Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0572

    Kawża T-572/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Spisto vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Reklutaġġ – Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Kriterju għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali – Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterju wżat mill-Bord tal-Għażla”)

    ĠU C 2, 3.1.2022, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 2/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Spisto vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-572/20) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Kriterju għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali - Konformità mal-avviż ta’ kompetizzjoni tal-kriterju wżat mill-Bord tal-Għażla”)

    (2022/C 2/45)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Amanda Spisto (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u T. Lilamand, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tar-rifjut li r-rikorrenti titħalla tgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/371/19 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-26 ta’ Mejju 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fil-konfront tal-imsemmija deċiżjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-24 ta’ Settembru 2019 li tiċħad it-talba għal eżami mill-ġdid tal-esklużjoni ta’ Amanda Spisto mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19 hija annullata.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 371, 3.11.2020.


    Top