EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TA0270

Kawża T-270/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu (“Klawżola ta’ arbitraġġ – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007 – 2013) – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt – Rimbors tas-somom antiċipati – interessi moratorji – Proċedura fil-kontumaċja”)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ottubru 2021 – Enterprise commune Clean Sky 2 vs Revoind Industriale di Pindaru Gelu

(Kawża T-270/17) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007 – 2013) - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt - Rimbors tas-somom antiċipati - interessi moratorji - Proċedura fil-kontumaċja”)

(2022/C 2/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Enterprise commune Clean Sky 2 (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo, avukat)

Konvenut: Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas (Ruma, l-Italja)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex tikseb il-kundanna ta’ Revoind Industriale di Pindaru Gelu sabiex tirrimborsa l-ammont tad-depożitu mħallas fil-kuntest tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 620108, flimkien mal-interessi moratorji.

Dispożittiv

1)

Revoind Industriale di Pindaru Gelu Sas hija kkundannata tħallas lill-impriża konġunta Clean Sky 2 is-somma ta’ EUR 625 793,42, flimkien ma’ interessi moratorji bir-rata annwali ta’ 3,50 % b’effett, mis-7 ta’ Frar 2017 sad-data talħlas sħiħ tad-dejn.

2)

Revoind Industriale di Pindaru Gelu hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 17.7.2017.


Top