EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D1171

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1171 tat-12 ta' Lulju 2016 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendi għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

ĠU L 193, 19.7.2016, p. 38–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1171/oj

19.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 193/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/1171

tat-12 ta' Lulju 2016

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward l-emendi għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-punt (a) tal-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl- 1 ta' Jannar 1994.

(2)

Skont l-Artikolu 98 u, b'mod partikolari, l-Artikolu 102 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, inter alia, l-Anness IX tal-Ftehim ŻEE li fih dispożizzjonijiet dwar is-servizzi finanzjarji.

(3)

L-atti li ġejjin jikkonċernaw is-servizzi finanzjarji u għandhom jiġu inkorporati fil-Ftehim ŻEE:

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6),

Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 (9),

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 (10),

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 (11),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 (12),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 (13),

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 (15),

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 (16),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 (17),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 (18),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/97 (19),

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20),

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21),

Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 (23),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2012 (24),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 (25),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2012 (26),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 (27),

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 (28),

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/245/UE (29),

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/246/UE (30),

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/247/UE (31),

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/248/UE (32); u

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/249/UE (33).

(4)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet mehmużin,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozzi ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Lulju 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

P. KAŽIMÍR


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

(2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5).

(8)  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(9)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 132, 16.5.2013, p. 1).

(11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' referenza ta' AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 16.5.2013, p. 3).

(12)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 18).

(13)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 5).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 1).

(16)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f'ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta' ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b'mod xieraq li ishma jew strumenti ta' dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 11).

(17)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal- 5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta' notifika, livelli limitu ta' likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1).

(18)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 16).

(19)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/97 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 918/2012 fir-rigward tan-notifiki tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f'dejn sovran (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 22).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 30).

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1).

(23)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas-7 ta' Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6).

(24)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jiġi sottomess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 2).

(25)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 14).

(26)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f'repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 17).

(27)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 32).

(28)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (ĠU L 282, 16.10.2012, p. 23).

(29)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/245/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 65).

(30)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/246/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 68).

(31)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/247/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Messiku bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 71).

(32)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/248/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 73).

(33)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/249/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 76).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31ed (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/C-326/07) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31f.

32010 R 1092: Ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet rilevanti tal-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS);

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għal dan il-Ftehim, it-termini “Stat(i) Membru(i)”, “awtoritajiet kompetenti”, u “awtoritajiet superviżorji” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-awtoritajiet ta' superviżjoni, rispettivament. Dan ma għandux japplika fir-rigward tal-Artikoli 5(2), 9(5) u 11(1)(c);

(c)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 6(2):

“(c)

il-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, jew, rigward Liechtenstein, rappreżentant ta' livell għoli tal-Ministeru tal-Finanzi;

(d)

Membru tal-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kull meta jkunu rilevanti għall-kompiti tiegħu.

Il-membri tal-Bord Ġenerali mingħajr dritt tal-vot imsemmija fil-punti (c) u (d) ma għandhomx jipparteċipaw fil-ħidma tal-Bord Ġenerali meta s-sitwazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali tal-UE jew l-Istati Membri tal-UE jistgħu jiġu diskussi.”;

(d)

Fl-Artikolu 13(1) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(i)

rappreżentant wieħed ta' kull bank ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, jew, rigward Liechtenstein, tal-Ministeru tal-Finanzi. Dawn ir-rappreżentanti ma għandhomx jipparteċipaw fix-xogħol tal-Kumitat Tekniku Konsultattiv meta s-sitwazzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali tal-UE jew l-Istati Membri tal-UE jistgħu jkunu diskussi.”;

(e)

Is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 15(2):

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, il-banek ċentrali nazzjonali, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-awtoritajiet tal-istatistika nazzjonali tal-Istati tal-EFTA għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-BERS u jipprovduh bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti tiegħu skont il-Ftehim ŻEE.”;

(f)

Fl-Artikolu 16(3), il-kliem, “u fil-każ li Stat tal-EFTA jew waħda jew iktar awtoritajiet superviżorji nazzjonali tiegħu hija destinatarja, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “il-Kummissjoni” u l-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “ASE”;

(g)

Fl-Artikolu 17(1) u (2), u l-Artikolu 18(1), il-kliem, “u, fil-każ li Stat tal-EFTA jew waħda jew iktar awtoritajiet superviżorji nazzjonali tiegħu hija destinatarja, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandhom jiżdiedu wara l-kelma “Kunsill”;

(h)

L-Artikolu 17(3) ma għandux japplika fir-rigward ta' deċiżjonijiet dwar rakkomandazzjonijiet indirizzati lil wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA;

(i)

Fl-Artikolu 18(4) il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiżdiedu wara l-kelma “ASE”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, liema minnhom jiġi l-aħħar (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

dwar Deċiżjoni Nru …/… li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 fil-Ftehim ŻEE

Il-Partijiet Kontraenti jfakkru li r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 jippermetti biss ċertu livell ta' parteċipazzjoni fil-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku minn Stati li mhumiex Stati Membri tal-UE. Fil-kuntest ta' reviżjonijiet futuri possibbli tar-Regolament (UE) Nru 1092/2010, l-UE ser tivvaluta jekk dritt ta' parteċipazzjoni li jikkorrispondi għall-parteċipazzjoni tal-Istati taż-ŻEE-EFTA fit-tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej previsti fid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/…, Nru …/… u Nru …/… jistax jingħatax lill-Istati taż-ŻEE-EFTA.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) fir-rigward tal-konferiment ta' kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-UE u l-Ministri taż-ŻEE-EFTA tal-Finanzi u l-Ekonomija, fil-konklużjonijiet tagħhom (3) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim ŻEE, approvaw is-soluzzjoni bilanċjata li nstabet bejn il-Partijiet Kontraenti, li tqis l-istruttura u l-objettivi tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u tal-Ftehim ŻEE, kif ukoll ir-restrizzjonijiet legali u politiċi tal-UE u l-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(4)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA saħqu li, f'konformità mal-istruttura tal-Ftehim ŻEE mibnija fuq żewġ pilastri, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, rispettivament. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet li ma jorbtux legalment, bħall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u medjazzjoni li ma torbotx legalment, ukoll fejn jidħlu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. Azzjoni min-naħa ta' kwalunkwe minnhom ser tiġi ppreċeduta, kif xieraq, minn konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(5)

Biex tiġi żgurata integrazzjoni tal-għarfien espert tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri, deċiżjonijiet individwali u opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA indirizzati lil awtorità kompetenti individwali waħda jew operatur tas-suq wieħed jew aktar taż-ŻEE-EFTA ser jiġu adottati fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tal-UE. Dan ser iħalli l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda.

(6)

Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehim li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li ġie rifless f'dawn il-konklużjonijiet, u għalhekk għandu jiġi interpretat f'konformità mal-prinċipji li huma jirrappreżentaw.

(7)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31f (ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31 g.

32010 R 1093: Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12), kif emendat bi:

32013 R 1022: Ir-Regolament (UE) Nru 1022/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, ħlief għad-dritt tal-vot, ikollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, il-Bord tas-Superviżuri tagħha, u l-korpi preparatorji kollha tal-Awtorità, inklużi kumitati interni u bordijiet, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 108 u 109 ta' dan il-Ftehim, l-Awtorità għandha, ħlief għad-dritt tal-vot, id-dritt li tieħu sehem fix-xogħol tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-korpi preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Awtorità kif previst f'dan il-Ftehim.

Ir-regoli ta' proċedura tal-Awtorità u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jagħtu effett sħiħ lill-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, fix-xogħol ta' xulxin kif previst f'dan il-Ftehim;

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 għal dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru/Stati Membri” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(c)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, ir-regoli ta' proċedura interni tal-Awtorità għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti tal-EFTA u l-istituzzjonijiet finanzjarji. B'mod partikolari, it-tħejjija ta' abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għall-istess proċeduri interni bħat-tħejjija ta' deċiżjonijiet adottati dwar kwistjonijiet simili li jikkonċernaw l-UE, l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-istituzzjonijiet finanzjarji;

(d)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b'mod partikolari qabel ma tittieħed kull azzjoni;

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-President tal-Awtorità u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jqisu l-urġenza tal-kwistjoni, mingħajr dewmien żejjed, isejħu laqgħa biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx dan il-kunsens, il-President tal-Awtorità jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti biex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista' titlob immedjatament biex jiġu organizzati laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim;

(e)

Referenzi għal atti oħra fir-Regolament għandhom japplikaw sal-punt u fil-forma li dawk l-atti jkunu inkorporati fil-Ftehim.

(f)

Rigward l-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 1(4) għandu jinqara kif ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, b'mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, biex tiġi żgurata konformità mal-Ftehim ŻEE jew dak il-Ftehim.”;

(g)

Fl-Artikolu 9(5):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “L-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f'intervalli adatti u mill-inqas kull tliet (3) xhur. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' tliet (3) xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma, mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi, lill-Awtorità dwar id-data ta' skadenza. Fi żmien xieraq, qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tinforma lill-Awtorità dwar kwalunkwe żvilupp li hija tikkunsidra rilevanti għar-rieżami.

Stat tal-EFTA jista' jitlob lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F'dak il-każ l-Awtorità għandha tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, bi qbil mal-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1).

Meta l-Awtorità temenda jew tirrevoka xi deċiżjoni b'mod parallel għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, bla dewmien żejjed.”;

(h)

Fl-Artikolu 16(4), il-kliem “il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(i)

Fl-Artikolu 17:

(i)

il-kliem “Liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “il-Ftehim ŻEE”;

(ii)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(iii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(iv)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

“Meta l-Awtorità tinvestiga allegazzjoni ta' ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta' awtorità kompetenti ta' Stat tal-EFTA, din għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar in-natura u l-għan tal-investigazzjoni u tipprovdiha b'mod regolari b'din l-informazzjoni aġġornata meħtieġa sabiex l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha kif suppost skont il-paragrafi 4 u 6.”;

(v)

rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafi ta' paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej:

“Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, l-awtorità kompetenti, għandha tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun beħsiebha tieħu biex tiżgura li tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.”;

(vi)

rigward l-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinqraw kif ġej:

“4.   Meta l-awtorità kompetenti ma tikkonformax mal-Ftehim ŻEE fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa biex tikkonforma mal-Ftehim ŻEE. L-opinjoni formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet (3) xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

L-opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.   Fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun beħsiebha tieħu biex tkun konformi ma' dik l-opinjoni formali.”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(viii)

rigward l-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafu ta' paragrafu 6 għandu jinqara kif ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(ix)

rigward l-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 8 għandhom jinqraw kif ġej:

“8.   Kull sena l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika informazzjoni dwar liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-swieq finanzjarji fl-Istati tal-EFTA ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet formali jew mad-deċiżjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.”;

(j)

Fl-Artikolu 18:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 3 u 4, il-kliem “l-Awtorità” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafi 3 u 4:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kelma “l-Awtorità” tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(k)

Fl-Artikolu 19:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “fl-Istati Membri tal-UE” għandu jiddaħħal wara l-kliem “b'effett vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati”;

(iii)

is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-paragrafu 3:

“Fil-każ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu esklussivament awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, u jekk dawn l-awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni li titlobhom jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Fil-każ li jkunu kkonċernati l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru wieħed jew iktar u Stat tal-EFTA wieħed jew iktar, u jekk dawn l-awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim fi żmien il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni li titlob lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri rispettivi u l-Istati tal-EFTA kkonċernati biex jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni sabiex isolvu l-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” u l-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “il-Ftehim ŻEE”;

(v)

fil-paragrafu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Id-Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”.

(l)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 20:

“Fil-każ li jkunu kkonċernati esklussivament l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ta' wieħed jew aktar Stati Membri tal-UE u wieħed jew aktar Stati tal-EFTA huma kkonċernati, l-Awtorità jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Id-deċiżjonijiet mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità, kif xieraq, mill-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u/jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), għandhom jilħqu, kif opportun, skont l-Artikolu 56, pożizzjonijiet konġunti u jadottaw id-deċiżjonijiet u/jew abbozzi b'mod parallel.”;

(m)

Fl-Artikolu 21(4), il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “L-Awtorità”;

(n)

Fl-Artikoli 22(1a) u 31(d), il-kliem “kif ukoll l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(o)

Fl-Artikoli 22(4) u 34(1), il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni”;

(p)

Fl-Artikolu 32(3a), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “Tista' titlob” għandu jinqara “L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' titlob”;

(ii)

il-kliem “l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal qabel il-kliem “tista' tipparteċipa”;

(iii)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“It-talbiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA f'dan il-paragrafu, għandhom isiru, mingħajr dewmien bla bżonn, fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(q)

Fl-Artikolu 35(5), il-kliem “lill-bank ċentrali nazzjonali” ma għandux japplika għal-Liechtenstein.

(r)

Fl-Artikolu 36(5), il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”.

