EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0610

Kawża T-610/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu – Ftehim ta’ riżoluzzjoni – Klawżola ta’ kunfidenzjalità – Prinċipju ta’ bona fide – Responsabbiltà kuntrattwali”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Egis Bâtiments International u InCa vs Il-Parlament

(Kawża T-610/20) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Proġett ta’ estensjoni u ta’ aġġornament tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu - Ftehim ta’ riżoluzzjoni - Klawżola ta’ kunfidenzjalità - Prinċipju ta’ bona fide - Responsabbiltà kuntrattwali”)

(2022/C 2/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Egis Batimets International (Montreuil, Franza), InCa – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl (Niederanven, Il-Lussemburgu) (rappreżentanti: A. Rodesch u R. Jazbinsek, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Caiola u L. Chretien, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, minn naħa, li jiġi kkonstatat li l-Parlament kiser l-Artikolu VIII tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni tad-9 ta’ April 2019 kif ukoll l-obbligu ta’ bona fide fl-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet stabbilit fl-Artikolu 1134 tal-Kodiċi Ċivili Lussemburgiż u, min-naħa l-oħra, li jiġi kkundannat iħallas is-somma ta’ EUR 100 000 taħt l-istess ftehim jew, sussidjarjament, kwalunkwe somma oħra li għandha tiġi ffissata ex aequo et bono.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Egis Bâtiments International u InCA – Ingénieurs Conseils Associés Sàrl huma kkundannati għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 390, 16.11.2020.


Top