EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0220

Kawża T-220/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Proċeduri dixxiplinari – Artikolu 266 TFUE – Investigazzjonijiet amministrattivi – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Prinċipju ta’ imparzjalità – Rikors għal annullament u għad-danni”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2021 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri dixxiplinari - Artikolu 266 TFUE - Investigazzjonijiet amministrattivi - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Prinċipju ta’ imparzjalità - Rikors għal annullament u għad-danni”)

(2022/C 2/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tan-nota tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2017 li tinforma lir-rikorrent bit-tkomplija ta’ proċeduri dixxiplinari u tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizzalu twissija u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li huwa ġarrab minħabba l-iżvolġiment u t-tul ta’ tliet proċeduri dixxiplinari.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-11 ta’ Lulju 2019 li tindirizza twissija lil P. Kerstens hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż ta’ P. Kerstens.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


Top