This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0650
Case T-650/18: Action brought on 29 October 2018 — Reaktor Group v EUIPO (REAKTOR)
Kawża T-650/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)
Kawża T-650/18: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)
ĠU C 16, 14.1.2019, pp. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
14.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 16/56 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ottubru 2018 – Reaktor Group vs EUIPO (REAKTOR)
(Kawża T-650/18)
(2019/C 16/67)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Reaktor Group Oy (Ħelsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: L. Laaksonen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni REAKTOR – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 752 522
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta‘ Awwissu 2018 fil-Każ R 2626/2017-2, sa fejn it-Tieni Bord tal-Appell ċaħad l-applikazzjoni Nru 13752522 għat-trade mark tal-Unjoni REAKTOR għal ċerti prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 41 u 42 skont l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001, u tilqa’ b’mod sħiħ għall-pubblikazzjoni u r-reġistrazzjoni l-applikazzjoni għat-trade mark REAKTOR għall-prodotti u s-servizzi kollha koperti mill-applikazzjoni; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż li hija sostniet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell (inklużi l-ispejjeż ta’ rappreżentanza). |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 2017/1001 |