(s)

Fl-Artikolu 38, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “l-Awtorità”, “l-Awtorità u l-Kummissjoni”, “l-Awtorità, il-Kummissjoni” u “il-Kummissjoni u l-Awtorità” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

il-kelma “il-Kunsill” għandha tinqara “il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA”;

(iii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara r-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA kkonċernat lill-Awtorità u l-Kummissjoni. Id-Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex tinżamm, tiġi emendata jew revokata deċiżjoni tittieħed fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.”;

(v)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi, mingħajr dewmien żejjed, l-avviż tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.”;

(vi)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Jekk, f'każ li jaqa' taħt l-Artikolu 19(3), flimkien mal-Artikolu 20, skont kif ikun, u fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil li jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta' wieħed jew iktar mill-Istati tal-EFTA, deċiżjoni tiġi sospiża jew terminata skont dan l-Artikolu, kull deċiżjoni parallela tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-każ ikkonċernat għandha tiġi ugwalment sospiża jew terminata.

Jekk, f'każijiet bħal dawn, l-Awtorità temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità għandha, bla dewmien żejjed, tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(t)

Fl-Artikolu 39:

(i)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 1:

“Meta tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, u tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tippermetti lil kull persuna fiżika jew ġuridika, inkluża awtorità kompetenti, li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni li għandha tinftiehem, li tesprimi l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, il-kumplessità u l-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.”;

(ii)

is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-paragrafu 4:

“Jekk l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), hija għandha tagħmel rieżami ta' dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Awtorità dwar ir-reviżjonijiet li jkunu ġejjin, kif ukoll l-iżviluppi li huma rilevanti għar-rieżami.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex tiġi emendata jew revokata deċiżjoni għandha tittieħed fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità. Fi żmien xieraq, qabel ir-reviżjoni maħsuba, l-Awtorità għandha tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati jekk meħtieġ minn abbozz.”;

(iii)

rigward l-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(u)

Fl-Artikolu 40(1):

(i)

fil-punt (b), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“u, mingħajr id-dritt tal-vot, il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu f'kull Stat tal-EFTA,”;

(ii)

fil-punt (f), il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “Awtoritajiet”;

(v)

Fl-Artikolu 43:

(i)

fil-paragrafu 2, il-kliem “tħejji abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “deċiżjonijiet”;

(ii)

fil-paragrafi 4 u 6, il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kunsill”;

(w)

Fl-Artikolu 44:

(i)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 1:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandu japplika, mutatis mutandis, fil-każ ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont id-dispożizzjonijiet rispettivi ta' dan ir-Regolament.”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “kif ukoll ir-rappreżentant tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “id-Direttur Eżekuttiv”;

(iii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafu 4:

“Il-membri tal-“Istati tal-EFTA” tal-Bord tas-Superviżuri skont l-Artikolu 40(1)(b) għandhom ikunu intitolati li jattendu diskussjonijiet fil-Bord tas-Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”;

(x)

Fl-Artikolu 57(2), dan il-kliem li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“kif ukoll rappreżentant wieħed ta' livell għoli tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat tal-EFTA u rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(y)

Is-subparagrafu segwenti għandu jiżdied fl-Artikolu 60(4):

“Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Awtorità adottata fl-Artikolu 19, flimkien mal-Artikolu 20, skont il-każ, f'każ fejn in-nuqqas ta' qbil jista' jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtorità kompetenti involuta tal-EFTA sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet li ġejjin mill-partijiet fil-proċedimenti tal-appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. L-awtorità kompetenti tal-EFTA involuta għandha tkun intitolata biex tagħmel rappreżentazzjonijiet orali.”;

(z)

Is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 62(1)(a):

“L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-Awtorità b'mod konformi ma' dan il-punt.

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA kompetenti għas-superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji f'dan il-punt, il-piż ta' kull Stat tal-EFTA għandu jkun dan li ġej:

 

L-Iżlanda: 2

 

Il-Liechtenstein: 1

 

In-Norveġja: 7”;

(za)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67:

“L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw lill-Awtorità u lill-impjegati tagħha l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.”;

(zb)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 68:

“5.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn, persuni li jkollhom nazzjonalità tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jingħataw impjieg b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.

B'deroga mill-Artikoli 12(2)(e) u 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandu jitqiesu mill-Awtorità, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”;

(zc)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 72:

“4.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, għall-applikazzjoni tar-Regolament, għandu japplika għall-awtorità kompetenti tal-Istati tal-EFTA rigward id-dokumenti imħejjija mill-Awtorità.”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1022/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrevedu l-qafas stabbilit skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjonijiet [Nru…/… [BERS],]Nru…/… [EIOPA], u Nru…/… [ESMA] sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni] biex jiżguraw li jkompli jiżgura l-applikazzjoni effettiva u omoġenja tar-regoli komuni u superviżjoni fl-EFTA kollha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi … [daħħal il-jum ta' wara l-adozzjoni tagħha], jew fil-jum ta' wara l-aħħar avviż skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, liema minnhom jiġi l-aħħar (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 5.

(3)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

dwar Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fil-Ftehim ŻEE

[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]

Skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1022/2013, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ser taġixxi indipendentement u oġġettivament u b'mod mhux diskriminatorju fl-interessi tal-Unjoni biss. Wara l-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 fil-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, ikollhom, bl-eċċezzjoni għad-dritt għall-vot, l-istess drittijiet bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità.

Għaldaqstant, u b'rispett sħiħ lejn l-indipendenza tal-Awtorità, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE jikkondividu l-fehma li, meta taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità taġixxi fl-interess komuni tal-Partijiet Kontraenti kollha għall-Ftehim ŻEE.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-UE u l-Ministri taż-ŻEE-EFTA tal-Finanzi u l-Ekonomija, fil-konklużjonijiet (2) tagħhom tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fil-Ftehim ŻEE, laqgħu b'sodisfazzjon is-soluzzjoni bilanċjata miftehma bejn il-Partijiet Kontraenti, li tqis l-istruttura u l-objettivi tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u l-Ftehim ŻEE, kif ukoll ir-restrizzjonijiet legali u politiċi tal-UE u l-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(3)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA saħqu li, f'konformità mal-istruttura mibnija fuq żewġ pilastri tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, rispettivament. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet li ma jorbtux legalment, bħall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u medjazzjoni li ma torbotx legalment, anki fejn jidħlu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. Azzjoni min-naħa ta' kwalunkwe minnhom ser tiġi preċeduta, kif xieraq, minn konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(4)

Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri, deċiżjonijiet individwali u opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA indirizzati lil awtorità kompetenti individwali waħda jew iktar, jew operatur tas-suq wieħed jew aktar taż-ŻEE-EFTA ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tal-UE. Dan ser jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda.

(5)

Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehma li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li ġie rifless f'dawn il-konklużjonijiet, u għalhekk għandha tiġi interpretata f'konformità mal-prinċipji li jirrappreżentaw.

(6)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31 g (ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31 h.

32010 R 1094: Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, ħlief għad-dritt tal-vot, ikollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, il-Bord tas-Superviżuri tagħha, u l-korpi preparatorji kollha tal-Awtorità, inklużi kumitati interni u panels, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 108 u 109 ta' dan il-Ftehim, l-Awtorità għandha, ħlief għad-dritt tal-vot, ikollha d-dritt li tieħu sehem fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-korpi preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Awtorità kif previsti f'dan il-Ftehim.

Ir-regoli ta' proċedura tal-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jagħtu għandhom effett sħiħ lill-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll lil dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, f'xogħol xulxin kif previst f'dan il-Ftehim;

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat/i Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, ir-regoli interni ta' proċedura tal-Awtorità għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-suq finanzjarju tal-EFTA. B'mod partikolari, it-tħejjija ta' abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jkunu soġġetti għall-istess proċeduri interni fejn it-tħejjija ta' deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet simili li jikkonċernaw l-UE, l-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-parteċipanti fis-suq finanzjarju;

(d)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-għanijiet tar-Regolament, b'mod partikolari qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-President tal-Awtorità u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, waqt li titqies l-urġenza tal-kwistjoni u mingħajr dewmien żejjed, isejħu laqgħa sabiex jintlaħaq kunsens. Jekk tali kunsens ma jinstabx, il-President tal-Awtorità jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista' titlob l-organizzazzjoni immedjatament ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim;

(e)

Referenzi għal atti oħra fir-Regolament għandhom japplikaw sal-punt u fil-forma li dawk l-atti jkunu inkorporati f'dan il-Ftehim;

(f)

Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 4, il-kliem “jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “l-Awtorità”;

(ii)

il-paragrafu 5 għandu jinqara kif ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, b'mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi żgurata konformità mal-Ftehim ŻEE jew dak il-Ftehim.”;

(g)

Fl-Artikolu 9(5):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “L-Awtorità” għandha tinqara “L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f'intervalli adatti u mill-inqas kull tliet (3) xhur. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' tliet xhur, għandha tiskadi awtomatikament.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Awtorità dwar id-data ta' skadenza mill-aktar fis possibbli wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi. Fi żmien propizju qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati minn abbozz jekk meħtieġ. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tinforma lill-Awtorità dwar kwalunkwe żvilupp li huwa jikkunsidra rilevanti għar-reviżjoni.

Stat tal-EFTA jista' jitlob lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex terġa' tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F'dak il-każ l-Awtorità għandha, bi qbil mal-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), tikkunsidra li tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Fejn l-Awtorità temenda jew tħassar kwalunkwe deċiżjoni parallela għad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, bla dewmien żejjed.”;

(h)

Fl-Artikolu 16(4), il-kliem “, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(i)

Fl-Artikolu 17:

(i)

il-kliem “Liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “il-Ftehim ŻEE”;

(ii)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(iii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(iv)

is-sub-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 2:

“Fejn l-Awtorità tinvestiga allegazzjoni ta' ksur jew nuqqas ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE fir-rigward ta' awtorità kompetenti ta' Stat tal-EFTA, din għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar in-natura u l-għan tal-investigazzjoni u wara tipprovdiha regolarment b'informazzjoni aġġornata meħtieġa sabiex l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha kif suppost skont il-paragrafi 4 u 6.”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafi ta' paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej:

“L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tiżgura konformità mal-Ftehim ŻEE.”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinqraw kif ġej:

“4.   Fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat mal-Ftehim ŻEE fi żmien xahar minn meta tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' toħroġ opinjoni formali li tirrikjedi li l-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tikkonforma mal-Ftehim ŻEE. L-opinjoni formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tqis ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha toħroġ din l-opinjoni formali mhux iżjed tard minn tliet xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' testendi dan il-perjodu b'xahar.

Opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bl-informazzjoni kollha meħtieġa.

5.   L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(viii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafi ta' paragrafu 6 għandu jinqara kif ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(ix)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-paragrafu 8 għandu jinqara kif ġej:

“8.   L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha, kull sena, tippubblika informazzjoni dwar liema awtoritajiet kompetenti u istituzzjonijiet finanzjarji fl-Istati tal-EFTA ma jkunux ikkonformaw mal-opinjonijiet jew d-deċiżjonijiet formali imsemmijin fil-paragrafi 4 u 6.”;

(j)

Fl-Artikolu 18:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 3 u 4, il-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandhom jiżdied fil-paragrafi 3 u 4:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”;

(k)

Fl-Artikolu 19:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “l-Awtorità”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “l-Istati Membri tal-UE” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “b'effett vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati”;

(iii)

is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 3:

“Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti esklussivament, u fejn tali awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni li torbothom li jieħdu azzjoni speċifika jew li jżommu lura milli jaġixxu sabiex jindirizzaw il-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-UE wieħed jew iktar u Stat tal-EFTA wieħed jew iktar, u fejn tali awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jieħdu deċiżjoni li torbot lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati tal-EFTA kkonċernati li jieħdu azzjoni speċifika jew li jżommu lura milli jaġixxu sabiex jindirizzaw il-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja”, il-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” u l-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “il-Ftehim ŻEE”;

(v)

fil-paragrafu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(l)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 20:

“Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti esklussivament, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-UE wieħed jew iktar u Stat tal-EFTA wieħed jew iktar l-Awtorità rispettivament l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Deċiżjonijiet mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija, skont kif xieraq, mill-Awtorità, mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u/jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) b'inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq għandhom, kif xieraq, jilħqu, skont l-Artikolu 56, pożizzjonijiet konġunti u jadottaw d-deċiżjonijiet u/jew abbozzi b'mod parallel.”;

(m)

Fl-Artikolu 21(4), il-kliem “, jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “L-Awtorità”;

(n)

Fl-Artikoli 22(4) u 34(1), il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara “il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni”;

(o)

Fl-Artikolu 35(5), il-kliem “, lill-bank ċentrali nazzjonali” ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein;

(p)

Fl-Artikolu 38, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “l-Awtorità”, “l-Awtorità u l-Kummissjoni”, “l-Awtorità, il-Kummissjoni” u “il-Kummissjoni u l-Awtorità” għandhom jinqraw “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

il-kelma “il-Kunsill” għandha tinqara “il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA”;

(iii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara r-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi mingħajr dewmien żejjed in-notifika tal-Istat tal-EFTA kkonċernat li l-Awtorità u l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li żżomm, temenda jew tħassar deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi mingħajr dewmien żejjed in-notifika tal-Istat tal-EFTA li l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kunsill.”;

(v)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tgħaddi mingħajr dewmien żejjed in-notifika tal-Istat tal-EFTA li l-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kunsill.”;

(vi)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fejn, f'każ li jaqa' taħt l-Artikolu 19(3), flimkien mal-Artikolu 20, skont kif ikun il-każ, u fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil li jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat tal-EFTA wieħed jew aktar deċiżjoni tiġi sospiża jew terminata skont dan l-Artikolu, kwalunkwe deċiżjoni parallela tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-kawża kkonċernata għandha tiġi ugwalment sospiża jew terminata.

