Netherlands, l-entrata għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Brussels South Charleroi fil-Belġju, fil-port ta' Marsilja fi Franza, fl-ajruport ta' Milano-Malpensa fl-Italja u fl-ajruport ta' Amsterdam fin-Netherlands għandha tiġi emendata fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Wara komunikazzjoni mill-Greċja, l-approvazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tal-ferrovija f'Idomendi ġiet sospiża. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Greċja.

(4)

Spanja kkomunikat li saru xi bidliet fiċ-ċentri ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Barċellona. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għal Spanja.

(5)

Wara komunikazzjoni mill-Italja, ġie miżjud ċentru tal-ispezzjoni ġdid fil-post ta' spezzjoni fl-funtiera fil-port ta' Napli. Għalhekk, l-entrata għal dak il-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jiġi emendat fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Italja.

(6)

Wara komunikazzjoni mill-Italja u l-Ungerija, tħassret l-approvazzjoni għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera fl-ajruport ta' Ġenova u għall-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għall-ferrovija ta' Kelebia. Għalhekk, l-entrati għal dawk il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera għandhom jitħassru mil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għall-Italja u l-Ungerija.

(7)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(8)

Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja u l-Italja, għandu jsir tibdil f'diversi unitajiet lokali u reġjonali fil-lista ta' unitajiet reġjonali u lokali fit-Traces għall-Ġermanja u l-Italja stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ottubru 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lill-Belġju, l-entrata għall-ajruport Brussels South Charleroi tinbidel b'li ġej:

“Charleroi Airport

BE CRL 4

A

 

 

O(14)”

(b)

fil-parti li tikkonċerna l-Greċja, l-entrata għall-ferroviji ta' Idomeni tinbidel b'li ġej:

“Idomeni (*)

GR EID 2

F

 

HC(2) (*)”

 

(c)

Fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-entrata għall-ajruport f'Barċellona tinbidel b'li ġej:

“Barcelona

ES BCN 4

A

WFS

HC (2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

O

Swissport

HC(2), NHC(2)

O”

(d)

fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-entrata għall-port ta' Marsilja tinbidel b'li ġej:

“Marseille Port

FR MRS 1

P

Hangar 14

 

U(14), E

Hangar 23

HC-T(1)(2), HC-NT(2)”

 

(e)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-ajruport ta' Genova titħassar;

(ii)

l-entrata għall-ajruport ta' Milano-Malpensa tinbidel b'li ġej:

“Milano-Malpensa

IT MXP 4

A

Magazzini aeroportuali ALHA

HC(2), NHC(2)

 

ALHA Airport MXP SpA

 

U, E

Cargo City MLE

HC(2)

O”

(iii)

l-entrata għall-port ta' Napli tinbidel b'li ġej:

“Napoli

IT NAP 1

P

Molo Bausan

HC, NHC-NT

 

Terminal Flavio Gioia SPA

HC(2), NHC(2)”

 

(f)

fil-parti li tikkonċerna lill-Ungerija, titħassar l-entrata għall-ferrovija ta' Kelebia;

(g)

fil-parti li tikkonċerna n-Netherlands l-entrata għall-ajruport ta' Amsterdam tinbidel b'li ġej:

“Amsterdam

NL AMS 4

A

dnata B.V.

HC(2), NHC-T(FR), NHC-NT(2)

O(14)

Schiphol Animal Centre

 

U, E, O(14)

KLM-2

 

U, E, O(14)

Fresh port

HC(2), NHC(2)

O(14)

Kuehne + Nagel N.V.

HC-T(CH)(2)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna lill-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-entrata għall-unità lokali “DE00011 BERLIN” tinbidel b'li ġej:

“DE05111

BERLIN”

(ii)

l-entrati għall-unitajiet lokali “DE08512 COTTBUS” u “DE11803 EMDEN, STADT” jitħassru;

(b)

fil-parti li tikkonċerna l-Italja, l-entrata għall-unità reġjonali “IT00004 TRENTINO-ALTO ADIGE” tinbidel biż-żewġ unitajiet reġjonali u lokali li ġejjin:

“IT00041   PROVINCIA AUTONOMA DI BOLZANO

IT00141

A.S. della P.A. di Bolzano

IT00042   PROVINCIA AUTONOMA DI TRENTO

IT00542

Trento”


Top