Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62022TN0201

    Kawża T-201/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2022 – TA Towers vs EUIPO Wobben Properties (Materjal tal-bini)

    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 34–34 (GA)

    7.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/37


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2022 – TA Towers vs EUIPO Wobben Properties (Materjal tal-bini)

    (Kawża T-201/22)

    (2022/C 222/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: TA Towers ApS (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Andersen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Wobben Properties GmbH (Aurich, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Komunità Nru 6 352 332-0002 (Materjal tal-bini)

    Proċedura quddiem l-EUIPO: Proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 2491/2020-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2020 fil-Każ ICD 108 309;

    tikkundanna lill-EUIPO u lir-rikorrenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;

    ksur tal-Artikolu 62 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Haut