Fejn, f'każijiet bħal dawn, l-Awtorità temenda jew tirrevoka d-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità tħejji abbozz, bla dewmien żejjed, għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(q)

Fl-Artikolu 39:

(i)

is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 1:

“Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, tistipula limitu ta' żmien li fih l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluża awtorità kompetenti, li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni li għandha tittieħed sabiex tesprimi l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.”;

(ii)

is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 4:

“Fejn l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), din għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Awtorità dwar reviżjonijiet li jkun imiss, kif ukoll dwar kwalunkwe żviluppi li huma rilevanti għar-reviżjoni.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li temenda jew tħassar deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità. Fi żmien propizju qabel kwalunkwe reviżjoni intiża, l-Awtorità għandha tissottometti l-konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati minn abbozz jekk meħtieġ.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 5 il-kliem “jew mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “l-Awtorità”;

(r)

Fl-Artikolu 40(1):

(i)

fil-punt (b), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“u, mingħajr id-dritt tal-vot, il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-supervizjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji f'kull Stat tal-EFTA,”;

(ii)

f'punt (e), il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “Awtoritajiet”;

(s)

Fl-Artikolu 43:

(i)

fil-paragrafu 2, il-kliem “, tħejji abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “deċiżjonijiet”;

(ii)

fil-paragrafi 4 u 6, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara “il-Kunsill”;

(t)

Fl-Artikolu 44:

(i)

is-sub-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 1:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandhom japplikaw, mutatis mutandis, fil-każ ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont id-dispożizzjonijiet rispettivi ta' dan ir-Regolament.”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “kif ukoll ir-rappreżentattivi tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “id-Direttur Eżekuttiv”;

(iii)

is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 4:

“Il-membri tal-Bord ta' Superviżuri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 40(1)(b) għandhom ikunu intitolati li jattendu diskussjonijiet fil-Bord ta' Superviżuri dwar istituzzjonijiet finanzjarji individwali.”;

(u)

Fl-Artikolu 57(2), dan il-kliem li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“kif ukoll rappreżentant wieħed ta' livell għoli tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat tal-EFTA u rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(v)

Is-subparagrafi li ġejjin għandu jiżdiedu fl-Artikolu 60(4):

“Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Awtorità adottata skont l-Artikolu 19, flimkien mal-Artikolu 20 skont il-każ, f'każ fejn in-nuqqas ta' qbil jista' jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat tal-EFTA wieħed jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtorità kompetenti tal-EFTA involuta sabiex tippreżenta osservazzjonijiet fuq il-komunikazzjonijiet mill-partijiet fil-proċedimenti tal-appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. L-awtorità kompetenti tal-EFTA involuta għandha tkun intitolata tagħmel rappreżentazzjonijiet orali.”;

(w)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 62(1)(a):

“L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-Awtorità b'mod konformi ma' dan il-punt.

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti tal-EFTA għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji skont dan il-punt, il-piż ta' kull Stat tal-EFTA għandu jkun dan li ġej:

 

L-Iżlanda: 2

 

Il-Liechtenstein: 1

 

In-Norveġja: 7”;

(x)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67:

“L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw lill-Aġenzija u l-impjegati tagħha l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.”;

(y)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 68:

“5.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Persunal Ieħor, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiva tal-Awtorità.

Permezz ta' deroga mill-Artikoli 12(2)(e) u 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Persunal Ieħor, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-awtorità, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala l-lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”;

(z)

Il-paragrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 72:

“4.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandu, fl-applikazzjoni tar-Regolament, japplika għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati EFTA dwar dokumenti mħejjija mill-Awtorità.”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrevedu l-qafas stabbilit skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjonijiet Nru …/… [BERS], Nru …/… [EBA] u Nru …/… [ESMA] sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni] sabiex jiżguraw li jkompli jiżgura l-applikazzjoni effettiva u omoġenja tar-regoli komuni u superviżjoni fiż-ŻEE kollha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, liema minnhom jiġi l-aħħar (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*)  [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 fil-Ftehim ŻEE

[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]

Skont l-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, ser taġixxi b'mod indipendenti u imparzjali u fl-interess tal-Unjoni biss. Wara l-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, ħlief għad-dritt għall-vot, ser ikollhom l-istess drittijiet bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità.

Għaldaqstant, u b'rispett sħiħ lejn l-indipendenza tal-Awtorità, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE jaqblu li, meta taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ser taġixxi fl-interess komuni tal-Partijiet Kontraenti kollha li l-Ftehim ŻEE.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (1) ser jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-UE u l-Ministri għall-Finanzi u l-Ekonomija taż-ŻEE-EFTA, fil-konklużjonijiet tagħhom (2) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fil-Ftehim ŻEE, laqgħu b'merħba s-soluzzjoni bbilanċjata li nstabet bejn il-Partijiet Kontraenti, filwaqt li jieħdu kont tal-istruttura u l-objettivi tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u tal-Ftehim ŻEE, kif ukoll tar-restrizzjonijiet legali u politiċi tal-UE u l-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(3)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA saħqu li, f'konformità mal-istruttura tal-Ftehim dwar iż-ŻEE imwaqqfa fuq żewġ pilastri, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, rispettivament. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet li ma jorbtux legalment, bħall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u medjazzjoni li ma torbotx legalment, ukoll fejn jidħlu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. Azzjoni min-naħa ta' kwalunkwe minnhom ser tiġi ppreċeduta, kif xieraq, minn konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(4)

Biex tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-għarfien espert tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-proċess u l-konsistenza bejn iż-żewġ pilastri, deċiżjonijiet individwali u opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA indirizzati lil awtorità kompetenti individwali taż-ŻEE-EFTA waħda jew iktar, jew operatur tas-suq taż-ŻEE-EFTA wieħed jew aktar ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tal-UE. Din ser tippriserva vantaġġi prinċipali ta' superviżjoni minn awtorità unika.

(5)

Il-Partijiet Kontraenti jaqsmu l-fehma li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li kien rifless f'dawn il-konklużjonijiet, u għaldaqstant għandha tiġi interpretata b'konformità mal-prinċipji li jirrappreżentaw.

(6)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31h (ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31i.

32010 R 1095: Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, ħlief għad-dritt tal-vot, l-istess drittijiet u obbligi bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, tal-Bord tas-Superviżuri tagħha, u l-entitajiet preparatorji kollha tal-Awtorità, inklużi l-kumitati u l-panels interni, soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 108 u 109 ta' dan il-Ftehim, l-Awtorità għandha, ħlief għad-dritt tal-vot, id-dritt li tipparteċipa fil-ħidma tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-entitajiet preparatorji tagħha, meta l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA twettaq, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-funzjonijiet tal-Awtorità kif previsti minn dan il-Ftehim.

Ir-regoli tal-proċedura tal-Awtorità u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jagħtu effett sħiħ lill-parteċipazzjoni tagħhom, kif ukoll dik tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA, f'xogħol xulxin kif previst minn dan il-Ftehim;

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat(i) Membru(i)” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehem li jinkludi, minbarra t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(c)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, ir-regoli interni tal-proċedura tal-Awtorità għandhom japplikaw mutatis mutandis fejn jidħlu kwistjonijiet dwar l-awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fi swieq finanzjarji tal-EFTA. B'mod partikolari, it-tħejjija ta' abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta għall-istess proċeduri interni bħat-tħejjija ta' deċiżjonijiet adottati dwar kwistjonijiet simili dwar l-Istati Membri tal-UE, inklużi l-awtoritajiet kompetenti u l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji tagħhom;

(d)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw l-informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-fini tar-Regolament, b'mod partikolari qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar l-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament, il-President tal-Awtorità u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, filwaqt li jikkunsidraw l-urġenza tal-kwistjoni, isejħu laqgħa bla dewmien żejjed sabiex jilħqu kunsens. Meta tali kunsens ma jintlaħaqx, il-President tal-Awtorità jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu lill-Partijiet Kontraenti sabiex jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), f'ċirkostanzi urġenti Parti Kontraenti tista' titlob l-organizzazzjoni immedjata ta' laqgħat. Minkejja dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' fi kwalunkwe żmien tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim;

(e)

Referenzi għal atti oħra fir-Regolament għandhom japplikaw sal-punt u fil-forma li dawk l-atti jkunu inkorporati f'dan il-Ftehim;

(f)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, l-Artikolu 1(4) għandu jinqara kif ġej:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għall-poteri tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, b'mod partikolari skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti ta' Ġustizzja, sabiex jiżguraw konformità mal-Ftehim ŻEE jew dak il-Ftehim.”;

(g)

Fl-Artikolu 9(5):

(i)

fir-rigward l-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu, il-kelma “L-Awtorità” għandha tinqara “L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jinqraw kif ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tirrevedi d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi f'intervalli xierqa u mill-inqas kull tliet (3) xhur. Jekk id-deċiżjoni ma tiġġeddidx wara perjodu ta' tliet xhur, din għandha tiskadi awtomatikament.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ subparagrafi lill-Awtorità bid-data ta' skadenza. Fi żmien propizju qabel l-iskadenza tal-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-Awtorità għandha tissottometti konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati minn abbozz jekk ikun meħtieġ. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tinforma lill-Awtorità bi kwalunkwe żvilupp li tikkunsidra rilevanti għar-reviżjoni.

Stat tal-EFTA jista' jitlob lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex tirrikonsidra d-deċiżjoni tagħha. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi din it-talba lill-Awtorità. F'dak il-każ, l-Awtorità għandha, skont il-proċedura stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1), tikkunsidra tħejji abbozz ġdid għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

Fejn l-Awtorità temenda jew tħassar kwalunkwe deċiżjoni parallela mad-deċiżjoni adottata mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bla dewmien żejjed.”;

(h)

Fl-Artikolu 16(4), il-kliem “, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(i)

Fl-Artikolu 17:

(i)

il-kliem “Liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “l-Ftehim ŻEE”;

(ii)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(iii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kummissjoni”;

(iv)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' paragrafu 2:

“Fejn l-Awtorità tinvestiga ksur jew non-applikazzjoni allegati tal-Ftehim ŻEE rigward l-awtorità kompetenti ta' Stat tal-EFTA, din għandha tavża lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bin-natura u l-għan tal-investigazzjoni u tibqa' tipprovdiha regolarment bl-informazzjoni aġġornata meħtieġa għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA sabiex twettaq b'mod xieraq il-kompiti tagħha skont paragrafi 4 u 6.”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafu ta' paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej:

“L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi r-rakkomandazzjoni, tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu sabiex tiżgura konformità mal-Ftehim ŻEE.”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinqraw kif ġej:

“4.   Fejn l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat mal-Ftehim ŻEE fi żmien xahar (1) wara li tkun irċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-Awtorità, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun tista' tfassal opinjoni formali li teħtieġ lill-awtorità kompetenti tieħu l-azzjoni neċessarja sabiex tiġi konformi mal-Ftehim ŻEE. L-opinjoni formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tikkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha toħroġ tali opinjoni formali sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' testendi dan il-perjodu b'xahar (1).

Opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

5.   L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien għaxart ijiem minn meta tirċievi l-opinjoni formali msemmija fil-paragrafu 4, tinforma lill-Awtorità u lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwar il-passi li tkun ħadet jew li jkun biħsiebha tieħu biex tikkonforma ma' dik l-opinjoni formali.”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kelma “l-Awtorità” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(viii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni subparagrafu ta' paragrafu 6 għandu jinqara kif ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(ix)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-paragrafu 8 għandu jinqara kif ġej:

“8.   Annwalment l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika informazzjoni dwar liema awtoritajiet kompetenti u parteċipanti fis-suq finanzjarju fl-Istati tal-EFTA ma kkonformawx mal-opinjonijiet formali jew id-deċiżjonijiet imsemmija f'paragrafi 4 u 6.”;

(j)

Fl-Artikolu 18:

(i)

fir-rigward l-Istati tal-EFTA, fis-subparagrafi 3 u 4, il-kliem “l-Awtorità” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fil-paragrafi 3 u 4:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”;

(k)

Fl-Artikolu 19:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “fl-Istati Membri tal-UE” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “b'effetti vinkolanti fuq l-awtoritajiet kompetenti konċernati”;

(iii)

is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 3:

“Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti esklussivament, u fejn tali awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni li torbothom li jieħdu azzjoni speċifika jew li jżommu lura milli jaġixxu sabiex jindirizzaw il-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-UE wieħed jew iktar u Stat tal-EFTA wieħed jew iktar, u fejn tali awtoritajiet ma jirnexxilhomx jilħqu ftehim matul il-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-Awtorità u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jieħdu deċiżjoni li torbot lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati tal-EFTA kkonċernati li jieħdu azzjoni speċifika jew li jżommu lura milli jaġixxu sabiex jindirizzaw il-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Ftehim ŻEE.

Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE” għandu jinqara “Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 31 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”, u l-kliem “l-Awtorità” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” u l-kliem “il-liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “il-Ftehim ŻEE”;

(v)

fil-paragrafu 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati mingħajr dewmien żejjed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(l)

Is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 20:

“Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti esklussivament, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tieħu deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Fejn jikkonċerna awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru tal-UE jew aktar u wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA l-Awtorità rispettivament l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 19(3) u (4).

Deċiżjonijiet mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiġu adottati, mingħajr dewmien żejjed, abbażi ta' abbozzi mħejjija, kif xieraq, mill-Awtorità, l-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) jew l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA. L-Awtorità, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) għandhom, kif xieraq, jaslu skont l-Artikolu 56, għal pożizzjonijiet konġunti u jadottaw id-deċiżjonijiet u/jew abbozzi b'mod parallel.”;

(m)

Fl-Artiklu 21(4), il-kliem “, jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “L-Awtorità”;

(n)

Fl-Artikoli 22(4) u 34(1), il-kliem “, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,” għandhom jiddaħħlu wara “Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni”;

(o)

Fl-Artikolu 35(5), il-kliem “, lill-bank ċentrali nazzjonali” ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein;

(p)

Fl-Artikolu 38, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “l-Awtorità”, “l-Awtorità u l-Kummissjoni”, “l-Awtorità, il-Kummissjoni” u “Il-Kummissjoni u l-awtorità” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

il-kelma “il-Kunsill” għandha tinqara “Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA”;

(iii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara r-raba' subparagrafu tal-paragrafu 2:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tgħaddi n-notifika tal-Istat tal-EFTA kkonċernat li l-Awtorità u l-Kummissjoni. Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li żżomm, temenda jew tħassar deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità fuq inizjattiva tagħha jew fuq it-talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(iv)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara t-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha, mingħajr dewmien żejjed, tgħaddi n-notifika tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kummissjoni.”;

(v)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied wara l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħaddi n-notifika tal-Istat tal-EFTA lill-Awtorità, il-Kummissjoni u l-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.”;

(vi)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“6.   Fejn, f'każ li jaqa' taħt l-Artikolu 19(3), flimkien mal-Artikolu 20, skont kif ikun il-każ, u fir-rigward ta' nuqqas ta' qbil li jinvolvi wkoll lill-awtoritajiet kompetenti ta' wieħed jew aktar mill-Istati tal-EFTA deċiżjoni tiġi sospiża, jew terminata skont dan l-Artikolu, kwalunkwe deċiżjoni parallela tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-kawża kkonċernata għandha tiġi ugwalment sospiża jew itterminata.

Fejn, f'każijiet bħal dawn, l-Awtorità temenda jew tħassar id-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità għandha tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, bla dewmien żejjed.”;

(q)

Fl-Artikolu 39:

(i)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' paragrafu 1:

“Meta tkun qed tħejji abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, l-Awtorità għandha tinforma lill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, tistipula limitu ta' żmien li fih l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tippermetti lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluża awtorità kompetenti, li hija d-destinatarja tad-deċiżjoni li għandha tittieħed, sabiex tesprimi l-opinjonijiet tagħha dwar il-kwistjoni, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-urġenza, tal-kumplessità u tal-konsegwenzi potenzjali tal-kwistjoni.”;

(ii)

is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-paragrafu 4:

“Fejn l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tkun ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 18(3) jew (4), din għandha tirrevedi dik id-deċiżjoni f'intervalli xierqa. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinforma lill-Awtorità b'reviżjonijiet li jkun imiss, kif ukoll bi kwalunkwe żviluppi li jkunu rilevanti għar-reviżjoni.

Id-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA li temenda jew tħassar deċiżjoni għandha tittieħed abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità. Fi żmien propizju qabel kwalunkwe reviżjoni intiża, l-Awtorità għandha tissottometti konklużjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, akkumpanjati minn abbozz jekk ikun meħtieġ.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati EFTA, fil-paragrafu 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “l-Awtorità”;

(r)

Fl-Artikolu 40(1):

(i)

fil-punt (b), dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“u, mingħajr id-dritt tal-vot, il-kap tal-awtorità pubblika nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-parteċipanti fis-swieq finanzjarji f'kull Stat tal-EFTA,”;

(ii)

f'punt (e), il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “Awtoritajiet”;

(s)

Fl-Artikolu 43:

(i)

fil-paragrafu 2, il-kliem “tħejji abbozzi għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “deċiżjonijiet”;

(ii)

fil-paragrafi 4 u 6, il-kliem “, u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Kunsill”;

(t)

Fl-Artikolu 44:

(i)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied ma' paragrafu 1:

“Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għandu japplikaw, mutatis mutandis, fil-każ ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont id-dispożizzjonijiet rispettivi ta' dan ir-Regolament.”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “kif ukoll ir-rappreżentant tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “id-Direttur Eżekuttiv”;

(iii)

is-subparagrafu li ġej għandu jiżdied mal-paragrafu 4:

“Il-membri tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istati tal-EFTA skont l-Artikolu 40(1)(b) għandhom ikunu intitolati li jattendu diskussjonijiet fil-Bord tas-Superviżuri dwar parteċipanti individwali fis-swieq finanzjarji.”;

(u)

Fl-Artikolu 57(2), il-kliem li ġejjin għandu jiddaħħal wara l-kliem “Stat Membru”:

“kif ukoll rappreżentant wieħed ta' livell għoli tal-awtorità kompetenti rilevanti minn kull Stat tal-EFTA u rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(v)

Is-subparagrafi segwenti għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 60(4):

“Jekk l-appell jikkonċerna deċiżjoni tal-Awtorità adottata fl-Artikolu 19, flimkien mal-Artikolu 20, skont il-każ, f'każ fejn in-nuqqas ta' qbil jista' jinvolvi wkoll l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat tal-EFTA jew aktar, il-Bord tal-Appell għandu jistieden lill-awtorità kompetenti involuta tal-EFTA sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet dwar il-komunikazzjonijiet li ġejjin mill-partijiet fil-proċedimenti tal-appell, fil-limiti taż-żmien speċifikati. L-awtorità kompetenti tal-EFTA involuta għandha tkun intitolata biex tagħmel rappreżentazzjonijiet orali.”;

(w)

Is-subparagrafi li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Artikolu 62(1)(a):

“L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-baġit tal-Awtorità b'mod konformi ma' dan il-punt.

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali tal-EFTA kompetenti għas-superviżjoni ta' parteċipanti fis-suq finanzjarji skont dan il-punt, il-piż ta' kull Stat tal-EFTA għandu jkun dan li ġej:

 

L-Iżlanda: 2

 

Il-Liechtenstein: 1

 

In-Norveġja: 7”;

(x)

Dan li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 67:

“L-Istati tal-EFTA għandhom japplikaw lill-Awtorità u lill-impjegati tagħha l-Protokoll (Nru 7) dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE.”;

(y)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 68:

“5.   Permezz ta' deroga mill-Artikoli 12(2)(a) u 82(3)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Persunal Ieħor, ċittadini tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità.

Permezz ta'deroga mill-Artikoli 12(2)(e) u 82(3)(e) u 85(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Uffiċjali Oħrajn, il-lingwi msemmija fl-Artikolu 129(1) tal-Ftehim ŻEE għandhom jitqiesu mill-Awtorità, fir-rigward tal-persunal tagħha, bħala lingwi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”;

(z)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 72:

“4.   Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni għandu, għall-applikazzjoni tar-Regolament, japplika għall-awtorità kompetenti tal-Istati tal-EFTA rigward id-dokumenti mħejjija mill-Awtorità.”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jirrevedu l-qafas stabbilit skont din id-Deċiżjoni u d-Deċiżjonijiet Nru …/… [BERS], Nru …/… [EBA] u Nru …/… [EIOPA] sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena [ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni] biex jiżguraw li jkompli jiżgura l-applikazzjoni effettiva u omoġenja tar-regoli komuni u superviżjoni fiż-ŻEE kollha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi …, jew fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE, liema minnhom jiġi l-aħħar (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*)  [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

Dikjarazzjoni Konġunta mill-Partijiet Kontraenti

għad-Deċiżjoni Nru […] li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fil-Ftehim ŻEE

[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]

Skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), minn hawn 'il quddiem imsemmija bħala “l-Awtorità”, ser taġixxi b'mod indipendenti u imparzjali u fl-interessi biss tal-Unjoni. Wara l-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim ŻEE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati tal-EFTA ser ikollhom l-istess drittijiet, ħlief għad-dritt tal-vot, bħall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE fil-ħidma tal-Awtorità.

Għaldaqstant, u b'rispett sħiħ għall-indipendenza tal-Awtorità, il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE jaqsmu l-fehma li, meta taġixxi skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità ser taġixxi fl-interess komuni tal-Partijiet Kontraenti kollha tal-Ftehim ŻEE.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad-19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' referenza ta' AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA, fil-konklużjonijiet tagħhom (7) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fil-Ftehim ŻEE, saħqu li, f'konformità mal-istruttura mibnija fuq żewġ pilastri tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, rispettivament. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet li ma jorbtux legalment, bħall-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u medjazzjoni li ma torbotx legalment, ukoll fejn jidħlu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. Azzjoni min-naħa ta' kwalunkwe minnhom ser tiġi ppreċeduta, kif xieraq, minn konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(8)

Id-Direttiva 2011/61/UE tispeċifika każijiet fejn l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tista' temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti attivitajiet finanzjarji, u tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għalihom, f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għall-fini tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punt 31i tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE u skont il-kundizzjonijiet preskritti fihom. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. Dan ser jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda. Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehma li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li ġie rifless fil-konklużjonijiet tal-14 ta' Ottubru 2014.

(9)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bac (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31bb.

32011 L 0061: Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(b)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tad-Direttiva u, b'mod partikolari qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni;

(c)

Referenzi għal atti oħrajn fid-Direttiva għandhom japplikaw sal-punt u l-mod li dawk l-atti jiġu inkorporati f'dan il-Ftehim.

(d)

Referenzi għas-setgħat tal-ESMA skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-Direttiva għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu, fil-każijiet previsti fi u f'konformità mal-punt 31i ta' dan l-Anness, għas-setgħat tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA;

(e)

Fir-rigward tal-Istati EFTA, l-Artikolu 4(1)(an) għandu jinqara kif ġej:

““entitajiet ta' titolizzazzjoni b'għan speċjali” tfisser entitajiet li l-għan uniku tagħhom huwa li jwettqu titolizzazzjoni jew titolizzazzjonijiet fit-tifsira definita hawn taħt, u attivitajiet oħra li huma adatti sabiex jintlaħaq dak l-għan.

