Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0714

    Kawża T-714/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Żball ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 7, 9.1.2023, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – Ovsyannikov vs Il-Kunsill

    (Kawża T-714/20) (1)

    (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fir-rigward tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet dwar dħul fit-territorju ta’ Stati Membri - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Żball ta’ evalwazzjoni”)

    (2023/C 7/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: J. L. Iriarte Ángel u E. Delage González, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, S. Sáez Moreno u A. Antoniadis, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament, l-ewwel, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal-10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2020, L 298, p. 23), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal-10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2020, L 298, p. 1), it-tieni, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/448 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 87, p. 35), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/446 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 87, p. 19), it-tielet, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2021, L 321, p. 32), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1464 tal-10 ta’ Settembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna(ĠU 2021, L 321, p. 1), u, ir-raba’, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 84, p. 28), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 84, p. 2, rettifika fil-ĠU 2022, L 271, p. 24), sa fejn dawn l-atti jżommu ismu fuq il-listi annessi mal-imsemmija atti.

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal-10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal-10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/448 tat-12 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/446 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1464 tal-10 ta’ Settembru 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/408 tal-10 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, huma annullati, sa fejn l-isem ta’ Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov inżamm fuq il-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Dmitry Vladimirovich Ovsyannikov, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 44, 8.2.2021.


    Top