EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0443

Kawża T-443/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Tikketti) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tikketta – Disinn preċedenti – Prova tal-iżvelar – Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Provi prodotti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti – Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 – Raġuni għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Sanford vs EUIPO – Avery Zweckform (Tikketti)

(Kawża T-443/20) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tikketta - Disinn preċedenti - Prova tal-iżvelar - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Provi prodotti wara l-iskadenza tat-terminu mogħti - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikolu 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

(2022/C 2/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sanford LP (Atlanta, Georgia, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Zecher, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Avery Zweckform GmbH (Oberlaindern/Valley, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Förster, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Mejju 2020 (Każ R 2413/2018-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Avery Zweckform u Sanford.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sanford LP hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 297, 7.9.2020.


Top