Għall-fini ta' din id-Direttiva, “titolizzazzjoni” tfisser tranżazzjoni jew skema fejn entità li hija separata mill-oriġinatur jew l-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni u hija maħluqa għal jew isservi l-iskop tat-tranżazzjoni jew skema, toħroġ strumenti ta' finanzjament lill-investituri, u jseħħu wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin:

(a)

attiv jew ġabra ta' attivi, jew parti minnu, jiġi ttrasferit lil entità li hija separata mill-oriġinatur u hija maħluqa għal jew isservi l-iskop tat-tranżazzjoni jew skema, jew bit-trasferiment tat-titolu legali jew tal-interess benefiċjarju ta' dak l-attiv mill-oriġinatur jew permezz ta' subparteċipazzjoni;

(b)

ir-riskju ta' kreditu ta' attiv jew ġabra ta' attivi, jew parti minnu, jiġi ttrasferit permezz tal-użu ta' derivattivi ta' kreditu, garanziji jew kull mekkaniżmu simili ieħor lill-investituri fl-istrumenti ta' finanzjament maħruġin minn entità li hija separata mill-oriġinatur u hija maħluqa għal jew isservi l-finijiet tat-tranżazzjoni jew tal-iskema;

(c)

ir-riskji tal-assigurazzjoni huma ttrasferiti minn impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni lil entità separata li hija maħluqa għal jew isservi l-iskop tat-tranżazzjoni jew tal-iskema, fejn l-entità tiffinanzja għal kollox l-esponiment tagħha għal dawn ir-riskji permezz tal-ħruġ ta' strumenti ta' finanzjament, u d-drittijiet ta' ħlas lura tal-investituri f'dawk l-istrumenti ta' finanzjament jiġu ssubordinati għall-obbligi tar-riassigurazzjoni tal-entità;

Meta jinħarġu dawn l-istrumenti ta' finanzjament, ma jirrappreżentawx l-obbligi tal-ħlas tal-oriġinatur, jew tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni;”;

(f)

Fl-Artikolu 7(5), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-AETS [ESMA] għandha tinkludi fir-reġistru pubbliku ċentrali msemmi fit-tieni subparagrafu, taħt l-istess kundizzjonijiet, informazzjoni dwar l-AIFMs awtorizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat tal-EFTA skont din id-Direttiva, AIF immaniġġjati u/jew ikkummerċjalizzati fiż-ŻEE minn AIFM tali u l-awtoritajiet kompetenti għal kull AIFM tali.”;

(g)

Fl-Artikolu 9(6) u fl-Artikolu 21(6)(b), (7) u (17)(b), il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jinbidel bil-kliem “Ftehim ŻEE”;

(h)

Fl-Artikolu 21(3)(c), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “21 ta' Lulju 2011” għandu jinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

(i)

Fl-Artikolu 43:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “tal-liġi tal-Unjoni” għandu jinqara “applikabbli skont il-Ftehim ŻEE”;

(ii)

fil-paragrafu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sat-22 ta' Lulju 2014” għandu jinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

(j)

Fl-Artikolu 47:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafi 2, 8 u 10, il-kliem “jew, kif jista' jkun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-punti 4, 5 u 9, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)

fil-paragrafu 7 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F'każijiet li jirrigwardaw l-Istati tal-EFTA, qabel it-tħejjija ta' abbozz skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fid-dawl ta' deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont il-paragrafu 4, l- AETS [ESMA] għandha tikkonsulta, fejn ikun xieraq, il-BERS u awtoritajiet rilevanti oħrajn. Hija għandha tibgħat l-osservazzjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(k)

Fl-Artikolu 50, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħal wara l-kliem “lil xulxin”;

(l)

Fl-Artikolu 61, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “it-22 ta' Lulju 2013” u “it-22 ta' Lulju 2017” għandu jinqara “tmintax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-deċiżjoni]”.

31bba.

32013 R 0231: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2013 tad- 19 ta' Diċembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-eżenzjonijiet, il-kundizzjonijiet ġenerali tal-operat, id-depożitarji, l-ingranaġġ, it-trasparenza u s-superviżjoni (ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, ir-referenzi għal “UE” jew Stati Membri u awtoritajiet kompetenti tal-“Unjoni” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament Delegat, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(b)

Fl-Artikolu 15, 84, 86 u 99, il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jinbidel bil-kliem “Ftehim ŻEE”;

(c)

Fl-Artikolu 55, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-1 ta' Jannar 2011” għandu jinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… [din id-deċiżjoni]” u l-kliem “il-31 ta' Diċembru 2014” għandu jinqara “tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”;

(d)

Fl-Artikolu 114(3), il-kliem “leġislazzjoni tal-Unjoni” għandu jinbidel bil-kliem “leġislazzjoni applikabbli skont il-Ftehim ŻEE”.

31bbb.

32013 R 0447: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi l-proċedura għall-AIFMs li jagħżlu li jipparteċipaw skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 16.5.2013, p. 1).

31bbc.

32013 R 0448: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2013 tal-15 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru ta' referenza ta' AIFM mhux mill-UE skont id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 132, 16.5.2013, p. 3).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament ta' Implimentazzjoni, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.

31bbd.

32014 R 0694: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 694/2014 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jissupplimenta d-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jiddeterminaw it-tipi ta' maniġers ta' fondi ta' investiment alternattiv (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 18).

31bbe.

32015 R 0514: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/514 tat-18 ta' Diċembru 2014 dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 67(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 5).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament Delegat, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament.”.

Artikolu 2

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punti 30 (id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 31i (ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“, kif emendat bi:

32011 L 0061: Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 31d (id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32011 L 0061: Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).”.

Artikolu 3

It-testi tad-Direttiva 2011/61/UE u r-Regolamenti Delegati (UE) Nru 231/2013, (UE) Nru 694/2014 u (UE) 2015/514 u r-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 447/2013 u (UE) Nru 448/2013 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (9) [li tinkorpora r-Regolament ESMA (UE) Nru 1095/2010], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 83, 22.3.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 183, 24.6.2014, p. 18.

(4)  ĠU L 82, 27.3.2015, p. 5.

(5)  ĠU L 132, 16.5.2013, p. 1.

(6)  ĠU L 132, 16.5.2013, p. 3.

(7)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(8)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(9)  ĠU L …


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f'ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta' ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b'mod xieraq li ishma jew strumenti ta' dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta' notifika, livelli limitu ta' likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/97 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jikkoreġi r-Regolament Delegat (UE) Nru 918/2012 fir-rigward tan-notifiki tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti sinifikanti f'dejn sovran (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA, fil-konklużjonijiet tagħhom (7) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej fil-Ftehim ŻEE, saħqu li, f'konformità mal-istruttura tal-Ftehim dwar iż-ŻEE mibnija fuq żewġ pilastri, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA, rispettivament. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet li ma jorbtux legalment fejn jidħlu l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA wkoll. Azzjoni min-naħa ta' kwalunkwe minnhom ser tiġi ppreċeduta, kif xieraq, minn konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(8)

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 jispeċifika l-każijiet fejn l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) tista' temporanjament tipprojbixxi jew tirrestrinġi ċerti attivitajiet finanzjarji, u jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għalihom, f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għall-finijiet tal-Ftehim ŻEE, dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont il-punt 31i tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE u skont il-kundizzjonijiet preskritti fih. Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-ESMA fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri taż-ŻEE, tali deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser jiġu adottati abbażi ta' abbozzi mħejjija mill-ESMA. Dan ser jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda. Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehma li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li ġie rifless fil-konklużjonijiet tal-14 ta' Ottubru 2014.

(9)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 29e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“29f.

32012 R 0236: Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat/i Membru/i” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludi, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, l-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(b)

Sakemm mhux previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-finijiet tar-Regolament, b'mod partikolari qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni;

(c)

Fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4), il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(d)

Fl-Artikolu 28:

(i)

fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-paragrafi 2, 3, 5, 6, 8, 10 u 11 u fil-punt (b) tal-paragrafu 7, il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “mingħajr ma toħroġ l-opinjoni” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “mingħajr ma l-AETS [ESMA] toħroġ l-opinjoni”;

(iv)

fil-paragrafu 4, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“F'każijiet li jirrigwardaw l-Istati tal-EFTA, qabel it-tħejjija ta' abbozz skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 fid-dawl ta' deċiżjoni min-naħa tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont il-paragrafu 1, l-AETS [ESMA] għandha tikkonsulta l-BERS u, fejn xieraq, awtoritajiet rilevanti oħra. Hija għandha tibgħat l-osservazzjonijiet lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(v)

fil-paragrafu 7, il-kliem “kwalunkwe deċiżjoni” għandha tfisser “kull deċiżjoni tiegħu”;

(vi)

fil-paragrafu 7, il-kliem “. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika fis-sit tal-Internet tagħha avviż ta' kull waħda mill-għażliet tagħha li timponi jew iġġedded kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1. Referenza għall-pubblikazzjoni tal-avviż mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha titqiegħed fuq is-sit tal-Internet tal-AETS [ESMA]” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-paragrafu 1”;

(vii)

fil-paragrafu 9, il-kliem “jew, fir-rigward ta' miżuri meħuda mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, meta l-avviż jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħlu wara l-kliem “sit tal-Internet tal-AETS”;

(e)

Fl-Artikolu 31, il-kliem “il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “awtoritajiet”;

(f)

Fl-Artikolu 32, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(g)

Fl-Artikolu 36, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(h)

Fl-Artikolu 37(3), il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “meħtieġ mill-AETS”;

(i)

Fl-Artikolu 46, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-paragrafu 1 ma għandux japplika;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “il-25 ta' Marzu 2012” għandu jinqara “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … [din id-deċiżjoni]”.

29fa.

32012 R 0826: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 826/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti tan-notifika u d-divulgazzjoni fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, id-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi provduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti u l-metodu għall-kalkolu tal-fatturat li jiddetermina l-ishma eżentati (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 1).

29fb.

32012 R 0827: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 827/2012 tad-29 ta' Ġunju 2012 li jistabbilixxi l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mezzi għad-divulgazzjoni pubblika ta' pożizzjoni netta f'ishma, il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq fir-rigward tal-pożizzjonijiet bin-nieqes netti, it-tipi ta' ftehimiet, arranġamenti u miżuri li jiżguraw b'mod xieraq li ishma jew strumenti ta' dejn sovran huma disponibbli għas-saldu u d-dati u l-perjodu għad-determinazzjoni taċ-ċentru ewlieni għal sehem skont ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta' inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 251, 18.9.2012, p. 11).

29fc.

32012 R 0918: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 918/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tad-definizzjonijiet, il-kalkolu ta' pożizzjonijiet bin-nieqes netti, swaps ta' inadempjenza tal-kreditu sovrani koperti, livelli limitu ta' notifika, livelli limitu ta' likwidità għas-sospensjoni tar-restrizzjonijiet, waqgħat sinifikanti fil-valur tal-istrumenti finanzjarji u avvenimenti avversi (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1) kif emendat b'li ġej:

32015 R 0097: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/97 tas-17 ta' Ottubru 2014 (ĠU L 16, 23.1.2015, p. 22).

29fd.

32012 R 0919: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 919/2012 tal-5 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti ta' swaps ta' inadempjenza tal-kreditu fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-metodu tal-kalkolu tal-waqgħa fil-valur għal ishma likwidi u strumenti finanzjarji oħra (ĠU L 274, 9.10.2012, p. 16).”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 u tar-Regolamenti Delegati (UE) Nru 826/2012, (UE) Nru 918/2012, (UE) Nru 919/2012 u (UE) 2015/97 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 827/2012 bl-ilsien Iżlandiż u b'dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta'… (9) [li tinkorpora r-Regolament ESMA (UE) Nru 1095/2010], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 251, 18.9.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 251, 18.9.2012, p. 11.

(4)  ĠU L 274, 9.10.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 274, 9.10.2012, p. 16.

(6)  ĠU L 16, 23.1.2015, p. 22.

(7)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(8)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(9)  ĠU L …


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivattivi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA, fil-konklużjonijiet tagħhom (2) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, laqgħu b'sodisfazzjon is-soluzzjoni bilanċjata misjuba bejn il-partijiet kontraenti, li tqis l-istruttura u l-objettivi tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif ukoll ir-restrizzjonijiet legali u politiċi tal-UE u l-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(3)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA saħqu li, f'konformità mal-istruttura tal-Ftehim dwar iż-ŻEE mibni fuq żewġ pilastri, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti taż-ŻEE-EFTA jew lill-operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet ta' natura mhux vinkolanti, anki rigward awtoritajiet kompetenti u operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. L-azzjoni minn kull waħda miż-żewġ naħat tkun preċeduta, kif xieraq, b'konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(4)

Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri, deċiżjonijiet individwali u opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA indirizzati lil awtorità kompetenti individwali waħda jew operatur tas-suq wieħed jew aktar taż-ŻEE-EFTA ser jiġu adottati fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tal-UE. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlenin ta' superviżjoni minn awtorità waħda. Dawn il-prinċipji japplikaw b'mod partikolari għas-superviżjoni diretta mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ta' repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet.

(5)

Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehim li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li kien rifless f'dawn il-konklużjonijiet, u għalhekk għandha tiġi interpretata f'konformità mal-prinċipji li huma jirrappreżentaw.

(6)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiddaħħal fil-punt 16b (id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0648: Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).”.

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 31bb (id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“31bc.

32012 R 0648: Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru(i)” u “awtoritajiet kompetenti” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, lill-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, rispettivament;

(b)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-iskopijiet tar-Regolament, b'mod partikolari, qabel ma tittieħed xi azzjoni. B'mod partikolari, dan jinkludi l-obbligu li jgħaddu lil xulxin, mingħajr dewmien bla bżonn, l-informazzjoni meħtieġa minn kull entità biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, bħalma hija t-tħejjija ta' abbozzi mill-ESMA kif stabbilit fil-punt (d). Dan ikopri, fost l-oħrajn, informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe korp bħala riżultat tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni mibgħuta lil operaturi tas-suq jew miksuba minn kwalunkwe korp matul investigazzjonijiet fuq il-post.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 109 ta' dan il-Ftehim, l-ESMA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom jgħaddu f'idejn il-korp l-ieħor kull applikazzjoni, informazzjoni, ilment jew talba li jaqgħu fil-kompetenza ta' dak il-korp.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-ESMA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-President tal-ESMA u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, waqt li jittieħed kont tal-urġenza tal-kwistjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, isejħu laqgħa biex jintlaħaq kunsens. Jekk it-tali kunsens ma jinstabx, il-President tal-ESMA jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu li l-Partijiet Kontraenti għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim li għandu japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-regoli ta' proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista' titlob immedjatament l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim;

(c)

Kull referenza għal “il-membri tas-SEBĊ” jew għal “banek ċentrali” għandha tinftiehem li tinkludi, apparti t-tifsira tagħha fir-Regolament, il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati tal-EFTA, ħlief fir-rigward tal-Liechtenstein li għalihom dawn ir-referenzi ma għandhomx japplikaw;

(d)

Id-deċiżjonijiet, id-deċiżjonijiet interim, in-notifiki, is-sempliċi talbiet, ir-revoki ta' deċiżjonijiet u miżuri oħra mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 56(2), 58(1), 61(1), 62(3), 63(4), 64(5), 65(1), 66(1), 71 u 73(1) għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jiġu adottati fuq il-bażi ta' abbozzi mħejjija mill-ESMA fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA;

(e)

Fl-Artikoli 4(2)(a) u 7(5) u fl-Artikolu 11(6) u (10), il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(f)

Fl-Artikolu 6(2)(c), il-kliem “fl-Unjoni u, fejn huwa differenti, fl-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “jieħu effett”;

(g)

Fl-Artikoli 9(1) u 11(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “16 ta' Awwissu 2012” isir “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

(h)

Fl-Artikoli 12(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “Sas-17 ta' Frar 2013” għandu jinqara “Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

(i)

Fl-Artikolu 17:

(i)

fil-paragrafu 4 u fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 5, il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi ssostitwit bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”;

(j)

Fl-Artikoli 18 u 25, il-kliem “il-muniti l-aktar rilevanti tal-Unjoni” għandu jiġu ssostitwit bil-kliem “il-muniti l-aktar rilevanti tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE”;

(k)

Fl-Artikolu 55(1), il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, mal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(l)

Fl-Artikolu 56:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(m)

fl-Artikolu 57, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(n)

fl-Artikolu 58, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(o)

Fl-Artikolu 59:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-AETS [ESMA] u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni kull deċiżjoni li tittieħed f'konformità mal-paragrafu 1.”.

(p)

Fl-Artikolu 60, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(q)

Fl-Artikolu 61:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew partijiet terzi relatati li lilhom ir-repożitorji tad-data jkunu esternalizzaw il-funzjonijiet jew attivitajiet operattivi, li jkunu stabbiliti fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafi 2, 3 u 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-punt (g) tal-paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej:

“tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(iv)

fil-paragrafu 5 għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-AETS [ESMA].”;

(r)

Fl-Artikolu 62:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ li persuna soġġetta għal investigazzjoni tkun stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Uffiċjali tal-AETS [ESMA] u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati li jassistu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw f'investigazzjonijiet fuq talba tal-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2, 3, 4 u l-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 6, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni sentenza tal-paragrafu 3 għandha tinqara kif ġej:

“Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta' penali li jsir provvediment għalihom fl-Artikolu 66 u d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fit-tielet sentenza tal-paragrafu 6, il-kliem “il-fajl tal-AETS” għandu jinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-raba' sentenza tal-paragrafu 6 għandu jinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun soġġetta li tiġi eżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(s)

Fl-Artikolu 63:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 1 jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2 sa 7 u l-ewwel u t-tieni u t-tielet sentenzi tal-paragrafu 9, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)

fil-paragrafu 2 għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Uffiċjali tal-AETS [ESMA] u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati biex jassistu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw fi spezzzjonijiet fuq il-post.”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni sentenza tal-paragrafu 4 għandha tinqara kif ġej:

“Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, tispeċifika d-data li fiha hija tkun ser tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta' penali li jsir provvediment għalihom fl-Artikolu 66 kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fir-raba' sentenza tal-paragrafu 9, il-kliem “il-fajl tal-ESMA” għandu jinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-ħames sentenza tal-paragrafu 9 għandha tinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA tkun soġġetta li tiġi eżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(t)

Fl-Artikolu 64:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza, il-kliem “l-AETS taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-AETS biex jinvestiga l-kwistjoni” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex jinvestiga l-kwistjoni, wara konsultazzjonijiet mal-AETS [ESMA].”;

(ii)

fil-paragrafu 1 għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-uffiċjal tal-investigazzjoni maħtur mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma għandux ikun involut jew kien involut, direttament jew indirettament, fis-superviżjoni jew fil-proċess tar-reġistrazzjoni tar-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u mill-Bord ta' Superviżuri tal-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 5, wara l-kliem “l-Artikolu 67,”, il-bqija tas-sentenza għandha taqra kif ġej:

“l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mill-ksur elenkati fl-Anness I ikunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u f'tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 73 u timponi multa skont l-Artikolu 65.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tipprovdi lill-AETS [ESMA] bl-informazzjoni u l-fajls kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.”;

(v)

fil-paragrafu 6, il-kliem “jew tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “tal-AETS”;

(vi)

fil-paragrafu 8, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(u)

Fl-Artikolu 65:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(v)

Fl-Artikolu 66:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet jew il-persuna kkonċernata tkun stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kliem “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(w)

Fl-Artikolu 67:

(i)

fil-paragrafu 1 għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Qabel ma tipprepara xi abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 65 u 66, l-AETS [ESMA] għandha tagħti lill-persuni soġġetti għal proċedimenti l-opportunità li jixhdu rigward il-kostatazzjonijiet tagħha. L-AETS [ESMA] għandha tibbaża l-abbozzi tagħħa biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċeduri kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikoli 65 u 66 biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kliem “il-fajl tal-AETS” għandu jinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kliem “id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS” għandu jinqara “id-dokumenti preparatorji interni tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(x)

Fl-Artikolu 68:

(i)

fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddivulga wkoll lill-pubbliku kull multa u penali perjodika li tkun imponiet skont l-Artikoli 65 u 66, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-iżvelar ta' multi u penali perjodiċi mill-AETS [ESMA]”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 3 u 4, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 3, il-kliem “il-Parlament Ewropew, il-Kunsill” għandu jinqara “l-AETS [ESMA] u l-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 4, il-kliem “il-Qorti tal-Ġustizzja” għandu jinqara “il-Qorti tal-EFTA”;

(v)

fil-paragrafu 5 għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali miġbura mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(y)

Fl-Artikolu 71:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fit-tieni sentenza tal-paragrafu 3, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, li ma jiġix ippreparat abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-effett”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “konċernat”;

(z)

Fl-Artikolu 72(1), għandhom jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti miżati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi tal-miżati mitluba għal repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet oħrajn skont dan ir-Regolament u l-atti ddelegati li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 3.

L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan il-paragrafu għandhom jingħaddu lill-AETS [ESMA] mingħajr dewmien bla bżonn.”;

(za)

Fl-Artikolu 73:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet stabbilit fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fil-paragrafu 3 għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Mingħajr dewmien bla bżonn, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lir-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat, u għandha tikkomunikaha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni. L-AETS [ESMA] għandha tippubblika kull tali deċiżjoni fuq is-sit elettroniku tagħha fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika wkoll kull deċiżjoni li tieħu fuq is-sit elettroniku tagħha fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.

Meta jippubblikaw deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-AETS [ESMA] u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom jinfurmaw ukoll pubblikament bil-fatt li r-repożitorju tad-data dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernat kollu d-dritt li d-deċiżjoni li tolqtu tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA, bil-fatt, fejn rilevanti, li tali proċedimenti jkunu ġew istitwiti, bl-ispeċifikazzjoni li l-azzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-EFTA ma jkollhomx effett ta' sospensjoni, u bil-fatt li huwa possibbli li l-Qorti tal-EFTA tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(zb)

Fl-Artikolu 74:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal qabel il-kliem “tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi”;

(ii)

fil-paragrafi 2 u 5 il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“6.   Qabel ma jiddelegaw kompitu, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-ESMA għandhom jikkonsultaw lil xulxin.”;

(zc)

L-Artikoli 75(2) u (3) u 76 ma għandhomx japplikaw;

(zd)

Fl-Artikolu 81(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-punt (h), il-kliem “mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75” għandu jinqara “mal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit li jagħti l-aċċess reċiproku għal kuntratti derivattivi miżmuma f'repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet”;

(ii)

fil-punt (k), il-kliem “mal-AETS, kif imsemmi fl-Artikolu 76” għandu jinqara “mal-Istat tal-EFTA fejn ikun stabbilit li jagħti aċċess għall informazzjoni dwar kuntratti derivattivi miżmuma f'repożitorji tad-data dwar it-transazzjonijiet stabbiliti f'dak l-Istat tal-EFTA”;

(iii)

it-test tal-punt (j) għandu jinqara kif ġej:

“l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, soġġett għall-kontenut u d-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jinkorpora r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tar-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija.”;

(zf)

Fl-Artikolu 83, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zg)

Fl-Artikolu 84, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zh)

Fl-Artikoli 87(2), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “sas-17 ta' Awwissu 2014” għandu jinqara “fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni]”;

(zi)

Fl-Artikolu 89:

(i)

fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Għal tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru…/… ta'… [din id-deċiżjoni], l-obbligu ta' kklerjar stabbilit fl-Artikolu 4 ma għandux japplika għall-kuntratti tad-derivati OTC li huma oġġettivament miżurabbli bħala li jnaqqsu r-riskji ta' investiment direttament relatati mas-solvenza finanzjarja ta' arranġamenti ta' skemi tal-pensjoni kif definiti fl-Artikolu 2(10) li huma stabbiliti fi Stat tal-EFTA. Il-perjodu tranżitorju għandu japplika wkoll għall-entitajiet stabbiliti għall-iskop li jingħata kumpens lil membri ta' arranġamenti ta' skemi tal-pensjoni f'każ ta' inadempjenza.”;

(ii)

fil-paragrafi 3, 5, 6 u 8, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “jiġu adottati mill-Kummissjoni” għandu jinqara “jkunu japplikaw fiż-ŻEE, wara li jkunu adottati mill-Kummissjoni,”;

(iii)

fil-paragrafu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jkunu jinkludu” għandu jiddaħħal wara l-kliem “tad-dħul fis-seħħ”;

(iv)

fil-paragrafi 5 u 6, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li jkunu jinkludu” għandu jiddaħħal wara l-kliem “tad-dħul fis-seħħ”;

(zj)

Fil-punti (a) u (c) tal-Parti IV tal-Anness I u fil-punt (g) tal-Parti I u fil-punt (c) tal-Parti II tal-Anness II, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (3) [li tinkorpora r-Regolament ESMA (UE) Nru 1095/2010], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.

(2)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(3)  ĠU L …


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA, fil-konklużjonijiet tagħhom (3) tal-14 ta' Ottubru 2014 dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolamenti dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-Ftehim dwar iż-ŻEE, laqgħu b'sodisfazzjon is-soluzzjoni bilanċjata misjuba bejn il-partijiet kontraenti, li tqis l-istruttura u l-objettivi tar-Regolamenti tal-UE dwar l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej u tal-Ftehim dwar iż-ŻEE, kif ukoll ir-restrizzjonijiet legali u politiċi tal-UE u l-Istati taż-ŻEE-EFTA.

(4)

Il-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u taż-ŻEE-EFTA saħqu li, f'konformità mal-istruttura tal-Ftehim dwar iż-ŻEE mibni fuq żewġ pilastri, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ser tieħu deċiżjonijiet indirizzati lill-operaturi tas-suq fl-Istati taż-ŻEE-EFTA. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE ser ikunu kompetenti biex iwettqu azzjonijiet ta' natura mhux vinkolanti, anki rigward awtoritajiet kompetenti u operaturi tas-suq taż-ŻEE-EFTA. L-azzjoni minn kull waħda miż-żewġ naħat tkun preċeduta, kif xieraq, b'konsultazzjoni, koordinazzjoni, jew skambju ta' informazzjoni bejn l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

(5)

Biex żgur ikun hemm integrazzjoni tal-għarfien espert tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej tal-UE fil-proċess u konsistenza bejn iż-żewġ pilastri, deċiżjonijiet individwali u opinjonijiet formali tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA indirizzati lil awtorità kompetenti individwali waħda jew operatur tas-suq wieħed jew aktar taż-ŻEE-EFTA ser jiġu adottati fuq bażi ta' abbozzi mħejjija mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti tal-UE. Dan jippreserva l-vantaġġi ewlemin ta' superviżjoni minn awtorità waħda. Dawn il-prinċipji japplikaw b'mod partikolari għas-superviżjoni diretta mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) ta' aġenziji li jiggradaw il-kreditu.

