Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2035

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/2035 tas-26 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, l-istabbiliment tal-lista ta' esperti tal-Kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli mis-Sottokumitat, u l-istabbiliment ta' lista ta' arbitri mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

ĠU L 298, 14.11.2015, p. 14–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2035/oj

14.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 298/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/2035

tas-26 ta' Ottubru 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ stabbilit permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, l-istabbiliment tal-lista ta' esperti tal-Kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli mis-Sottokumitat, u l-istabbiliment ta' lista ta' arbitri mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 431 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE (2) jispeċifika liema partijiet tal-Ftehim iridu jiġu applikati b'mod provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), id-dispożizzjonijiet rigward il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli u dawk dwar is-soluzzjoni tat-tilwim.

(3)

Skont l-Artikolu 240(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 243(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi fl-ewwel laqgħa tiegħu lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-bord dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

(5)

Skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-ilindividwu s li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri fil-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim.

(6)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta' proċedura li għandhom jiġu adottati mis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, il-lista ta' esperti tal-Kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli li għandha tiġi stabbilita minn dak is-Sottokumitat, u fir-rigward il-lista ta' arbitri li għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit permezz tal-Artikolu 240 tal-Ftehim, fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura ta' dak is-Sottokumitat u l-istabbiliment tal-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjonijiet ta' dak is-Sottokumitat mehmużin ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz tad-Deċiżjonijiet jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, fir-rigward tal-istabbiliment tal-lista ta' arbitri għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dan is-Sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi żgħar fl-abbozz ta' Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/494/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 30.8.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta' …

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U l-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 240 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, irid jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u materji relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 240(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jrid jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stipulati fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ġeorġja

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu IV (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għall-affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tal-Ġeorġja li jkun responsabbli għal affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għandu jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 2.

5.   It-terminu “il-Partijiet” f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandu jiġi definit kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Artikoli 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja għandhom japplikaw, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jinqraw bħala referenzi għas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Artikolu 3

Laqgħat

Is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet għandhom jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.

Artikolu 4

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u l-Ġeorġja skont l-Artikolu 240 tal-Ftehim.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta' …

li tistabbilixxi l-lista ta' esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli

IS-SOTTOKUMITAT TAL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U l-ĠEORĠJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u l-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 243 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 243(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat tal-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jrid jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-bord,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta'esperti dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli għall-finijiet tal-Artikolu 243 tal-Ftehim hija stabbilita kif previst fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

I.

Esperti proposti mill-Ġeorġja

1.

Nata Sturua

2.

David Kikodze

3.

Marina Shvangiradze

4.

Ilia Osepashvili

5.

Roin Migriauli

II.

Esperti proposti mill-UE

1.

Eddy Laurijssen

2.

Jorge Cardona

3.

Karin Lukas

4.

Hélène Ruiz Fabri

5.

Laurence Boisson De Chazournes

6.

Geert Van Calster

III.

Presidenti

1.

Jill Murray (l-Awstralja)

2.

Janice Bellace (l-Istati Uniti tal-Amerika)

3.

Ross Wilson (New Zealand)

4.

Arthur Appleton (l-Istati Uniti tal-Amerika)

5.

Nathalie Bernasconi (l-Iżvizzera)


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 3/2015 IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA

ta'

li tistabbilixxi l-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 268(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ġeorġja, fuq in-naħa l-oħra

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”),, u b'mod partikolari l-Artikolu 268(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ilhom japplikaw provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 408(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet kif previst f'dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 268(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim, irid jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u jservu bħala arbitri, fil-proċeduri ta' soluzzjoni tat-tilwim fi żmien sitt xhur mill-bidu tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-listi ta' arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 268(1) ta' dan il-Ftehim hija stabbilita kif stipulat fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza


(1)  ĠU L 261, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

LISTA TA' ARBITRI

I.

Arbitri proposti mill-Ġeorġja

1.

Christian Häberli (l-Iżvizzera)

2.

Donald McRae (il-Kanada)

3.

John Adank (New Zealand)

4.

Ronald Saborio (il-Kosta Rika)

5.

Thomas Cottier (l-Iżvizzera)

II.

Arbitri proposti mill-UE

1.

Claus–Dieter Ehlermann

2.

Giorgio Saccerdoti

3.

Jacques Bourgeois

4.

Pieter Jan Kuijper

5.

Ramon Torrent

III.

Presidenti

1.

David Unterhalter (l-Afrika t'Isfel)

2.

Merit Janow (l-Istati Uniti)

3.

Helge Seland (in-Norveġja)

4.

Leora Blumberg (l-Afrika t'Isfel)

5.

William Davey (l-Istati Uniti)


Top