Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0904

    2008/904/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Novembru 2008 li taħtar membru Olandiż u żewġ membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    ĠU L 327, 5.12.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/904/oj

    5.12.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 327/18


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tas-27 ta' Novembru 2008

    li taħtar membru Olandiż u żewġ membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

    (2008/904/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

    Billi:

    (1)

    Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

    (2)

    Wara r-riżenja tas-Sur Nico SCHOOF tbattal post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara r-riżenja tas-Sur Lodewijk ASSCHER tbattal post ta’ membru supplenti. Wara l-ħatra, permezz ta’ din id-deċiżjoni, tas-Sur Bas VERKERK bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal post ieħor ta’ membru supplenti,

    IDDECIEDA KIF GEJ:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

    (a)

    bħala membru:

    is-Sur Bas VERKERK, Burgemeester van Delft (tibdil tal-ħatra),

    u

    (b)

    bħala membri supplenti:

    is-Sur Job COHEN, Burgemeester van Amsterdam,

    is-Sur Hans KOK, Burgemeester van Hof van Twente.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

    Għall-Kunsill,

    Il-President

    L. CHATEL


    (1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


    Top