Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0694

    Kawża T-694/21: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2021 – aTmos Industrielle Lüftungstechnik vs EUIPO – aTmos Industrielle Lüftungstechnik (aTmos)

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/44


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Ottubru 2021 – aTmos Industrielle Lüftungstechnik vs EUIPO – aTmos Industrielle Lüftungstechnik (aTmos)

    (Kawża T-694/21)

    (2022/C 2/61)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: aTmos Industrielle Lüftungstechnik GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Stangl u S. Pilgram, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: aTmos Industrielle Lüftungstechnik GmbH (Riedstadt, il-Ġermaniż)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “aTmos” –Trade mark tal-Unjoni Nru 12 285 649

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2021 fil-Każ R 1844/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(c), moqri flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top