Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 62019TN0495
Case T-495/19: Action brought on 8 July 2019 — Romania v Commission
Kawża T-495/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
Kawża T-495/19: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
ĠU C 288, 26.8.2019г., стр. 64—65
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
26.8.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/64 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2019 — Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-495/19)
(2019/C 288/79)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: C. Canțăr, E. Gane u R. Hațieganu, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/721 tat-30 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva proposta taċ-ċittadini bit-titolu “Politika ta’ koeżjoni għall-ugwaljanza bejn ir-reġjuni u għas-sostenibbiltà tal-kulturi reġjonali”; |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini, inkonnessjoni mal-kompetenzi tal-Unjoni stabbiliti mit-Trattati
|
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE
|