EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1173

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 tat- 30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum u għar-ross

ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/02/2011; Imħassar b' 32011R0162

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1173/oj

1.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/48


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1173/2009

tat-30 ta’ Novembru 2009

li jistabbilixxi ċ-ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum u għar-ross

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b’rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri ta’ intervent fl-Istati Membri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi stipulati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-24 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jirrigwarda l-intervent pubbliku permezz ta’ sejħa għall-offerti għax-xiri ta’ qamħ durum jew ta’ ross paddy (2).

(2)

Skont l-Artikolu 23(1) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lis-servizzi tal-Kummissjoni l-lista taċ-ċentri ta’ intervent għad-deżinjazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta’ dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament Komunitarju.

(3)

Sabiex ikun assigurat it-tħaddim tajjeb tal-iskema ta’ intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri ta’ intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bl-informazzjoni neċessarja kollha għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku.

(4)

Minħabba l-emendi frekwenti li jistgħu jsiru f’dan ir-rigward, u fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-iskema tal-intervent, il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-operaturi informazzjoni aġġornata u tipprovdi f’dan ir-rigward l-ewwel pubblikazzjoni bl-elementi ddettaljati tal-lista tal-postijiet tal-ħżin f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C) u informazzjoni aġġornata skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 b’kull mezz tekniku xieraq permezz tas-sistemi tal-informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-Internet.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Iċ-ċentri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 għandhom ikunu dawk elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

L-operaturi għandhom ikunu mgħarrfa dwar l-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri ta’ intervent u dwar l-informazzjoni ddettaljata relatata ma’ dawn il-lokalitajiet, permezz ta’ Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (Serje C).

L-emendi u l-aġġornament ta’ din l-informazzjoni għandhom isiru skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 670/2009.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann Fischer BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.


ANNESS

A:   Ċentri ta’ intervent għall-qamħ durum

IL-GREĊJA

Θράκη

Ανατολική Μακεδονία

Κεντρική Μακεδονία

Κεντρική Ελλάδα

Στερεά Ελλάδα

SPANJA

Cadiz

Cordoba

Sevilla

Huesca

Teruel

Zaragoza

Burgos

Palencia

Salamanca

Soria

Valladolid

Zamora

Albacete

Ciudad real

Cuenca

Guadalajara

Badajoz

Caceres

Navarra

FRANZA

Le Pouzin

Castelnaudary

Angouleme

Moulins-sur-Yevre

Orgeres en Beauce

Saint Sauveur

Toury

Voves

Fourques

Aigues-Mortes

Baziege

Lespinasse

Sainte Christie

L’Isle Jourdain

Sete

Issoudun

La Ville aux Dames

Mer

Artenay

La Creche

Lavaur

Beaumont de Lomagne

Fontenay le Comte

IL-PORTUGALL

Beja

B:   Ċentri ta’ intervent għar-ross

IL-BULGARIJA

Plovdiv

IL-GREĊJA

Κεντρική Ελλάδα

Μακεδονία

SPANJA

Cadiz

Cordoba

Sevilla

Zaragoza

Albacete

Ciudad Real

Cuenca

Lerida

Badajoz

Caceres

Navarra

FRANZA

Arles

Fourques

Aigues-Mortes

L-ITALJA

Piemonte

IL-PORTUGALL

Beja


Top