This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CA0694
Case C-694/17: Judgment of the Court (Third Chamber) of 2 May 2019 (request for a preliminary ruling from the Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg — Luxembourg) — Pillar Securitisation Sàrl v Hildur Arnadottir (Reference for a preliminary ruling — Jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters — Lugano II Convention — Article 15 — Contract concluded by a consumer — Relationship with Directive 2008/48/EC — Consumer credit agreements — Articles 2 and 3 — Concepts of ‘consumer’ and of ‘transactions covered by the directive’ — Maximum amount of credit — Irrelevant for the purposes of Article 15 of the Lugano II Convention)
Kawża C-694/17: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg — il-Lussemburgu) — Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materja ċivili u kummerċjali — Konvenzjoni ta’ Lugano II — Artikolu 15 — Kuntratt konkluż minn konsumatur — Rabta mad-Direttiva 2008/48/KE — Kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur — Artikoli 2 u 3 — Kunċetti ta’ “konsumatur” u “transazzjonijiet” li għalihom tapplika d-direttiva” — Ammont massimu ta’ kreditu — Assenza ta’ rilevanza fid-dawl tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II)

ĠU C 220, 1.7.2019, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-2 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg — il-Lussemburgu) — Pillar Securitisation Sàrl vs Hildur Arnadottir
(Kawża C-694/17) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materja ċivili u kummerċjali - Konvenzjoni ta’ Lugano II - Artikolu 15 - Kuntratt konkluż minn konsumatur - Rabta mad-Direttiva 2008/48/KE - Kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur - Artikoli 2 u 3 - Kunċetti ta’ “konsumatur” u “transazzjonijiet” li għalihom tapplika d-direttiva” - Ammont massimu ta’ kreditu - Assenza ta’ rilevanza fid-dawl tal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II)
(2019/C 220/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pillar Securitisation Sàrl
Konvenuta: Hildur Arnadottir
Dispożittiv
L-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, iffirmata fit-30 ta’ Ottubru 2007, li ġiet approvata f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/430/KE tas-27 ta’ Novembru 2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk ftehim ta’ kreditu huwiex ftehim ta’ kreditu konkluż minn “konsumatur” fis-sens ta’ dan l-Artikolu 15, ma għandux jiġi vverifikat li dan jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, fis-sens li l-ammont totali tal-kreditu inkwistjoni ma jaqbiżx il-limitu massimu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(ċ) ta’ dik id-direttiva u li huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, li d-dritt nazzjonali li jittrasponi l-imsemmija direttiva ma jipprevedix limitu massimu ogħla.