Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0811

Kawża T-811/16: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku — Uffiċjali — Reklutaġġ — Avviż ta’ kompetizzjoni — Kompetizzjoni ġenerali — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Esperjenza professjonali — Responsabbiltà”)

ĠU C 44, 4.2.2019, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Novembru 2018 – Di Bernardo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-811/16) (1)

((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ kompetizzjoni - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Esperjenza professjonali - Responsabbiltà”))

(2019/C 44/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Danilo Di Bernardo (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali abbażi ta’ eżamijiet EPSO/AST-SC/03/15, tal-10 ta’ Awwissu 2016, li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani tal-grad SC 1, fil-qasam tal-appoġġ finanzjarju, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali abbażi ta’ eżamijiet EPSO/AST-SC/03/15, tal-10 ta’ Awwissu 2016, li Danilo Di Bernardo ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ segretarji/skrivani tal-grad SC 1, fil-qasam tal-appoġġ finanzjarju, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 30.1.2017.


Top