This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1282
Commission Implementing Regulation (EU) No 1282/2013 of 10 December 2013 correcting the Polish language version of Regulation (EC) No 2508/2000 laying down the detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 104/2000 as regards operational programmes in the fisheries sector
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 2508/2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1282/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 2508/2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd
ĠU L 332, 11.12.2013, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1420
11.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 332/13 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1282/2013
tal-10 ta’ Diċembru 2013
li jikkoreġi l-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament (KE) Nru 2508/2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 10(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sar żball fl-Artikolu 12 tal-verżjoni tal-lingwa Pollakka tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 2508/2000 tal-15 ta' Novembru 2000 li jippreskrivi regoli ddettaljati sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 rigward il-programmi ta' ħidma fis-settur tas-sajd (2). Għaldaqstant, jeħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Pollakka tiġi kkoreġuta. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2508/2000 għandu għalhekk jiġi kkoreġut skont dan. Sabiex jiġu eliminati l-iżbalji fl-att li qed jiġi kkoreġut mill-aktar fis possibbli, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Pollakka.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 289, 16.11.2000, p. 8.