Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0791

    2010/791/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2010 li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (riformulazzjoni) (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8434)

    ĠU L 336, 21.12.2010, p. 55–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/791/oj

    21.12.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 336/55


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Diċembru 2010

    li telenka l-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

    (tfassil mill-ġdid)

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8434)

    (2010/791/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment il-punt (b)(i) tal-Artikolu 121 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE tat-28 ta’ Ottubru 1988 elenku tal-prodotti indikati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1898/87 (2) ġiet emendata b’mod sostanzjali (3). Ladarba jridu jsiru aktar emendi, għandha tiġi rriformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi l-prinċipju illi d-deskrizzjonijiet ħalib u prodotti tal-ħalib ma’ jistgħux jintużaw għall-prodotti tal-ħalib apparti dawk deskritti fil-punt II tal-Anness XII għalih. Bħala eċċezzjoni, dan il-prinċipju mhuwiex applikabbli fir-rigward tad-deskrizzjoni tal-prodotti li n-natura eżatta tagħhom hija magħrufa minħabba l-użu tradizzjonali u/jew meta d-denominazzjonijiet ikunu ċarament użati sabiex jiddeskrivu l-kwalità tal-karatteristiċi tal-prodott.

    (3)

    L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-listi indikattivi tal-prodotti li huma jikkunsidraw li jissodisfaw, ġewwa t-territorji tagħhom, il-kriterji tal-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Għandu jiġi ffurmat elenku ta’ dawn il-prodotti abbażi tal-listi indikattivi nnotifikati mill-Istati Membri. Dik il-lista għandha tintinkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiexkludi l-ismijiet tal-prodotti rilevanti skont l-użu tradizzjonali tagħhom fil-lingwi varji tal-Unjoni, sabiex dawk l-ismijiet ikunu jistgħu jintużaw mill-Istati Membri kollha, stante li jobdu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (4).

    (4)

    Addizzjonijiet għal din il-lista jistgħu jsiru skont l-Artikolu 121(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

    (5)

    B’segwitu għall-adeżjonijiet fl-Unjoni Ewropea tal-2004 u l-2007, uħud mill-Istati Membri l-ġodda ssottomettew listi ta’ prodotti li huma jqisu li jissodisfaw, fi ħdan it-territorji tagħhom, il-kriterji għall-eċċezzjoni msemmija hawn fuq. Il-lista fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni għandha għalhekk tiġi kkompletata billi jiġu inklużi l-ismijiet tal-prodotti mill-Istati Membri l-ġodda, fil-lingwi rilevanti, li jistgħu jibbenefikaw mill-eċċezzjoni.

    (6)

    Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal- Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-prodotti korrispondenti, fit-territorju tal-Unjoni, fir-rigward tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 88/566/KEE hija rrevokata.

    Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Dacian CIOLOŞ

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 310, 16.11.1988, p. 32.

    (3)  Ara l-Anness II.

    (4)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.


    ANNESS I

    Elenku tal-prodotti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-punt III(1) tal-Anness XII għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007

    ES

    Leche de almendras

    DA

     

    Kakaosmør

     

    Mandelsmør

     

    Jordnøddesmør

     

    Kokosmælk

     

    Flødeboller

     

    »… fromage«

    użata fid-deskrizzjoni deżerta bbażata fuq il-frott li ma jkunx fiha ħalib, jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijieti tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, citronfromage)

     

    Smørtyve

     

    Ostekiks

     

    Osterejer

     

    Flødetablet

     

    Flødefodbolde

     

    Flødemint

     

    Flødekaramel

    DE

     

    Kokosmilch

     

    Liebfrau(en)milch

     

    Fischmilch

     

    Milchner

     

    Butterbirne

     

    Rahmapfel

     

    Butterbohne

     

    Butterkohl

     

    Butterpilz

     

    Milchbrätling

     

    Buttersalat

     

    Erdnussbutter

     

    Kakaobutter

     

    Fleischkäse

     

    Leberkäse

     

    Käseklee

     

    Butterhäuptel

     

    Butterschnitzel

     

    Faschiertes Butterschnitzel

     

    Milchmargarine

     

    Margarinestreichkäse

    EL

     

    Βούτυρο κακάου

     

    Φρουτόκρεμα

     

    Κρέμα αραβοσίτου

     

    Κρέμα κάστανου

     

    Νουκρέμα

    EN

     

    Coconut milk

     

    “Cream …” jew “Milk …”

    użati fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, cream sherry, milk sherry)

     

    Cream soda

     

    Cream filled biscuits (pereżempju, custard cream, bourbon cream, raspberry cream biscuits, strawberry cream, eċċ.)

