EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1281

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2013 tal- 10 ta’ Diċembru 2013 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2014 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

ĠU L 332, 11.12.2013, p. 5–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1281/oj

11.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1281/2013

tal-10 ta’ Diċembru 2013

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2014 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta’ prodotti tessili minn għadd ta’ terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tessili li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta’ min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Skont dak ir-Regolament huwa possibbli li f’ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta’ allokazzjoni, jinqasmu l-kwoti f’qatgħat, jew li jiġi riżervat proporzjon ta’ limitu kwantitattiv speċifiku esklużivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti għall-2014 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b’hekk il-kontinwità fil-flussi tal-kummerċ ma tiġix affettwata mingħajr bżonn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta’ qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1163/2012 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2014.

(5)

Sabiex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta’ operaturi possibbli huwa xieraq li l-metodu ta’ allokazzjoni ta’ “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b’dak il-metodu.

(6)

Sabiex jiġi ggarantit livell ta’ kontinwità fil-kummerċ u l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni inizjali tagħhom għall-2014 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2013.

(7)

Sabiex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, u dan kemm-il darba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Sabiex tkun żgurata ġestjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa’ xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista’ jipprova l-eżistenza ta’ kuntratt u jista’ jiċċertifika, fin-nuqqas ta’ dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta’ importazzjoni lejn il-Komunità f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, biex jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta’ Marzu 2015, liċenzji li minnhom tal-anqas nofshom ġew użati sad-data tal-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tat-Tessuti stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tessili stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2014.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifiki mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, u dan għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi għal kull operatur stipulati fl-Anness I.

Il-kwantitajiet massimi ma għandhomx, madankollu, japplikaw għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2014, li, fir-rigward ta’ kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji ta’ importazzjoni mogħtija lilhom għall-2013.

Fil-każ ta’ operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2013 minn pajjiżi terzi partikolari u f’kategoriji partikolari, u dan kemm-il darba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta’ kwota disponibbli.

Artikolu 3

Kwalunkwe importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista’ jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta’ oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti elenkati fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta’ filgħodu tat-8 ta’ Jannar 2014, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta’ awtorizzazzjonjiet ta’ importazzjoni.

Il-ħin stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jinftiehem bħala l-ħin ta’ Brussell.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jagħti prova tal-eżistenza ta’ kuntratt li jikkonċerna l-provvista tal-merkanzija; u

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

l-operatur ma kienx ġie allokat diġà awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(ii)

l-operatur ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 % minnha.

3.   L-awtorizzazzjonijiet ta’ importazzjoni jkunu validi għal disa’ xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2014.

Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta’ tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkun ntuża minn tal-anqas 50 % minnhom meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1163/2012 tas-7 ta’ Diċembru 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2013 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (ĠU L 336, 8.12.2012, p. 22).


ANNESS I

Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Bjelorussja

1

Kilogrammi

20 000

2

Kilogrammi

80 000

3

Kilogrammi

5 000

4

Biċċiet

20 000

5

Biċċiet

15 000

6

Biċċiet

20 000

7

Biċċiet

20 000

8

Biċċiet

20 000

15

Biċċiet

17 000

20

Kilogrammi

5 000

21

Biċċiet

5 000

22

Kilogrammi

6 000

24

Biċċiet

5 000

26/27

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

5 000

67

Kilogrammi

3 000

73

Biċċiet

6 000

115

Kilogrammi

20 000

117

Kilogrammi

30 000

118

Kilogrammi

5 000


Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Korea ta’ Fuq

1

Kilogrammi

10 000

2

Kilogrammi

10 000

3

Kilogrammi

10 000

4

Biċċiet

10 000

5

Biċċiet

10 000

6

Biċċiet

10 000

7

Biċċiet

10 000

8

Biċċiet

10 000

9

Kilogrammi

10 000

12

Pari

10 000

13

Biċċiet

10 000

14

Biċċiet

10 000

15

Biċċiet

10 000

16

Biċċiet

10 000

17

Biċċiet

10 000

18

Kilogrammi

10 000

19

Biċċiet

10 000

20

Kilogrammi

10 000

21

Biċċiet

10 000

24

Biċċiet

10 000

26

Biċċiet

10 000

27

Biċċiet

10 000

28

Biċċiet

10 000

29

Biċċiet

10 000

31

Biċċiet

10 000

36

Kilogrammi

10 000

37

Kilogrammi

10 000

39

Kilogrammi

10 000

59

Kilogrammi

10 000

61

Kilogrammi

10 000

68

Kilogrammi

10 000

69

Biċċiet

10 000

70

Pari

10 000

73

Biċċiet

10 000

74

Biċċiet

10 000

75

Biċċiet

10 000

76

Kilogrammi

10 000

77

Kilogrammi

5 000

78

Kilogrammi

5 000

83

Kilogrammi

10 000

87

Kilogrammi

8 000

109

Kilogrammi

10 000

117

Kilogrammi

10 000

118

Kilogrammi

10 000

142

Kilogrammi

10 000

151 A

Kilogrammi

10 000

151B

Kilogrammi

10 000

161

Kilogrammi

10 000


ANNESS II

Lista tal-uffiċċji tal-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4

1.   Il-Belġju

FOD Economie, KMO, Middenstand en Energie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

