EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0095

Kawża C-95/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “VARCHEV FINANS” EOOD vs Komisia za finansov nadzor (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2014/65/UE – Swieq ta’ strumenti finanzjarji – Regolament Delegat (UE) 2017/565 – Impriżi ta’ investiment – Artikolu 56 – Evalwazzjoni tan-natura xierqa u obbligi fil-qasam ta’ reġistrazzjoni konnessi – Artikolu 72 – Żamma tar-rekords – Modalitajiet ta’ żamma – Informazzjoni dwar il-kategorizzazzjoni tal-klijenti – Informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-ħlasijiet marbuta mas-servizzi ta’ investiment)

ĠU C 2, 3.1.2022, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 2/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “VARCHEV FINANS” EOOD vs Komisia za finansov nadzor

(Kawża C-95/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2014/65/UE - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Regolament Delegat (UE) 2017/565 - Impriżi ta’ investiment - Artikolu 56 - Evalwazzjoni tan-natura xierqa u obbligi fil-qasam ta’ reġistrazzjoni konnessi - Artikolu 72 - Żamma tar-rekords - Modalitajiet ta’ żamma - Informazzjoni dwar il-kategorizzazzjoni tal-klijenti - Informazzjoni dwar l-ispejjeż u l-ħlasijiet marbuta mas-servizzi ta’ investiment)

(2022/C 2/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“VARCHEV FINANS” EOOD

Konvenut: Komisia za finansov nadzor

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Varna

Dispożittiv

L-Artikolu 56(2) u l-Artikolu 72(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/565 tal-25 ta’ April 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward rekwiżiti organizzazzjonali u kundizzjonijiet għall-operat għal ditti tal-investiment u termini definiti għall-finijiet ta’ dik id-Direttiva, moqrija flimkien mal-Anness I ta’ dan ir-regolament delegat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-ditti ta’ investiment ma humiex obbligati jżommu r-reġistrazzjonijiet relatati mal-evalwazzjonijiet tal-adegwatezza u tan-natura xierqa tal-prodotti u tas-servizzi ta’ investiment magħmula għal kull klijent kif ukoll l-informazzjoni kkomunikata lil kull klijent dwar l-ispejjeż u l-ħlasijiet marbuta mas-servizzi ta’ investiment f’reġistri indipendenti uniċi, b’mod partikolari fil-forma ta’ database elettronika, peress li l-mod ta’ żamma ta’ dawn ir-reġistrazzjonijiet jista’ jintgħażel b’mod liberu, sakemm, madankollu, huwa jissodisfa r-rekwiżiti kollha previsti fl-Artikolu 72(1) tal-imsemmi regolament delegat.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


Top