Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1292

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1292/2009 tal- 21 ta' Diċembru 2009 li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 675/2009, (KE) Nru 676/2009 u (KE) Nru 677/2009 rigward il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti tat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu fi Spanja, it-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum fi Spanja u t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Portugall li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-aħħar jum tas-sejħa għall-offerti

    ĠU L 347, 24.12.2009, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/05/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1292/oj

    24.12.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 347/22


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1292/2009

    tal-21 ta' Diċembru 2009

    li jidderoga mir-Regolamenti (KE) Nru 675/2009, (KE) Nru 676/2009 u (KE) Nru 677/2009 rigward il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti tat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tas-sorgu fi Spanja, it-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum fi Spanja u t-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Portugall li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi, f'dak li għandu x'jaqsam mal-aħħar jum tas-sejħa għall-offerti

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    wara li kkunsidrat it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 675/2009 (2), (KE) Nru 676/2009 (3) u (KE) Nru 677/2009 (4) fetħu s-sejħiet għall-offerti tat-tnaqqis tad-dazju skont l-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għas-sorgu importat fi Spanja, għall-qamħirrum importat fi Spanja u għall-qamħirrum importat fil-Portugall, rispettivament.

    (2)

    Mid-data tal-ftuħ tas-sejħa għall-offerti sas-17 ta' Novembru 2009, il-kwantità ta' qamħirrum importata fi Spanja li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa, u bil-kwantitajiet tal-prodotti li jissostitwixxu ċ-ċereali mnaqqsa skont l-Artikolu 2, il-paragrafu 1, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (5), tkopri biss 13 % tal-kwota. Il-kwantità ta' sorgu importata fi Spanja li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa hija negliġibbli. Il-kwantità ta' qamħirrum importata fil-Portugall li tista' tiġi kklassifikata bħala parti mill-kwota tad-dazju tal-importazzjoni mnaqqsa tkopri biss 13 % tal-kwota. Meta jitqiesu l-kundizzjonijiet tas-suq fi Spanja u l-Portugall, il-ftuħ tas-sejħiet għall-offerti sas-17 ta' Diċembru 2009 mhuwiex se jippermetti l-importazzjoni ta' kwantitajiet biżżejjed biex ikopru l-kwoti.

    (3)

    Konsegwentement, jeħtieġ li l-perjodi tas-sejħiet għall-offerti tat-tnaqqis tad-dazju tal-importazzjoni tal-qamħirrum u s-sorgu fi Spanja u tal-qamħirrum fil-Portugall jittawwlu sal-aħħar tax-xahar ta' Mejju 2010 sabiex il-kwoti tal-importazzjoni jintużaw kollha.

    (4)

    Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehmtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B’deroga mill-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 675/2009, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 676/2009 u l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 677/2009, is-sejħiet għall-offerti se jkunu miftuħa sas-27 ta' Mejju 2010.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa jiskadi fit-28 ta' Mejju 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2009.

    Għall-Kummissjoni,

    f’isem il-President,

    Neelie KROES

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 5.

    (3)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 6.

    (4)  ĠU L 196, 28.7.2009, p. 7.

    (5)  ĠU L 340, 19.12.2008, p. 57.


    Top