Algemene Directie Economisch Potentieel

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

B-1210 Brussel

Telefown: + 32 (0) 2 277 67 13

Faks: + 32 (0) 2 277 50 63

SPF Economie, PME, Classes moyennes et Energie (Ekonomija tas-Servizz Pubbliku Federali, SMEs, Ħaddiema għal rashom u Enerġija)

Direction générale Potentiel économique

Service Licences

Rue du Progrès 50

B-1210 Bruxelles

Telefown: + 32 (0) 2 277 67 13

Faks: + 32 (0) 2 277 50 63

2.   Il-Bulgarija

Министерство на икономиката, енергетиката и туризма

Дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

ул. „Славянска“ 8

1052 София

Тел.: +359 29 40 7008 / +359 29 40 7673 / +359 29 40 7800

Факс: +359 29 81 5041 / +359 29 80 4710 /+359 29 88 3654

Il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Enerġija u t-Turiżmu

8, Slavyanska Str., Sofija 1052, il-Bulgaria

Telefown: +359 29 40 7008 / +359 29 40 7673 / +359 29 40 7800

Faks: +359 29 81 5041 / +359 29 80 4710 /+359 29 88 3654

3.   Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo průmyslu a obchodu (Il-Ministeru għall-Industrja u l-Kummerċ)

Licenční správa

Na Františku 32

CZ – 110 15 Praha 1

Telefown: (420) 224 907 111

Faks: (420) 224 212 133

4.   Id-Danimarka

Erhvervs- og vækstministeriet (Il-Ministeru għan-Negozju u t-Tkabbir)

Erhvervsstyrelsen

Langelinje Allé 17

DK - 2100 København

Telefown: (45) 35 46 60 30

Faks: (45) 35 46 60 29

5.   Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) [L-Uffiċċju Federali għall-Ekonomija u għall-Kontroll tal-Esportazzjoni]

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Telefown: (49 61 96) 908-0

Faks: (49 61 96) 908 800

6.   L-Estonja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium (Il-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi u l-Komunikazzjoni)

Harju 11

EST-15072 Tallinn

Estonia

Telefown: (372) 6256 400

Faks: (372) 6313 660

7.   L-Irlanda

Department of Enterprise, Trade and Employment (Id-Dipartiment tal-Intrapriża, il-Kummerċ u l-Impjiegi)

Internal Market

Kildare Street

IRL-Dublin 2

Telefown: (353 1) 631 21 21

Faks: (353 1) 631 28 26

8.   Il-Greċja

Υπουργείο Ανάπτυξης, Ανταγωνιστικότητας & Ναυτιλίας

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Τηλ. (+30) 210 3286041-43, 210 3286021

Faks: (+30) 210 3286094

Il-Ministeru għall-Iżvilupp, il-Kompetittività u it-Trasport Marittimu,

Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ekonomika Internazzjonali,

Id-Direttorat għall-Proċeduri ta' Importazzjoni-Esportazzjoni, Strumenti għad-Difiża Kummerċjali

Unità A’

1 Kornarou Str.

GR-10563 Ateni

Telefown: (+30) 210 3286041-43, 210 3286021

Faks: (+30) 210 3286094

9.   Spanja

Ministerio de Economía y Competitividad (Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Kompetittività)

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana no 162

E-28046 Madrid

Telefown: (34 91) 349 38 17, 349 38 74

Faks: (34 91) 349 38 31

Email: sgindustrial.sscc@comercio.mineco.es

10.   Franza

Ministère du Redressement Productif

(Il-Ministeru għall-Irkupru tal-Produzzjoni)

Direction générale de la compétitivité, de l'industrie et des services

Bureau des matérieaux

BP 80001

67, Rue Barbès

F-94201 Ivry-sur-Seine CEDEX

Telefown: (+33) 1 79 84 34 49

Email: isabelle.paimblanc@finances.gouv.fr

11.   Il-Kroazja

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova (Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej)

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

10000 Zagreb

Telefown: 00 385 1 6444626

Faks: 00 385 1 6444601

12.   L-Italja

Ministero dello Sviluppo Economico (Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku)

Dipartimento per l'impresa e l'internazionalizzazione (Id-Dipartiment għall-Impriżi u għall-Internazzjonalizzazzjoni)

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale (Id-Direttorat Ġenerali għall-Politika Kummerċjali Internazzjonali)

Divisione III - Politiche settoriali (Taqsima III - Politiki Settorjali)

Viale Boston, 25

I - 00144 Roma

Telefown: (39 06) 5964 7517, 5993 2202, 5993 2406

Faks: (39 06) 5993 2263, 5993 2636

Email: polcom3@mise.gov.it

13.   Ċipru

Ministry of Commerce, Industry and Tourism (Il-Ministeru għall-Kummerċ, l-Industrija u t-Turiżmu)

