This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0735
2011/735/CFSP: Council Decision 2011/735/CFSP of 14 November 2011 amending Decision 2011/273/CFSP concerning restrictive measures against Syria
2011/735/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK tal- 14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
2011/735/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/735/PESK tal- 14 ta’ Novembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
ĠU L 296, 15.11.2011, p. 53–54
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2011; Imħassar b' 32011D0782
15.11.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 296/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/735/PESK
tal-14 ta’ Novembru 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fid-9 ta' Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1). |
(2) |
Fit-23 ta' Ottubru 2011, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-UE se timponi aktar miżuri kontra r-reġim Sirjan sakemm ir-ripressjoni tal-popolazzjoni ċivili se titkompla. |
(3) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fis-Sirja, il-Kunsill iqis li jeħtieġ jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali. |
(4) |
Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jissospendi l-ħruġ ta’ flus jew ħlas ieħor taħt jew f'konnessjoni ma' ftehimiet ta' self eżistenti mas-Sirja kif ukoll il-Kuntratti dwar Servizzi ta' Assistenza Teknika għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja. |
(5) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni rigward persuna waħda fil-lista fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi aġġornata. |
(6) |
Id-Deċiżjoni 2011/273/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2011/273/PESK, qed jiżdied l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 2e
Dan li ġej għandu jiġi pprojbit:
(a) |
kwalunkwe ħruġ ta’ flus jew ħlas mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) taħt jew f'konnessjoni ma' kwalunkwe ftehim ta' self eżistenti, li daħħlu għalih, bejn is-Sirja u l-BEI; |
(b) |
il-kontinwazzjoni ta' kwalunkwe Kuntratt eżistenti dwar Servizz ta' Assistenza Teknika mill-BEI għal proġetti sovrani li qegħdin fis-Sirja.". |
Artikolu 2
Fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, l-annotazzjoni għal Nizar AL-ASSAAD għandha tinbidel bl-annotazzjoni li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 121, 10.5.2011, p. 11.
ANNESS
Persuna msemmija fl-Artikolu 2
|
Isem |
Informazzjoni identifikattiva |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Nizar Al-Assad () |
Kuġin ta' Bashar Al-Assad; preċedentement kap tal-kumpannija "Nizar Oilfield Supplies". |
Qrib ħafna ta' uffiċjali ewlenin tal-Gvern. Jiffinanzja lil Shabiha fir-reġjun ta' Latakia. |
23.08.2011 |