This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0949
Case C-949/19: Request for a preliminary ruling from the Naczelny Sąd Administracyjny (Poland) lodged on 31 December 2019 — M.A. v Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.
Kawża C-949/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.
Kawża C-949/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.
ĠU C 191, 8.6.2020, pp. 2–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
8.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-31 ta’ Diċembru 2019 – M.A. vs Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.
(Kawża C-949/19)
(2020/C 191/03)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M.A.
Konvenut: Konsul Rzeczypospolitej Polskiej w N.
Domanda preliminari
L-Artikolu 21(2a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet ta’ l-Istati ta’ l-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (1) b’rabta mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jinftiehem fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li ġie rrifjutat viża għal żmien twil u li ma jistax jeżerċita d-dritt għal moviment liberu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra li jirriżulta mill-Artikolu 21(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, għandu jkollu dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 2, p. 9.