Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0684

    Kawża T-684/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2021 – Mostostal vs EUIPO – Polimex – Mostostal (MOSTOSTAL)

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/43


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2021 – Mostostal vs EUIPO – Polimex – Mostostal (MOSTOSTAL)

    (Kawża T-684/21)

    (2022/C 2/60)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Mostostal S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: C. Saettel, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Polimex – Mostostal S.A. (Varsavja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MOSTOSTAL” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 329 848

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2021 fil-Każ R 2508/2019-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tiddikjara l-validità tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea rreġistrata fl-20 ta’ Mejju 2011 bin-Nru 9 329 848;

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 59(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top