Trade Department (Id-Dipartiment tal-Kummerċ)

6 Andrea Araouzou Str.

CY-1421 Nicosia

Telefown: ++357 2 867100

Faks: ++357 2 375120

14.   Il-Latvja

Latvijas Republikas Ekonomikas ministrija (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Latvja)

Brīvības iela 55

LV-1519 Rīga

Telefown: 00 371 670 132 48

Faks: 00 371 672 808 82

15.   Il-Litwanja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika tal-Litwanja)

Gedimino pr. 38 / Vasario 16-osios g. 2

LT-01104 Vilnius, Lietuva

Telefown: +370 706 64 658, +370 706 64 808

Faks: +370 706 64 762

Email: vienaslangelis@ukmin.lt

16.   Il-Lussemburgu

Ministère de l'Economie et du Commerce Exterieur (Il-Ministeru għall-Ekonomija u l-Kummerċ Barrani)

Office des licences

Boîte postale 113

L-2011 Luxembourg

Telefown: (352) 47 82 371

Faks: (352) 46 61 38

17.   L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

(L-Uffiċċju Ungeriż tal-Liċenzji Kummerċjali)

Budapest

Németvölgyi út 37-39.

1124

MAGYARORSZÁG

Telefown: +36 1458 5503

Faks: +36 1458 5814

Email: keo@mkeh.gov.hu

18.   Malta

Il-Ministeru għall-Finanzi, l-Ekonomija u l-Investiment

Id-Dipartiment tal-Kummerċ, id-Direttorat għas-Servizzi Kummerċjali

Lascaris

Valletta VLT 2000

Malta

Telefown: 00 356 256 90 202

Faks: 00 356 212 37 112

19.   Il-Pajjiżi l-Baxxi

Belastingdienst/Douane (L-Amministrazzjoni Doganali)

centrale dienst voor in- en uitvoer

Kempkensberg 12

Postbus 30003

NL-9700 RD Groningen

Telefown: (31 88) 15 12 122

Faks: (31 88) 15 13 182

20.   L-Awstrija

Bundesministerium für Wirtschaft, Familie und Jugend (Il-Ministeru Federali għall-Ekonomija, il-Familja u ż-Żgħażagħ)

Außenwirtschaftskontrolle

Abteilung C2/9

Stubenring 1, A-1011 Wien

Telefown: (43 1) 71100-0

Faks: (43 1) 71100-8386

21.   Il-Polonja

Ministerstwo Gospodarki (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

Pl.Trzech Krzyzy 3/5

PL-00-950 Warszawa

Telefown: 0048/22/693 55 53

Faks: 0048/22/693 40 21

22.   Il-Portugall

Ministério das Finanças (Il-Ministeru għall-Finanzi)

Direção Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

P-1149-060 LISBOA

Telefown: (351-1) 218 814 263

Faks: (351-1) 218 814 261

Email: dsl@dgaiec.min-financas.pt

23.   Ir-Rumanija

Ministerul Economiei (Il-Ministeru għall-Ekonomija)

Comerțului și Mediului de Afaceri

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr.152, sector 1

București

Cod poștal: 010096

Telefown: (40-21) 315.00.81

Faks: (40-21) 315.04.54

Email: clc@dce.gov.ro

24.   Is-Slovenja

Ministrstvo za finance (Il-Ministeru għall-Finanzi)

Carinska uprava Republike Slovenije

Carinski urad Jesenice

Center za TARIC in kvote

Spodnji Plavž 6 c

4270 Jesenice

Slovenija

Telefown: +386(0)4 297 44 70

Faks: +386(0)4 297 44 72

Email: taric.cuje@gov.si

25.   Is-Slovakkja

Ministerstvo hospodárstva SR (Il-Ministeru għall-Ekonomija tar-Repubblika Slovakka)

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

SK-827 15 Bratislava

Telefown: 00 421 2 4854 7019

Faks: 00 421 2 4342 3915

Email: jan.krocka@mhsr.sk

26.   Il-Finlandja

Tullihallitus (Il-Bord Nazzjonali tad-Dwana)

PL 512

FIN-00101 Helsinki

Telefown: (358 9) 61 41

Faks: (358 20) 492 2852

Tullstyrelsen (Il-Bord Nazzjonali tad-Dwana)

PB 512

FIN-00101 Helsingfors

Faks: (358-20) 492 28 52

27.   L-Isvezja

Kommerskollegium (Il-Bord Nazzjonali tal-Kummerċ)

Box 6803

S-113 86 Stockholm

Telefown: (46 8) 690 48 00

Faks: (46 8) 30 67 59

Email: registrator@kommers.se

28.   Ir-Renju Unit

Import Licensing Branch (ILB) (il-fergħa responsabbli mil-Liċenzji ta' Importazzjoni)

Department for Business, Innovation and Skills (Id-Dipartiment għan-Negozju, l-Innovazzjoni u l-Ħiliet)

E-Mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk


Top