Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62021CB0493

    Kawża C-493/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal) – l-Irlanda – K.M. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Politika komuni tas-sajd – Regolament (KE) Nru 1224/2009 – Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd – Artikolu 89 – Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli Artikolu 90 – Sanzjonijiet kriminali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Interpretazzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112))

    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/5


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-1 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal) – l-Irlanda – K.M.

    (Kawża C-493/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Artikolu 89 - Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli Artikolu 90 - Sanzjonijiet kriminali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Interpretazzjoni tas-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112))

    (2022/C 222/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    Court of Appeal

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: K.M.

    Konvenut: Director of Public Prosecutions

    Dispożittiv

    L-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li l-qrati nazzjonali għandhom jevalwaw, skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni pprovduti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-11 ta’ Frar 2021, K. M. (Sanzjonijiet imposti fuq il-kaptan tal-bastiment) (C-77/20, EU:C:2021:112), jekk, fir-rigward tal-ksur imwettaq, inkluża s-serjetà tiegħu, il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u l-irkaptu tas-sajd kollu misjub abbord il-bastiment ikkonċernat huwiex proporzjonat mal-kisba tal-għan leġittimu segwit mill-projbizzjoni tal-apparat ta’ klassifikazzjoni prevista fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013, u biex jeżamina, jekk meħtieġ, il-ħtieġa li jiġi aġġustat, immodulat jew attenwat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-qbid tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd.


    (1)  ĠU C 401, 4.10.2021.


    Haut