(6)

Il-Partijiet Kontraenti jikkondividu l-fehim li din id-Deċiżjoni timplimenta l-ftehim li kien rifless f'dawn il-konklużjonijiet, u għalhekk għandha tiġi interpretata f'konformità mal-prinċipji li huma jirrappreżentaw.

(7)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 31eb (ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32011 R 0513: Ir-Regolament (UE) Nru 513/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 (ĠU L 145, 31.5.2011, p. 30),

32013 R 0462: Ir-Regolament (UE) Nru 462/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 (ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1),

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 ta' dan il-Ftehim, u sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, it-termini “Stat Membru(i)”, “awtoritajiet kompetenti” u “awtoritajiet kompetenti settorjali” għandhom jinftiehmu li jinkludu, apparti t-tifsira tagħhom fir-Regolament, lill-Istati tal-EFTA u l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet kompetenti settorjali tagħhom, rispettivament;

(b)

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan il-Ftehim, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkooperaw, jiskambjaw informazzjoni u jikkonsultaw lil xulxin għall-iskopijiet tar-Regolament, b'mod partikolari, qabel ma tittieħed xi azzjoni. B'mod partikolari, dan jinkludi l-obbligu li jgħaddu lil xulxin, mingħajr dewmien bla bżonn, l-informazzjoni meħtieġa minn kull entità biex twettaq id-dmirijiet tagħha skont dan ir-Regolament, bħalma hija t-tħejjija ta' abbozzi mill-ESMA kif stabbilit fil-punt (d). Dan ikopri, fost l-oħrajn, informazzjoni riċevuta minn kwalunkwe korp bħala riżultat tal-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni jew tweġibiet għal talbiet għal informazzjoni mibgħuta lil operaturi tas-suq jew miksuba minn kwalunkwe korp matul investigazzjonijiet fuq il-post.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 109 ta' dan il-Ftehim, l-ESMA u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom jgħaddu f'idejn il-korp l-ieħor kull applikazzjoni, informazzjoni, ilment jew talba li jaqgħu fil-kompetenza ta' dak il-korp.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-ESMA u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-President tal-ESMA u l-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom, waqt li jittieħed kont tal-urġenza tal-kwistjoni, mingħajr dewmien bla bżonn, isejħu laqgħa biex jintlaħaq kunsens. Jekk tali kunsens ma jinstabx, il-President tal-ESMA jew il-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jistgħu jitolbu li l-Partijiet Kontraenti jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li għandu jindirizzaha skont l-Artikolu 111 ta' dan il-Ftehim għandu li japplika mutatis mutandis. F'konformità mal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 1/94 tat-8 ta' Frar 1994 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (ĠU L 85, 30.3.1994, p. 60), Parti Kontraenti tista' titlob immedjatament l-organizzazzjoni ta' laqgħat f'ċirkustanzi ta' urġenza. Minkejja dak kollu li hemm f'dan il-paragrafu, Parti Kontraenti tista' f'kull ħin tirreferi l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq inizjattiva tagħha stess skont l-Artikoli 5 jew 111 ta' dan il-Ftehim;

(c)

Ir-referenzi kollha għal banek ċentrali nazzjonali skont ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal-Liechtenstein;

(d)

Id-deċiżjonijiet, id-deċiżjonijiet interim, in-notifiki, is-sempliċi talbiet, ir-revoki ta' deċiżjonijiet u miżuri oħra mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikoli 6(3), 15(4), 16(2), 16(3), 17(2), 17(3), 20, 23b(1), 23c(3), 23d(4), 23e(5), 24(1), 24(4), 25(1), 36a(1) u 36b(1) għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jiġu adottati fuq il-bażi ta' abbozzi mħejjija mill-ESMA fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA;

(e)

Fl-Artikolu 3(1)(g), il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi ssostitwit bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”;

(f)

Fl-Artikolu 6(3):

(i)

il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

għandhom jiżdiedu is-subparagrafi li ġejjin:

“Fil-każ ta' grupp ta' aġenziji li jiggradaw il-kreditu li jikkonsisti minn tal-anqas aġenzija waħda li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, u tal-anqas aġenzija li tiggrada l-kreditu waħda li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru tal-UE, l-AETS [ESMA] u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jiżguraw b'mod konġunt li tal-anqas waħda mill-aġenziji li tiggrada l-kreditu fil-grupp ma tkunx eżenti milli tikkonforma mar-rekwiżiti tal-punti 2, 5 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I u mal-Artikolu 7(4).

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-AETS [ESMA] għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar kwalunkwe żviluppi li jkunu rilevanti għall-adozzjoni ta' atti skont dan il-paragrafu.”;

(g)

Fl-Artikolu 8b(2), il-kliem “liġi tal-Unjoni” għandu jiġi ssostitwit bil-kliem “il-Ftehim ŻEE”;

(h)

Fl-Artikoli 8d(2) u 18(3), għandu jiżdied dan li ġej:

“L-AETS [ESMA] għandha tinkludi f'dik il-lista aġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti fi Stat tal-EFTA.”;

(i)

Fl-Artikolu 9, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fir-rigward tal-Istati tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(j)

Fl-Artikolu 10(6) u fil-punt 52 tal-Parti I tal-Anness III, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(k)

Fl-Artikoli 11(2) u 11a(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-AETS [ESMA] għandha tippubblika l-informazzjoni ppreżentata mill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti fi Stat tal-EFTA skont dan l-Artikolu.”;

(l)

Fl-Artikolu 14:

(i)

fil-paragrafi 2 u 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(m)

Fl-Artikolu 15:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “jew, fil-każ fejn jingħata mandat lil aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(n)

fl-Artikolu 16, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”.

(o)

Fl-Artikolu 17:

(i)

fil-paragrafi 1, 2 u 4, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 3, il-kliem “jew, fil-każ ta' kull aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(p)

Fl-Artikolu 18:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

il-paragrafu 2 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“L-AETS [ESMA] u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandhom jikkomunikaw lil xulxin, lill-Kummissjoni, lill-EBA, lill-EIOPA, lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet kompetenti settorjali, kull deċiżjoni skont l-Artikolu 16, 17 jew 20.”;

(q)

Fl-Artikolu 19(1), jiddaħħlu s-subparagrafi li ġejjin:

“Fir-rigward ta' aġenziji li jiggradaw il-kreditu stabbiliti fi Stat tal-EFTA, għandhom jiġu imposti miżati mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fuq l-istess bażi tal-miżati mitluba għal aġenziji oħrajn li jiggradaw il-kreditu skont dan ir-Regolament u r-regolament tal-Kummissjoni msemmi fil-paragrafu 2.

L-ammonti miġbura mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan il-paragrafu għandhom jingħaddew lill-AETS [ESMA] mingħajr dewmien bla bżonn.”;

(r)

Fl-Artikolu 20:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fit-tieni sentenza tal-paragrafu 2, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, li ma jiġix ippreparat abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-effett”, jiddaħħal wara l-kelma “konċernata”.

(s)

Fl-Artikolu 21:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 5, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“Dak ir-rapport għandu jinkludi wkoll lill-aġenziji li jiggradaw il-kreditu tal-EFTA rreġistrati skont dan ir-Regolament, f'konformità ma' deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tgħarraf lill-AETS [ESMA] bl-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-paragrafu 6 għandu jinqara kif ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tissottometti annwalment lill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA rapport dwar miżuri superviżorji meħuda u penali imposti mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont dan ir-Regolament, inklużi multi u ħlasijiet ta' penali perjodiċi.”;

(t)

Fl-Artikolu 23, il-kliem “, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”.

(u)

Fl-Artikolu 23a, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”.

(v)

Fl-Artikolu 23b:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu jew ta' persuni involuti f'attivitajiet ta' ggradar tal-kreditu, entitatjiet relatati uu partijiet terzi relatati, partijiet terzi li lilhom l-aġenziji li jiggradaw il-kreditu ikunu esternalizzaw il-funzjonijiet operattivi jew attivitajiet u persuni b'xi mod ieħor relatati mill-qrib u b'mod sostanzjali jew konnessi ma' aġenziji li jiggradaw il-kreditu jew attivitajiet ta' ggradar tal-kreditu, stabbiliti f'xi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2, 3 u 5, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-punt (g) tal-paragrafu 3 għandu jinqara kif ġej:

“tindika d-dritt li d-deċiżjoni tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(iv)

fil-paragrafu 5 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-AETS [ESMA].”;

(w)

Fl-Artikolu 23c:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ li persuna suġġetta għal investigazzjoni tkun stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Uffiċjali tal-AETS [ESMA]u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati biex jassistu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw f'investigazzjonijiet fuq talba tal-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2, 3, 4 u l-ewwel u t-tieni sentenza tal-paragrafu 6, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni sentenza tal-paragrafu 3 għandha taqra kif ġej:

“Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta' penali li jsir provvediment għalihom fl-Artikolu 36b u d-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fit-tielet sentenza tal-paragrafu 6, il-kliem “il-fajl tal-ESMA” għandha tinqara “il-fajl tal-ESMA u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-raba' sentenza tal-paragrafu 6 għandha tinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun suġġetta li tiġi eżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(x)

Fl-Artikolu 23d:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' persuni ġuridiċi stabbiliti fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 1 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha mingħajr dewmien bla bżonn tibgħat l-informazzjoni li tirċievi skont dan l-Artikolu lill-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2 sa 7 u l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-paragrafu 9, il-kelma “AETS” għandha taqra “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iv)

fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Uffiċjali tal-AETS [ESMA] u persuni oħrajn awtorizzati minnha għandhom ikunu intitolati biex jassistu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha skont dan l-Artikolu u għandhom id-dritt li jipparteċipaw fi spezzzjonijiet fuq il-post fuq talba tal-AETS [ESMA].”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, it-tieni sentenza tal-paragrafu 4 għandu jaqra kif ġej:

“Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, tispeċifika d-data li fiha hija tkun ser tibda u tindika l-pagamenti perjodiċi ta' penali li jsir provvediment għalihom fl-Artikolu 36b kif ukoll id-dritt li d-deċiżjoni tkun eżaminata mill-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 36 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(vi)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fit-tielet sentenza tal-paragrafu 9, il-kliem “il-fajl tal-AETS” għandha tinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, ir-raba' sentenza tal-paragrafu 9 għandha tinqara kif ġej:

“Il-legalità tad-deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun suġġetta li tiġi eżaminata biss mill-Qorti tal-EFTA skont il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(y)

Fl-Artikolu 23e:

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza, il-kliem “l-AETS għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-ESMA biex jinvestiga l-kwistjoni” għandu jsir “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha taħtar uffiċjal indipendenti tal-investigazzjoni fl-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA biex jinvestiga l-kwistjoni, wara konsultazzjonijiet mal-AETS [ESMA].”

(ii)

fil-paragrafu 1 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-uffiċjal tal-investigazzjoni maħtur mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA ma għandux ikun involut jew kien involut fis-superviżjoni diretta jew indiretta jew fil-proċess tar-reġistrazzjoni tal-aġenzija li tiggradaw il-kreditu kkonċernata u għandu jwettaq il-funzjonijiet tiegħu indipendentement mill-Kulleġġ tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u mill-Bord ta' Superviżuri tal-AETS [ESMA].”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2, 3 u 4, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS [ESMA]”;

(iv)

fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(v)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 5, wara l-kliem “u 36c,”, il-bqija tas-sentenza għandha tinqara kif ġej:

“l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tiddeċiedi jekk wieħed jew aktar mit-tipi ta' ksur elenkati fl-Anness III ikunx twettaq mill-persuni li kienu soġġetti għall-investigazzjonijiet, u f'tali każ, għandha tieħu miżura superviżorja skont l-Artikolu 24 u timponi multa skont l-Artikolu 36a.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tipprovdi lill-AETS [ESMA] bl-informazzjoni u l-fajls kollha meħtieġa għat-twettiq tal-obbligi tagħha skont dan il-paragrafu.”;

(vi)

fil-paragrafu 6, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord ta' Superviżuri tal-AETS”;

(vii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 8, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(z)

Fl-Artikolu 24:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord ta' Superviżuri tal-AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafi 2 u 4, il-kelma “il-Bord ta' Superviżuri tal-AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fil-paragrafu 4, il-kliem “id-deċiżjoni tal-AETS” għandu jiġi sostitut bil-kliem “id-deċiżjoni tal-AETS [ESMA] jew tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,”;

(iv)

fil-paragrafu 5 jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Mingħajr dewmien bla bżonn, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tinnotifika kwalunkwe deċiżjoni adottata skont il-paragrafu 1 lill-aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fl-Istat tal-EFTA kkonċernat u għandha tikkomunika kwalunkwe tali deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet kompetenti settorjali, lill-Kummissjoni, lill-AETS [ESMA], lill-EBA u lill-EIOPA. L-AETS [ESMA] għandha tippubblika kull tali deċiżjoni fuq il-websajt tagħha fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata. L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tippubblika wkoll kull deċiżjoni li tieħu fuq il-websajt tagħha fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mid-data meta tkun ġiet adottata.

