Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0728

    Kawża T-728/22: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Industrias Lácteas Asturianas vs EUIPO – Qingdao United Dairy (NAMLAC)

    ĠU C 24, 23.1.2023, p. 63–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 24/63


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Novembru 2022 – Industrias Lácteas Asturianas vs EUIPO – Qingdao United Dairy (NAMLAC)

    (Kawża T-728/22)

    (2023/C 24/88)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Industrias Lácteas Asturianas, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. C. Riera Blanco, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Qingdao United Dairy Co. Ltd (Qingdao, iċ-Ċina)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “NAMLAC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 126 515

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 1563/2021-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top