EUR-Lex L'accès au droit de l'Union européenne

Retour vers la page d'accueil d'EUR-Lex

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62021CN0566

Kawża C-566/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Settembru 2021 – AA vs Banca S

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fl-14 ta’ Settembru 2021 – AA vs Banca S

(Kawża C-566/21)

(2022/C 2/25)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S

Konvenut: AA

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), kif analizzat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jippermetti li tiġi emendata klawżola fis-sens li d-dritt purament fakultattiv tal-bejjiegħ jew fornitur li jikkonverti l-munita tal-ftehim ta’ kreditu huwa fil-fatt obbligu għalih jekk din il-bidla tkun kompletament favorevoli għall-konsumatur u jekk, waħedha, l-esklużjoni tal-klawżola inġusta mill-kuntratt ma tipproduċi ebda benefiċċju għalih?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 2, p. 288.


Haut