Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1249

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1249/2011 tad- 29 ta’ Novembru 2011 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    ĠU L 319, 2.12.2011, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1249/oj

    2.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 319/39


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1249/2011

    tad-29 ta’ Novembru 2011

    dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (2)

    Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi, fuqha jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ ta’ oġġetti.

    (3)

    Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

    (4)

    Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni tariffarja li torbot u li tkun inħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tkunx skont dan ir-Regolament, tkun tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

    (5)

    Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ħariġx opinjoni fi ħdan il-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella kif tidher fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

    Artikolu 2

    Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tkunx konformi ma’ dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2011.

    Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

    Algirdas ŠEMETA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

    (2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS

    Deskrizzjoni tal-prodotti

    Klassifikazzjoni

    (Kodiċi tan-NM)

    Raġunijiet

    (1)

    (2)

    (3)

    Apparat portabbli li jaħdem bil-batteriji, biex jiġi rrekordjat il-vidjow, b’dimensjonijiet ta’ madwar 10 × 5,5 × 2 ċm (hekk imsejjaħ “pocket sized video recorder”) li jikkonsisti f’:

    lenti tal-kamera u zoom diġitali,

    mikrofonu,

    loudspeaker,

    display LCD b’tul dijagonali tal-iskrin ta’ madwar 5 ċm (2 pulzieri),

    mikroproċessur,

    memorja ta’ 2 GB, kif ukoll

    interfaces USB u AV.

    L-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-fajls tal-vidjow fil-forma ta’ sekwenzi ta’ stampi fil-format ta’ MPEG4-AVI. Il-vidjow huwa rikordjat b’riżoluzzjoni ta’ 640 × 480 pixels bi 30 frame kull sekonda għal massimu ta’ sagħtejn.

    Is-sekwenzi tal-vidjow rekordjati mill-apparat jistgħu jiġu trasferiti f’magna awtomatika għall-iproċessar tad-dejta (ADP), permezz ta’ interface tal-USB, mingħajr ma jiġi modifikat il-format tal-fajls tal-vidjow, jew għal rekorder tal-vidjow diġitali, moniter jew sett tat-televixin permezz ta’ interface AV.

    Il-fajls tal-vidjow jistgħu jiġu trasferiti għall-apparat minn magna ADP, permezz ta’ interface USB.

    8525 80 99

    Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u tal-kliem użat fil-kodiċi NM 8525 , 8525 80  u 8525 80 99 .

    Minħabba li l-apparat huwa kapaċi biss li jirrekordja l-vidjow, il-klassifikazzjoni bħala kamera diġitali taħt il-kodiċi NM 8525 80 30 hija eskluża. Minħabba l-karatteristiċi tiegħu, l-apparat huwa rikorder bil-kamera tal-vidjow.

    Minħabba li l-apparat huwa kapaċi jirrekordja fajls tal-vidjow minn sorsi oħra apparti dawk inkorporati f’kamera tat-televixin, il-klassifikazzjoni taħt il-kodiċi NM 8525 80 91 bħala rikorders bil-kamera tal-vidjow li huma kapaċi biss li jirrekordjaw ħoss u stampi meħuda minn kamera tat-televixin, hija eskluża.

    Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8525 80 99 bħala rikorders tal-kamera tal-vidjow oħra.


    Top