Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0298

Kawża T-298/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – KD vs EUIPO (“Servizz ċivili – Membri tal-persunal temporanju – Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 – Rapport ta’ evalwazzjoni – Proċedura prekontenzjuża – Ammissibbiltà – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Dmir ta’ premura – Responsabbiltà – Dannu morali”)

ĠU C 7, 9.1.2023, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ottubru 2022 – KD vs EUIPO

(Kawża T-298/20) (1)

(“Servizz ċivili - Membri tal-persunal temporanju - Eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura prekontenzjuża - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dmir ta’ premura - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2023/C 7/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: KD (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Tóth, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u ppreżentat fit-22 ta’ Mejju 2020, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, l-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha għall-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni tal-2019 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu morali li setgħet ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Ir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ KD għall-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni 2019 huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti minn KD.

4)

KD għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


Top