This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0661
Case T-661/22: Action brought on 31 October 2022 — Claro v EUIPO — Claranet Europe (Claro)
Kawża T-661/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)
Kawża T-661/22: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)
ĠU C 7, 9.1.2023, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/37 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2022 – Claro vs EUIPO – Claranet Europe (Claro)
(Kawża T-661/22)
(2023/C 7/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Claro SA (São Paulo, il-Brażil) (rappreżentant: J. Ferreira Sardinha, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Claranet Europe (St Helier, Jersey)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bl-aħmar u bl-abjad Claro – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 172 934
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 1674/2021-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |