EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1282

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 2508/2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd

ĠU L 332, 11.12.2013, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1420

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1282/oj

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/13


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2013

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 2508/2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 10(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Sar żball fl-Artikolu 12 tal-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd (2). Għaldaqstant, jeħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tiġi kkoreġuta. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 2508/2000 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. Sabiex jiġu eliminati l-iżbalji fl-att li qed jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Pollakka.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8.


Top