EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0700

Kawża T-700/21: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/48


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Novembru 2021 – Voco vs EUIPO (Forma ta’ imballaġġ)

(Kawża T-700/21)

(2022/C 2/66)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Voco GmbH (Cuxhaven, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Spintig u S. Pietzcker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea (Forma ta’ imballaġġ) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 959 421

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Awwissu 2021 fil-Każ R 117/2021-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, inklużi b’mod partikolari l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top