Meta jippubblikaw deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, l-AETS [ESMA] u l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandhom ukoll jinfurmaw pubblikament bil-fatt li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu kkonċernata jkollha d-dritt li d-deċiżjoni li tolqotha tiġi eżaminata mill-Qorti tal-EFTA, bil-fatt, fejn rilevanti, li tali proċedimenti jkunu ġew istitwiti, bl-ispeċifikazzjoni li l-azzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-EFTA ma jkollhomx effett ta' sospensjoni, u bil-fatt li huwa possibbli li l-Qorti tal-EFTA tissospendi l-applikazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata skont l-Artikolu 40 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja.”;

(za)

Fl-Artikolu 25:

(i)

fil-paragrafu 1 għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Qabel ma tipprepara xi abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 24(1), il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS [ESMA] għandu jagħti lill-persuni soġġetti għal proċedimenti l-opportunità li jixhdu rigward il-kostatazzjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS [ESMA] għandu jibbaża l-abbozzi tiegħu biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunita' li jikkummentaw.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikolu 24(1) biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.

It-tielet u r-raba' subparagrafu ma għandhomx japplikaw jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti biex ma titħalliex li ssir ħsara sinifikanti u imminenti lis-sistema finanzjarja. F'każ bħal dan, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA tista' tadotta deċiżjoni interim, u l-persuni kkonċernati għandhom jingħataw l-opportunità li jixhdu mill-Bord ta' Superviżuri tal-AETS [ESMA] malajr kemm jista' jkun wara li tkun iittieħdet id-deċiżjoni”;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “il-fajl tal-AETS” għandu jinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(zb)

Fl-Artikoli 26 u 27(1), il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zc)

Fl-Artikolu 27(2), il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zd)

Fl-Artikolu 30:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ,” għandu jiddaħħal qabel il-kliem “tista' tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi”;

(ii)

fil-paragrafi 2, 3 u 4 il-kliem “jew, skont il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“5.   Qabel ma jiddelegaw kompitu, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA u l-AETS [ESMA] għandhom jikkonsultaw lil xulxin.”;

(ze)

Fl-Artikolu 31:

(i)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kliem “l-awtorità kompetenti li tinnotifika tista' titlob li l-AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 2 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Jekk it-talba minn awtorità kompetenti nazzjonali tkun tikkonċerna aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-AETS [ESMA] għandha tikkonsulta lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA mingħajr dewmien bla bżonn.”;

(zf)

Fl-Artikolu 32:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-ewwel darba li tintuża l-kelma “AETS”;

(ii)

fil-paragrafu 1, il-kliem “għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tieni darba li tintuża l-kelma “AETS”;

(iii)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara t-tielet darba li tintuża l-kelma “AETS”;

(iv)

fil-paragrafu 2, il-kliem “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zg)

Fl-Artikolu 35a(6), il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(zh)

Fl-Artikolu 36a:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ ta' aġenzija li tiggrada l-kreditu stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord ta' Superviżuri tal-AETS” u “AETS”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(zi)

Fl-Artikolu 36b:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “jew, fil-każ li l-aġenzija li tiggrada l-kreditu jew il-persuna kkonċernata tkun stabbilita fi Stat tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”, għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Bord ta' Superviżuri tal-AETS”;

(ii)

fil-paragrafi 4, il-kliem “jew, skont il-każ, tad-deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “tad-deċiżjoni tal-AETS”;

(zj)

Fl-Artikolu 36c:

(i)

fil-paragrafu 1 għandhom jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin:

“Qabel ma jipprepara xi abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 36(a) jew il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 36b(1), il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS [ESMA] għandu jagħti lill-persuni soġġetti għal proċedimenti l-opportunità li jixhdu rigward il-kostatazzjonijiet. Il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS[ESMA] għandu jibbaża l-abbozzi tiegħu biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunita' li jikkummentaw.

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha tibbaża d-deċiżjonijiet tagħha skont l-Artikolu 36a jew il-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 36b(1) biss fuq kostatazzjonijiet li dwarhom il-persuni soġġetti għall-proċedimenti kellhom l-opportunità li jikkummentaw.”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 2, il-kliem “il-fajl tal-AETS” għandha tinqara “il-fajl tal-AETS [ESMA] u tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(zk)

Fl-Artikolu 36d:

(i)

fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal dan li ġej:

“L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għandha wkoll tiddivulga lill-pubbliku kull multa u penali perjodika li tkun imponiet skont l-Artikoli 36a u 36b, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu fir-rigward tal-iżvelar ta' multi u penali perjodiċi mill-AETS [ESMA]”;

(ii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 3, il-kelma “AETS” issir “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(iii)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, fil-paragrafu 3, il-kliem “il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” għandu jinqara “il-Qorti tal-EFTA”;

(iv)

fil-paragrafu 4 għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA għandu jiddetermina l-allokazzjoni tal-ammonti tal-multi u tal-pagamenti perjodiċi ta' penali miġbura mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA.”;

(zl)

L-Artikolu 40a ma għandux japplika fil-każ tal-Istati tal-EFTA.

(zm)

Fil-punt 7 tal-Parti I u l-punt 3 tal-Parti II tal-Anness IV, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, kif ikun il-każ” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 513/2011 u (UE) Nru 462/2013 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta' … (4) [li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 1095/2010], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 145, 31.5.2011, p. 30.

(2)  ĠU L 146, 31.5.2013, p. 1.

(3)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri tal-Finanzi u l-Ekonomija tal-UE u ż-ŻEE-EFTA, 14178/1/14 REV 1.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(4)  ĠU L …

Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

għad-Deċiżjoni Nru …/… li tinkorpora r-Regolamenti (UE) Nru 513/2011 u (UE) Nru 462/2013 fil-Ftehim

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, kif emendat bir-Regolamenti (UE) Nru 513/2011 u (UE) Nru 462/2013, b'mod partikolari jirregola l-użu, għal skopijiet regolatorji, tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu maħruġa minn aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu minn pajjiż terz, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-Kummissjoni tista' tirrikonoxxi li l-qafas legali u superviżorju ta' pajjiż terz bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u jipprovdi wkoll għall-possibbilta ta' intrapriżi ta' pajjiżi terzi li jiġu ċċertifikati mill-ESMA sabiex jiġi ffaċilitat l-użu tal-klassifikazzjonijiet ta' kreditu tagħhom. L-inkorporazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-Ftehim taż-ŻEE huwa mingħajr preġudizzju għall-ambitu tal-Ftehim ŻEE rigward ir-relazzjonijiet ma' pajjiż terz.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …

ta' …

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas-7 ta' Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jiġi sottomess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f'repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/245/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/246/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (8) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/247/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Messiku bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/248/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/249/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 31ebd (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/630/UE) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“31ebe.

32014 D 0245: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/245/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Brażil bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 65).

31ebf.

32014 D 0246: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/246/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Arġentina bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 68).

31ebg.

32014 D 0247: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/247/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju tal-Messiku bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 71).

31ebh.

32014 D 0248: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/248/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Singapor bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 73).

31ebi.

32014 D 0249: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/249/UE tat-28 ta' April 2014 dwar ir-rikonoxximent tal-qafas legali u superviżorju ta' Ħong Kong bħala ekwivalenti għall-ħtiġijiet tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 76).

31ebj.

32012 R 0272: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 272/2012 tas-7 ta' Frar 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tariffi mitluba mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq lill-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” jiddaħħlu wara l-kliem “l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)”;

(b)

Fl-Artikolu 2, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “AETS”;

(c)

Fl-Artikolu 5(3):

(i)

fir-raba' subparagrafu, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta, fir-rigward ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tibgħat il-fatturi għall-ħlasijiet parzjali, l-AETS [ESMA] għandha tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA bil-kalkoli meħtieġa fir-rigward ta' kull aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fi żmien suffiċjenti qabel id-data tal-ħlas rispettiva.”;

(d)

Fl-Artikolu 6(7):

(i)

fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Meta, fir-rigward ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tirrimborża parti mit-tariffa għar-reġistrazzjoni mħallsa, l-AETS [ESMA] għandha tagħmel disponibbli, mingħajr dewmien, l-ammonti li għandhom jiġu rimborżati lil aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA għal dak l-għan.”;

(e)

Fl-Artikolu 9:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “L-AETS biss” għandu jiġi sostitwit bil-kliem “L-AETS [ESMA] biss jew, fir-rigward ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu stabbiliti fl-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandu jiddaħħal wara l-kliem “AETS”.

31ebk.

32012 R 0446: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 446/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-kontenut u l-format tar-rapportar perjodiku tad-data dwar il-klassifikazzjonijiet li għandu jiġi sottomess lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq mill-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 2).

31ebl.

32012 R 0447: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 447/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi standards tekniċi regolatorji għall-valutazzjoni tal-konformità tal-metodoloġiji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 14).

31ebm.

32012 R 0448: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni tal-informazzjoni li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jagħmlu disponibbli f'repożitorju ċentrali stabbilit mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 17).

31ebn.

32012 R 0449: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 449/2012 tal-21 ta' Marzu 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward standards tekniċi regolatorji dwar informazzjoni għar-reġistrazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu (ĠU L 140, 30.5.2012, p. 32).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, skont il-każ,” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “AETS”.

(b)

Fil-Kapitlu 2 u fl-Annessi IV u V, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

31ebo.

32012 R 0946: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 946/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli ta' proċedura dwar multi imposti fuq l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq inklużi regoli dwar id-dritt tad-difiża u dispożizzjonijiet temporali għandu jiġi inkorporat (ĠU L 282, 16.10.2012, p. 23).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 1, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS)” u “AETS” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(b)

Fl-Artikolu 2, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(c)

Fl-Artikolu 3, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kliem “u l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(ii)

il-kliem “tinforma lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA dwarhom. L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha, mingħajr dewmien żejjed,” għandu jiddaħħal wara l-kelma “għandha” fil-paragrafi 2, 4 u 5 u qabel il-kliem “tieħu deċiżjoni” fil-paragrafu 3;

(iii)

fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4, u fit-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem “, qabel il-preparazzjoni tal-abbozz għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” jiddaħħlu wara l-kliem “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(iv)

fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 4, u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5, il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(v)

fil-paragrafu 6, il-kliem “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(d)

Fl-Artikolu 4, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “il-Bord tas-Superviżuri” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

fit-tielet subparagrafu, il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(e)

Fl-Artikolu 5, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kliem “jew, skont kif ikun il-każ, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Bord tas-Superviżuri tal-AETS”;

(ii)

il-kliem “il-Bord tas-Superviżuri” għandu jinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”.

(f)

Fl-Artikolu 6, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

fil-paragrafi 1 u 4, il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

fil-paragrafi 3 u 5, il-kliem “jew l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA” għandu jiddaħħal wara l-kelma “AETS”;

(iii)

fil-paragrafu 5, il-kliem “il-Bord tal-Appell, f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 36e tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009” għandu jinqara “il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”;

(g)

Fl-Artikolu 7, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA:

(i)

il-kelma “AETS” għandha tinqara “l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA”;

(ii)

fil-paragrafu 5(b), il-kliem “Bord tal-Appell tal-AETS, f'konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 36e tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009” għandu jinqara “il-Qorti tal-EFTA skont l-Artikolu 35 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja”.”.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Delega (UE) Nru 272/2012, (UE) Nru 446/2012, (UE) Nru 447/2012, (UE) Nru 448/2012, (UE) Nru 449/2012 u (UE) Nru 946/2012 u tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2014/245/UE, 2014/246/UE, 2014/247/UE, 2014/248/UE u 2014/249/UE bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi […], dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… tal-… (12). [li tinkorpora r-Regolament (UE) Nru 513/2011], skont liema data tkun l-iżjed tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 90, 28.3.2012, p. 6.

(2)  ĠU L 140, 30.5.2012, p. 2.

(3)  ĠU L 140, 30.5.2012, p. 14.

(4)  ĠU L 140, 30.5.2012, p. 17.

(5)  ĠU L 140, 30.5.2012, p. 32.

(6)  ĠU L 282, 16.10.2012, p. 23.

(7)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 65.

(8)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 68.

(9)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 71.

(10)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 73.

(11)  ĠU L 132, 3.5.2014, p. 76.

(*)  [Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]

(12)  ĠU L …


Top