This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TA0624
Case T-624/20: Judgment of the General Court of 19 October 2022 — MV v Commission (Civil service — Officials — Recruitment — Notice of open competition EPSO/AD/364/19 (AD 7) — Decision of the Selection Board to exclude the applicant from the next stage of the competition — Competition eligibility requirements — Insufficient professional experience — Obligation to state reasons — Manifest error of assessment — Rules on languages — Equal treatment)
Kawża T-624/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Esperjenza professjonali insuffiċjenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Sistema lingwistika – Ugwaljanza fit-trattament”)
Kawża T-624/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissjoni – Esperjenza professjonali insuffiċjenti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Sistema lingwistika – Ugwaljanza fit-trattament”)
ĠU C 7, 9.1.2023, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/23 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2022 – MV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-624/20) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 (AD 7) - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-istadju sussegwenti tal-kompetizzjoni - Kundizzjonijiet għall-ammissjoni - Esperjenza professjonali insuffiċjenti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Sistema lingwistika - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2023/C 7/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: MV (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Lilamand u M. Brauhoff, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tad-29 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad it-talba tiegħu għal reviżjoni tad-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 li ma jiġix ammess għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/364/19 – Uffiċjali tas-sigurtà (AD 7), tal-avviż tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-abbozz ta’ lista ta’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-kompetizzjoni u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa sofra minħabba dawn l-atti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
MV huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu. |