Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1377

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1377/2013 tad- 19 ta’ Diċembru 2013 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

    ĠU L 346, 20.12.2013, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1377/oj

    20.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 346/49


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1377/2013

    tad-19 ta’ Diċembru 2013

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa mir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għal-laħam tat-tjur

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS [dwar l-OKS unika]) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1385/2007 tas-26 ta’ Novembru 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 774/94 f'dak li jirrigwarda l-ftuħ u l-ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6) tiegħu,

    Billi:

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni introdotti matul l-ewwel 7 ijiem tax-xahar ta’ Diċembru tal-2013 għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 jaqbżu, għal ċerti kwoti, il-kwantitajiet disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa għas-subperjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu 2014 skont ir-Regolament (KE) Nru 1385/2007 għandhom ikunu assenjati skont il-koeffiċjenti ta' allokazzjoni stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Diċembru 2013.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  ĠU L 309, 27.11.2007, p. 47.


    ANNESS

    Nru tal-grupp

    Numru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.1.2014-31.3.2014

    (f’%)

    1

    09.4410

    0,250375

    2

    09.4411

    0,253228

    3

    09.4412

    0,267952

    4

    09.4420

    0,26178

    6

    09.4422

    0,262743


    Top