This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0055
Decision (EU) 2015/425 of the European Central Bank of 15 December 2014 amending Decision ECB/2010/21 on the annual accounts of the European Central Bank (ECB/2014/55)
Deċiżjoni (UE) 2015/425 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)
Deċiżjoni (UE) 2015/425 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)
ĠU L 68, 13.3.2015, p. 54–68
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/12/2016; Imħassar b' 32016D0035(01)
13.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 68/54 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/425 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta' Diċembru 2014
li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |
(2) |
Hemm bżonn li jiġi kkjarifikat iktar l-approċċ ta' valutazzjoni tat-titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja. |
(3) |
Jeħtieġ li l-kjarifiki tekniċi jiġu inkorporati fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21 wara d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (3). |
(4) |
Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħra fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21. |
(5) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
Id-Deċizjoni BĊE/2010/21 hija emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li gej: “Artikolu 8 Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ 1. Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I. 2. Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq. 3. Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità definita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investimenti fSDRs, inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kull għażla inkorporata ma tiġix isseparata għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja jew inklużi fil-partiti ‘Assi finanzjarji oħrajn’ jew ‘Varji’ għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati. 4. Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati, jiġu vvalutati bi spejjeż ammortizzati u jkunu soġġetti għall-indeboliment. Għandu japplika l-istess trattament għal titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
2. |
L-Anness I huwa ssostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċizjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).
(2) Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).
(3) Deċiżjoni BĊE/2014/45 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).
ANNESS
“ANNESS I
KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ
ASSI
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) transazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta |
Valur tas-suq |
||||||||||||||||||||||
|
Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro ddenominati f'valuta barranija |
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
4 Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f'euro |
||||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||||
|
Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta' politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja ta' Gwida BĊE/2000/14 (1) |
|
||||||||||||||||||||||
|
Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||||
|
Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||||
|
Tranżazzjonijiet b'lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||||
|
Transazzjonijiet b'lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||||
|
Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali jew kost repo |
||||||||||||||||||||||
|
Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||||
|
Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b'lura b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-attiv 7 ‘Titoli ta' residenti taż-żona euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Klejms u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. |
Valur nominali jew kost |
||||||||||||||||||||||
7 Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro ddenominati f'euro |
||||||||||||||||||||||||
|
Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja. Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar |
|
||||||||||||||||||||||
|
Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità |
|
||||||||||||||||||||||
|
Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self) |
Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost |
||||||||||||||||||||||
9 Klejms intra-Eurosistema |
||||||||||||||||||||||||
|
Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE |
Kost |
||||||||||||||||||||||
|
Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2) |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||||
|
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
Bilanċi fil-kont tas-saldu (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||||
11 Assi oħrajn |
||||||||||||||||||||||||
|
Muniti Euro |
Valur nominali |
||||||||||||||||||||||
|
Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software |
Kost wara d-deprezzament Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment. Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni) |
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
||||||||||||||||||||||
|
Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
||||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||||||
|
|
Valur nominali |
PASSIV
Partita tal-karta tal-bilanċ |
Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ |
Prinċipju tal-valutazzjoni |
|||||||||
|
Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 |
Valur nominali |
|||||||||
|
Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 |
|
|||||||||
|
Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi |
Valur nominali |
|||||||||
|
Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti) |
Valur nominali |
|||||||||
|
Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni |
Valur nominali |
|||||||||
|
Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Valur nominali jew kost repo |
|||||||||
|
Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali |
|||||||||
|
Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo b'lura simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-assi 7 'Titoli ta' residenti fiż-żona euro denominati f'euro'. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu |
Valur nominali jew kost repo |
|||||||||
|
Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/14. Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità |
Kost Kull skont huwa ammortizzat |
|||||||||
5 Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona euro denominati f'euro |
|||||||||||
|
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
|||||||||
|
Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba |
Valur nominali |
|||||||||
|
Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b'lura għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro |
Valur nominali jew kost repo |
|||||||||
|
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
|||||||||
8 Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona euro denominati f'valuta barranija |
|||||||||||
|
Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
|||||||||
|
Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
|||||||||
|
Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv |
Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena |
|||||||||
10 Passiv intra-Eurosistema |
|||||||||||
|
Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro |
Valur nominali |
|||||||||
|
Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin: |
|
|||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro |
Valur nominali |
|||||||||
12 Passiv ieħor |
|||||||||||
|
Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu |
Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani |
|||||||||
|
Nefqa li ssir dovuta f'perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma' perijodu futur |
Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq |
|||||||||
|
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
|
|
|
|||||||||
|
|
||||||||||
15 Kapital u riżervi |
|||||||||||
|
Kapital imħallas |
Valur nominali |
|||||||||
|
Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati |
Valur nominali |
|||||||||
|
|
Valur nominali” |
(1) Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti ta' politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).
(2) Linja Gwida BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).