Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62021CB0028

    Kawża C-28/21: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-31 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – TM vs EJ (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – Artikolu 3 – Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali – Portata – Leġiżlazzjoni ta’ Stat membru li teskludi l-lucrum cessans mill-kopertura permezz tal-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur)

    ĠU C 222, 7.6.2022, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 222/4


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-31 ta’ Jannar 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Łodzi – il-Polonja) – TM vs EJ

    (Kawża C-28/21) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - Artikolu 3 - Obbligu ta’ kopertura tad-danni materjali - Portata - Leġiżlazzjoni ta’ Stat membru li teskludi l-lucrum cessans mill-kopertura permezz tal-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur)

    (2022/C 222/05)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Okręgowy w Łodzi

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: TM

    Konvenut: EJ

    Dispożittiv

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-assigurazzjoni obbligatorja tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur ma tkoprix id-dannu li jikkonsisti f’lucrum cessans, bil-kundizzjoni li dik il-limitazzjoni ta’ kopertura tkun tapplika mingħajr differenza fit-trattament skont l-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna leża jew tal-proprjetarju jew tad-detentur tal-vettura li ġġarrab dannu.


    (1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


    Haut