EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0562

Kawża C-562/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra X; parti oħra: Openbaar Ministerie

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Settembru 2021 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra X; parti oħra: Openbaar Ministerie

(Kawża C-562/21)

(2022/C 2/23)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: X

Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie

Domanda preliminari

Liema kriterju għandha tapplika awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li għandha tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta’ MAE sabiex tiġi eżegwita piena jew miżura li ċċaħħad il-libertà definittiva meta hija teżamina jekk, fl-Istat Membru emittenti, matul proċedura li tkun wasslet għall-kundanna, id-dritt stabbilit preċedentement mil-liġi ta’ proċess quddiem qorti jkun ġie miksur, meta f’dan l-Istat Membru, eventwali ksur ta’ dan id-dritt ma seta’ jkun suġġett għal ebda rimedju ġudizzjarju effettiv?


Top