EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0668

Kawża T-668/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2021 – Siremar vs Il-Kummissjoni

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/42


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2021 – Siremar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/21)

(2022/C 2/58)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Sicilia Regionale Marittima SpA – Siremar (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: B. Nascimbene, F. Rossi Dal Pozzo u A. Moriconi, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Ġunju 2021, sa fejn tikkonċerna l-Artikoli 2 u 3;

sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 5 u 6 tad-deċiżjoni li tordna l-irkupru tal-allegata għajnuna, u tiddikjara dan l-irkupru immedjat u effettiv;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, kif ukoll tal-Linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-2004.

F’dan ir-rigward huwa argumentat li d-deċiżjoni kkontestata fiha żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(b) TFUE, inkluż f’dak li jikkonċerna l-Linji gwida tal-2004, sa fejn ikkonkludiet li l-għajnuna ta’ salvataġġ mogħtija lil Siremar ġiet estiża illegalment għal sena u li hija inkompatibbli mar-regoli tal-Unjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-istat.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE f’dak li jikkonċerna l-eżenzjonijiet mill-pagament ta’ ċerti taxxi.

Huwa argumentat f’dan ir-rigward li d-dritt għall-eżenzjoni mit-taxxa kontenzjuża huwa suġġett għall-kundizzjonijiet iddefiniti b’mod ġenerali mill-proċeduri ta’ falliment.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba fir-rigward tat-tul tal-proċedura u l-illegalità konsegwenti tal-ordni ta’ rkupru.

F’dan ir-rigward huwa argumentat li l-proċedura ta’ investigazzjoni li hija s-suġġett ta’ kritika hawnhekk damet tul ta’ żmien eċċessiv, bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll tal-prinċipji ġenerali li huma l-korollarju tagħhom.


Top