     

    Cream filled sweets jew chocolates (pereżempju, peppermint cream, raspberry cream, crème egg)

     

    Cream crackers

     

    Salad cream

     

    Creamed coconut u frott ieħor simili, prodotti tal-lewż u tal-ħaxix fejn it-terminu «creamed» jiddeskrivi l-forma karatterisitika tal-prodott

     

    Cream of tartar

     

    Cream jew creamed soups (pereżempju, cream of tomato soup, cream of celery, cream of chicken, eċċ.)

     

    Horseradish cream

     

    Ice-cream

     

    Jelly cream

     

    Table cream

     

    Cocoa butter

     

    Shea butter

     

    Nut butters (pereżempju, peanut butter)

     

    Butter beans

     

    Butter puffs

     

    Fruit cheese (pereżempju, lemon cheese, Damson cheese)

    FR

     

    Lait d’amande

     

    Lait de coco

     

    «Crème …»

    użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de volailles, crème de légumes, crème de tomates, crème d’asperges, crème de bolets, eċċ.)

     

    «Crème …»

    użata fid-deskrizzjoni ta’ xorb alkoħoliku li ma jkunx fih ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjoni tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju crème de cassis, crème de framboise, crème de banane, crème de cacao, crème de menthe, eċċ.)

     

    «Crème …»

    użata fid-deskrizzjoni tal-prodotti tal-laħam ippreparati (pereżempju, crème de foie de volaille, pâté crème, eċċ.)

     

    Crème de maïs

     

    Crème de riz

     

    Crème d’avoine

     

    Crème d’anchois

     

    Crème d’écrevisses

     

    Crème de pruneaux, crème de marron (krema ta’ frott ieħor tal-għadma)

     

    Crème confiseur

     

    Beurre de cacao

     

    Beurre de cacahouète

     

    Fromage de tête

     

    Haricot beurre

     

    Beurré Hardy

    IT

     

    Latte di mandorla

     

    Burro di cacao

     

    Latte di cocco

     

    Fagiolini al burro

    HU

     

    Vajretek

     

    Gyümölcssajt (pereżempju, birsalmasajt)

     

    Disznósajt vagy hússajt vagy fejsajt

     

    Haltej

     

    Kakaóvaj

     

    Kókusztej

     

    Mogyoróvaj

     

    Vajbab

     

    Vajkörte

    NL

     

    Pindakaas

     

    Hoofdkaas

     

    Cacaoboter

     

    Leverkaas

     

    Hamkaas

     

    Tongkaas

     

    Nierkaas

     

    Kokosmelk

     

    „… crème”

    użata fid-deskrizzjoni ta’ soppa li ma jkunx fiha ħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju, groentencrème, tomatencrème, aspergecrème, eċċ.)

     

    „… crème”

    użata fid-deskrizzjoni ta’ xarba alkoħolika li ma jkunx fihaħalib jew prodotti oħra tal-ħalib jew ħalib jew imitazzjonijiet tal-prodotti tal-ħalib (pereżempju cassiscrème, frambozencrème, cacaocrème, bananencrème, eċċ.)

     

    Crèmevulling

     

    Levercrème

     

    Boterbonen

    PL

    Ser jabłeczny

    PT

     

    Leite de coco

     

    Manteiga de cacau

     

    Manteiga de amendoim

     

    Queijo doce de Tomar

     

    Queijinho de sal

    SL

    Mesni sir

    SK

     

    Arašidové maslo

     

    Fazul’a maslová (maslovka)

     

    Kakaové maslo

     

    Kokosové mlieko

     

    Masliak

     

    Maslová hruška (maslovka)

     

    Pečeňový syr

     

    Vtáčie mlieko

    FI

     

    Kaakaovoi

     

    Maapähkinävoi

     

    Voileipäkeksi

     

    Voitatti

     

    Voileipäkakku

    SV

     

    Jordnötssmör

     

    Kakaosmör

     

    Smörsopp

     

    Kokosmjölk

     

    Ostkex

     

    Margarinost

     

    Smördeg


    ANNESS II

    Id-Deċiżjoni rrevokata bl-emendi tagħha

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 88/566/KEE

    (ĠU L 310, 16.11.1988, p. 32)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/144/KE

    (ĠU L 42, 14.2.1998, p. 61)


    ANNESS III

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Id-Deċiżjon 88/566/KEE

    Din id-Deċiżjoni

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Anness

    Anness I

    Anness II

    Anness III


    Top